Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
ettiv u imparzjali Ritratt: Audrey Lienard Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 13 M'għandux strateġiji fix-xogħol ġurnalistiku Reno Bugeja enfasizza li ma jiltaqax ma' uffiċjali għolja talGvern dwar it-tmexxija tal-kamra tal-aħbarijiet. "Assolutament ma niltaqax. M'għandi l-ebda ħaġa statutorja li kull ġimgħa jew kull xahar niltaqa' ma' xi ħadd sabiex nippjana l-istrateġija tiegħi. Jien m'għandix strateġiji fix-xogħol ġurnalistiku tiegħi." Mistoqsi dwar ir-relazzjoni li għandu ma' Kurt Farrugia, il-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Gvern, huwa wieġeb li jimxi miegħu bħalma jagħmel ma' uffiċjali talkomunikazzjoni oħrajn. "Il-bieb tiegħi huwa miftuħ għal kulħadd. M'għandi l-ebda relazzjoni speċjali. Qatt ma kilt il-kirxa miegħu u mhux beħsiebni li nibda nikolha." "L-unika libell li qlajt kien millPartit Laburista" "In-nies jgħidu ħafna affarijiet. Issib min jgħid li jiena kredibbli. Fil-fatt stħarriġ mill-gazzetta fejn topera inti sabet li jien l-iktar persuna kredibbli. Ħafna jgħidu li dan huwa ġurnalist li ma jħares lejn "Ma nistgħux ngħidu li hemm taħlita ta' Laburisti biss" wiċċ ħadd. Din hi l-fama tiegħi u jien lest li niddefendiha. Hu qal li hemm min għandu aġendi personali u għalhekk jakkużawh li jxaqleb lejn ilPartit Laburista. "Wieħed irid jara jekk din il-kritika hix ġustifikata. M'iniex 'il fuq minnies u għaldaqstant, huma jridu jiġġudikaw il-ħidma tiegħi." Bugeja sostna li f 'dawn is-sitt xhur li ilu jmexxi l-kamra tal-aħbarijiet ta' PBS qala' kritika miż–żewġ partiti. "Din il-kritika ssaħħaħni għax tfisser li ma nogħġobx bilfors kemm lin-naħa waħda u anke naħa oħra. S'issa l-unika libell li qlajt kien mill-Partit Laburista."