Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Ħames Minuti ma' Malcolm Pisani MALCOLM Pisani għandu 24 sena u joqgħod Birkirkara, jaħdem f 'kumpanija tal-assikurazzjoni u għalliem tal-kant. Ilu fix-xena talispettaklu għal dawn l-aħħar 14-il sena u għal dawn l-aħħar erba' snin beda jgħallem il-kant. Malcolm jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna sensittiv u qalbu tajba. "Nipprova ngħin u nagħti dak kollu li nista' biex ngħin lil dak li jkun" qal fil-ħames minuti intervista ma' dan il-ġurnal. L-aħħar single ta' Malcolm kienet 'Got Me Good' mill-pinna ta' Muxu u Carlo Gerada li tagħha għandu l-vidjo uffiċjali li rawh 'il fuq minn 6,000 persuna fuq Youtube. nemmen li aħna l-Maltin għandna nitkellmu bil-lingwa tagħna u għandna nkunu kburin biha. X'ibikkik? Il-mewt ta' nies qrib tiegħi. X'jiffrustrak? Il-gideb u min jisfidani meta jkolli raġun. X'ibeżżgħek? Is-solitudni. Temmen f 'Alla? Iva nemmen f 'Alla, il-ħallieq ta' kollox. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Impenjattiva X'inhi l-attitudni tiegħek lejn ilħajja? Li nħares lejn il-ħajja b'mod pożittiv, u nipprova nagħmel l-almu tiegħi biex nikseb dak li nixtieq. Skontok x'taffetwa bidla fittmexxija tal-pajjiż? L-ideat differenti li jagħmlu ġid għal pajjiżna. Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li nkun imdawwar b'imħabba u sinċerità min-nies ta' madwari. X'taħseb dwar il-kaċċa f 'Malta? Nemmen li kulħadd għandu jkollu d-delizzju tiegħu. Wara l-introduzzjoni tal- gay marriage f 'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel l-istess ħaġa? Iva għala le? Jien nemmen li kulħadd għandu dritt li jgħix kif irid u jkun kuntent. X'inhi d-differenza skontok bejn nies li l-lingwa li jitkellmu biha ta' kuljum hi l-Malti u oħrajn bl-Ingliż? Kulħadd għandu dritt jikkomunika b'liema lingwa jippreferi, però Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Dawn l-aħħar snin naħseb kulħadd qed isir konxju tad-dehra tiegħu, biss jien nemmen li l-moda toħloqha int b'dawk il-ħwejjeġ li jixirqulek, però huwa importanti wkoll li ma tiġġudikax kif jilbes ħaddieħor. Kemm tħobb il-pajjiżek? Ħafna! Dak kollu li huwa Malti jien kburi bih u għandna napprezzaw dak kollu li huwa tagħna speċjalment f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kultura u tradizzjonijiet. L-isbaħ esperjenza ta' ħajtek? Kelli ħafna, fosthom is-sena li għaddiet meta kont wieħed millkantanti uffiċjali f 'Miss European Tourism ġewwa r-Rumanija. Proġett li tixtieq tagħmel fil-futur? Hemm ħafna proġetti għal futur, fosthom vidjo mużikali ieħor, u kif ukoll għandi xewqa li għalissa nixtieq nħalliha bħala sorpriża. Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrappreżentak liem pajjiż tagħżel? Malta stess! X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Is-suċċess huwa dak li taħdem għalih int u bil-ħila tiegħek. L-iktar darba li stħajt? Kont qed inkanta u l-mikrofonu spiċċa nkiser f 'idi! L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? Mill-att personali naħseb meta twieled in-neputi u mill-att mużikali hemm ħafna li diffiċli biex nagħżel. X'valur għandhom għalik il-flus? Il-flus fil-ħajja ta' kulħadd huma importanti, għax bħal ma jgħid ilMalti, 'bla flus la tgħannaq u lanqas tbus' però ma tistax tgħid li huma kollox. Temmen fid-destin? Iva nemmen! Ħolma li għadek ma wettaqtx f 'ħajtek? Naħseb ħolma ta' kull kantant, hi li xi darba jirnexxielu jikseb suċċess internazzjonali. Ingram t, Valletta Republic Stree urts next to the Co

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013