Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 17 Reporter jiddiskuti l-ħidma u d-deċiżjonijiet tal-Gvern GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti l-ħidma u d-deċiżjonijiet tal-Gvern Laburista flewwel xhur tiegħu. Ilmistiedna speċjali ser ikunu s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Ġustizzja Owen Bonnici u l-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma talPartit Beppe Fenech Adami. Waqt il-programm ser jintwerew ukoll numru ta' intervisti ma' diversi politiċi u edituri mħejjija aktar qabel minn Jerome Caruana Cilia. Fosthom mad-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar, l-editur tal-ġurnal in-Nazzjon Alex Attard u mal-kandidata f 'isem il-Partit Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Miriam Dalli. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza d-deċiżjonijiet tal-Gvern f 'dawn it-tmien xhur u nofs. X'inhuma l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta' dawn id-deċiżjonijiet? Il-Gvern Laburista qiegħed ipinġi lilu nnifsu bħala gvern 'pro-business'. Reporter jiddiskuti l-pożittiv u n-negattiv ta' din il-politika. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl22.15 fuq TVM2. Beppe Fenech Adami Owen Bonnici

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013