Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 15 Il-poodle Buzu jzekzek Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bilmobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Il-qiegħ tal-kexxun Nissuġerixxi lil Xmun, li dan l-aħħar qalbhom qed taħraqhom tant għall-identità Maltija, li d-darba li jmiss, minflok ixejru l-passaporti, jieħdu magħhom il-karti tal-identità tagħhom u jxejru lilhom. Karti tal-identità li minnhom hawn eluf kbar li gvern wieħed wara l-ieħor Nazzjonalista, ħalla li jsiru skaduti. Il-verità hija li b'ħafna minn dawk, li issa tawha għat-tixjir tal-passaporti, bħala membri tal-Kabinett, il-Maltin u l-Għawdxin spiċċaw b'identità skaduta. U dan meta Simon Busuttil bħala l-Kap tal-MIC tant kien webbel lill-Maltin u lill-Għawdxin li nistgħu nwaddbu l-passaport f 'qiegħ ta' kexxun, u nibdew nużaw l-karta tal-identità biex nivvjaġġaw fl-UE. Dak kien żmien hux Xmun! "Dgħajsa ġejja u oħra sejra, minn Tas-Sliema għal Marsamxett, it-tabib biddaħka f'ħalqu, jidderieġi l-bastiment" jkunu n-naħa t'isfel tal-Blata l-Bajda jibdew jgħajtu b'ħanġra daqshiex 'VIVA SIMON' u dan jinżel jieħu ritratt magħhom komemorattiv (xi ħlew hux!) jitilgħu t-telgħa u jibdew jgħajtu 'TAGĦNA LKOLL' quddiem id-dar il-ħamra. Smajna wkoll li hemm minnhom li anke pinġew graffiti immorali (fuq l-istil tal-monument ta' Ħal-Luqa) mal-ħajt tal-iskola li tathom l-opportunità biex jiżvugaw għax iggradwaw. Iżda kemm intom għajjurin ħbieb! Ħalluhom ħa jifirħu dawk huma l-futur tagħna. Dawk huma li jridu jsalvawna minn xi ikla ħabs u li rridu nitolbuhom iġibulna xi permess mill-MEPA! Isma', smajtu li dawk l-istudenti tal-Junior College li ma jemmnux f'politika partiġġjana iżda fil-ġid tal-istudenti kissrulhom l-uffiċċju msieken u dan lejlet l-elezzjoni. Kos hux kull deni ħudu b'ġid għax bissaħħa t'hekk tgħidx x'pubbliċità ħadu fuq il-mezzi tax-xandir Maltin. U issa se jerġa' jkollna c-CHOGM ħi. Investiment ieħor u mhux tberbiq ta' flus bħalma ġara tmien snin ilu. U Peppi tal-Bendybus jerġa' jkollu jagħmel l-irkant tal-karozzi lussużi li jintużaw għal dan l-avveniment storiku. F'idejk Pepp! Bilħaqq taf li xi ħadd seraq ambulanza mill-isptar fantażma ta' San Filippu… go tell it to the marines ħabib. U hawn intom li tgħajru lillGħawdxin qammelin. Naħseb li ħadtuha r-risposta min hu qammiel hux issa!!!! TATA Beppe jaf xi jgħid Il-fiduċja kbira li Beppe għandu fi Xmun ħarġet filberaħ fil-Kunsill Ġenerali tal-PN. Fid-diskors tiegħu l-Ħadd, Fenech Adami qal, anki jekk ma jafx il-fatti sew, li l-Prim Ministru qed jikri l-karozza tiegħu stess lilu nnifsu. Il-Viċi Kap tal-PN kien qed jirreferi għall-fatt li l-Prim Ministru qed jirċievi €7,000 fis-sena talli qed juża l-karozza personali tiegħu u mhux karozza tal-Gvern, għall-impenji uffiċjali – prinċipju li ddaħħal fi żmien gvern Nazzjonalista. Il-punt imma huwa li Beppe allega li b'dan il-mod, Joseph Muscat sal-aħħar tal-leġislatura se jkun daħħal €70,000. Issa anke jekk nieħdu lil Beppe bisserjetà, jekk wieħed jiddividi €70,000 b'€7,000 it-tweġiba tkun 10. U safejn huwa magħruf leġislatura ddum ħames snin, iżda b'dak li ddikjara fil-Kunsill Ġenerali tal-PN, jidher li Beppe diġà rrassenja ruħu li Joseph Muscat se jagħmel żewġ leġislaturi - 10 snin - Viva Beppe, Viva Beppe OI! Austin Waters jikxifhom Il-Kunsill Ġenerali ta' tmiem il-ġimgħa ħareġ fil-beraħ li r-raġuni vera wara l-oppożizzjoni mill-PN għall-Individual Investment Programme tidher il-biża' kbira li għandu Simon Busuttil li l-Gvern se jkollu għad-diżpożizzjoni tiegħu miljuni ta' ewros li se jkun jista' jinvesti fis-snin li ġejjin. U kellu jkun mistieden li l-PN ġab fuq NET TV il-Ħadd filgħodu li kixef dan kollu. Dr Austin Sammut, li miegħu snin ilu kien jaħdem Simon Busuttil stess, spiċċa ddikjara fuq l-istazzjon tal-PN li ftit żmien ilu kien il-Messiku u dawk li tkellem magħhom dwar l-Indivudual Investment Programme, qalulu li mil-lat ekonomiku u finanzjarju, dan il-programm huwa vera tajjeb u vantaġġjuż. Sammut qal ukoll li dawk li se jinvestu f 'dan il-programm se jkunu miljunarji kbar. Xmun I am sorry, imma you got a problem! Copy & Paste Dik il-ħaġa kerha, dik ir-reġina tar-rimettar u ħabiba ta' Rikardu qed ittella' ħafna posts u tgħid (ippruvaw imitawha bl-aċċent tal-pépé li għandha): "Hi, another story against the government!" Biex ma tindunax li l-istejjer li qed jiġu ppubblikati fil-gazzetti ta' barra huma copy and paste minn artikli fil-MaltaToday. Turina nsomma kemm hi vojta u superfiċjali. Helga Helgun "Investiment fil-passaport ifisser investiment fil-vot, ħabib" Kemm ħadt pjaċir nara lil Helga Ellul tikteb bil-Malti fil-gazzetta In-Nazzjon. Bejnietna, ma kontx naf li Helga Helgun taf tikteb bil-Malti. U madoffi, Alla ried li niltaqa' magħha meta kont miexi San Pawl tat-Tarġa. Iva ħija u jien kellimtha bil-Malti. U biex ngħidlek is-sew baqgħet tħares lejja qisha rat xi fatat. Iva mbagħad qaltli: "Zolly, wozyouz, zaying?" Imbagħad indunajt li din taf tikteb u titkellem bil-Malti daqskemm jien naf it-Tedesk. Issa bilħaqq bl-iskema ta' Joseph, ser ikollna kull ġens, u ħadd minnhom mhu ser ikun jaf bl-Ingliż, let alone Maltese ħanini.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013