Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 21 Editorjal W ara maltemp kbir madwar iżżjara privata tiegħu sena ilu fil-Baħamas, l-eks Kummissarju Dalli rnexxielu jixgħel ilbozza fuqu, din id-darba mingħajr ebda biża' li kien ser ikun attakkat jew inkella kritikat. Għaliex dak li stqarr fuq is-sitwazzjoni tal-isptar Mater Dei huwa minnu u ħadd ma jista' jaħrab minnu u ħadd ma jista' ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Ir-rapport Dalli jgiddbu. Kienet forsi tad-dwejjaq li tisma' lill-Ministru tasSaħħa Farrugia jistqarr li l-opinjoni ta' Dalli kienet tiegħu u mhux tal-Gvern. Kien għalhekk aktar għaqli li kieku l-Gvern ippreżenta d-direzzjoni tiegħu filqasam tas-saħħa u għamel referenza għas-siltiet mirrapport ta' Dalli biex ilissen raġunijiet validi għar-riformi li jrid jagħmel. Dak li ġara lbieraħ kien eżerċizzju tal-PR tajjeb għal Dalli u għall-argumenti tiegħu u dikjarazzjoni minn Godfrey Farrugia li ser jara hu mbagħad jara. Li hemm bżonn hu, li jkun hemm il-ħeġġa politika li jinbidel dak li hemm bżonn jinbidel u mhux nibqgħu nisimgħu b'rapporti. L-ewwelnett bħalma għandu jsir f'kampijiet diversi, li jkun hemm messaġġ ċar lill-Unjins, li r-renju tagħhom, 'jew tagħna jew xejn' trid tispiċċa, li s-serq u l-ħela jrid jieqaf darba għal dejjem u li l-bad practices inkluż dawk tat-tobba jieqaf għal kollox. Il-qasam tas-saħħa qed jiswa l-pubbliku Malti miljuni kbar kuljum. Miljuni li qed joħorġu mill-bwiet tan-nies. Il-ħolqien tal-isptar kien mifni mill-ewwel ġranet, meta dan il-proġett tħalla f'idejn persuni u kumpaniji barranin li tefgħu l-proġett sħiħ lura. Kien mifni minn indħil politiku fuq kull livell u minn inkompetenza grassa minn dawk li ġew mitluba biex imexxu. Ma nistgħux ma ngħidux li dan kollu kellu effett u impatt dirett fuq il-kwalità tas-saħħa f'pajjiżna, fuq kemm il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti tjiebet jew jekk konna kapaċi nsalvaw aktar ħajja tan-nies. Ir-rapport ta' John Dalli ma jkun sewa xejn jekk il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat ma jaqbadx il-barri minn qrunu u ma jibżax jieħu deċiżjonijiet iebsa. Deċiżjonijiet li jistgħu jittieħdu biss issa u mhux lejliet elezzjoni oħra meta kull gvern ikun beżgħan li jieħu deċiżjonijiet bżonjużi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013