Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Għawdex: Int djamant Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 9 minn John Busuttil al-free travel to Gozo: €200,000 vvutati millgħal inizjattivi bħal dawn - Ministru Anton Refalo Il-Ministru Anton Refalo ma jeskludix li jista' jkun hemm inizjattivi oħra bħal dawn fix-xhur xitwin mill-aktar li dejqitni lili kien il-fatt li nġiebu żewġ gwardjani minn Malta biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet lil Maltin. Nemmen li l-gwardjani Għawdxin kapaċi jagħmlu xogħolhom u jaraw li ma tinkisirx il-liġi. Anke l-Pulizija Għawdxija ħadet ħsieb li ma tinkisrx il-liġi. Imma l-gwardjan qiegħed hemm biex ikun ta' għajnuna u ħabib maċ-ċittadin u mhux jinġieb Għawdex minn Malta għassa biex iwaħħal il-multi lil Maltin li tellgħu magħhom 6,000 vettura. Darb'oħra se nara li l-affarijiet jkunu differenti." Dwar il-konġestjoni tat-traffiku fejn instema' ħafna tgergir mill-Maltin imwaħħlin fil-kjuwijiet, ilMinistru qal li għandha ssir laqgħa mal-istakeholders bħal membri tal-GTA u l-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija ħalli jiddiskutu x'kien hemm ħażin flimkien. "Għax din l-iskema rnexxiet għax saret flimkien man-nies involuti u mhux waħdi. Flimkien irridu nieħdu deċiżjonijiet bil-għaqal biex naraw liem hi t-triq 'il quddiem" kompla l-Ministru fejn ma eskludiex il-fatt li l-inizjattiva għal darb'oħra tista' tkun differenti fejn jista' jkun hemm speċi ta' 'park & ride' b'xejn flok il-vetturi jitilgħu bla ħlas, inkella l-vetturi jkunu bi prezz imraħħas bħal dak għall-Għawdxin. "Iżda dwar dan irridu niddeċiedu l-istake holders flimkien." Dwar x'rispons ġabar millGħawdxin, Anton Refalo qal li sew in-negozjanti, il-kummerċjanti u anke l-Maltin gawdew minnha "kollha qaluli li jriduha terġa' ssir. Kien hemm feel good factor bejn l-Għawdxin u l-Maltin fejn l-Għawdxin urew kemm huma kuntenti bit-turist Malti. Kien hemm każi li qalu lili personalment ta' Maltin li qatt f 'ħajjithom ma kienu ġew Għawdex. Kien hemm oħrajn li qalu li qatt ma kienu esperjenzaw li l-vapur għandu l-ixkaffi għal karrozzi. Insomma kienet esperjenza unika għal ħafna Maltin. Fejn anke kien hemm Għawdxin li ħadu l-vantaġġ mill-iskema u marru jqattgħu ftit ħin Malta wkoll jew jagħmlu xi qadjiet Malta." Mistoqsi meta se tkun id-darba li ġejja l-Ministru għal Għawdex temm billi qalli hekk, "Issa jmiss Betlem f 'Għajnsielem, fejn anke għal din għandna innovazzjoni li se nħabbruha aktar tard." Għalkemm wieħed ma jeskludix li wara Betlem jista' jkun hemm xi inizjattivi oħra fix-xhur xitwin, iżda dwar dan il-Ministru ma riedx jikkometti ruħu qabel jiddiskutiha mal-grupp talimsieħba soċjali Għawdxin. Erbatax-il sottomissjoni għal Cruise Liner Terminal f 'Għawdex IL-GVERN irċieva erbataxil sottomissjoni sabiex jinstab sit għall-bini ta' yacht marina u cruise liner terminal f 'Għawdex. Din il-proposta hi wegħda li l-Partit Laburista kien għamel waqt il-kampanja elettorali li għaddiet. Is-sejħa internazzjonali għal Espressjoni ta' Interess sabiex jinstab sit għall-bini ta' yacht marina u cruise liner terminal f 'Għawdex għalqet f 'Settembru. F'Għawdex m'hemmx faċilità għallcruise liner terminal ħlief faċilità żgħira fix-Xlendi. Il-Gvern irid jattira cruise liners ta' daqs żgħir u medju. Minkejja li għad m'hemmx sit preferut fejn jitwettaq dan il-proġett, proposti f 'Ħondoq irRummien mhux ser jiġu kkunsidrati minħabba l-impatt ambjentali tagħhom. Marsalforn għandu potenzjal iktar għall-bini ta' yacht marina.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013