Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
18 illum | Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Santa Klaws, il-Faqar u l-Vann tal-Memorja XAHAR ieħor il-Milied. Iżda l-kaxxi tal-ittri flAwstralja (bħal f 'Malta, wara kollox) ilhom iġġammjati bil-junk mail u l-mezzi tax-xandir mimlija bl-avviżi pubbliċitarji: Knock Out Deals! Save Big Dollars! Pre Christmas Getaway! Bumper Bargains! Big Price Busters! Indulge in Christmas Fling! Simply stunning Bargains! Christmas Extravaganza! Book for Santa's Magical Kingdom! Eċċetra. Ilpubbliċità televiżiva hawnhekk hi mgħaġġla, aggressiva u ħarxa. Dan pajjiż aħrax, moħħu l-aktar fil-flus u kif tinvesti biex tagħmel aktar flus. Anke l-ilħna promozzjonali fuq l-iskrin iż-żgħir (li m'għadux aktar żgħir) huma aggressivi u ħorox, b'doża qawwija ta' testosteron. Imma minkejja l-ħruxija ta' din il-kultura kapitalista, hemm oażi fejn l-uman għadu jinħass. Għall-Milied ta' din is-sena, l-Aussie Farmers Foundation ħabbret li se tkompli tgħin inizjattivi għall-Awstralja rurali u reġjonali, bis-saħħa tad-donazzjonijiet talklijenti. Ħafna Awstraljani mhumiex konxji li jeżistu bosta familji li qed ibatu mill-malnutrizzjoni u millġuħ. Hemm istituzzjonijiet tal-karità li jippruvaw jgħinu billi jservu ikel jew pakketti għat-tisjir lill-familji filbżonn. L-għan tal-Aussie Farmers Association (maħluqa fl-2012) hu li din is-sena tlaħħaq it-tħejjija ta' miljun ikla għall-Awstraljani emarġinati fl-istat ta' Victoria. Min-naħa l-oħra, fl-Istat ta' New South Wales inħolqot il-Memory Van, fejn gruppi ta' voluntiera qed jgħinu lillfamilji ta' dawk identifikati bid-dimenzja. Fl-Awstralja, illum hemm 320,000 persuna li qed jgħixu b'din il-marda u terz minn dawn jgħixu fi NSW. Jekk ma tinstabx xi soluzzjoni medika biex tkun ikkontrollota l-marda, dan in-numru mistenni jilħaq il-figura ta' miljun ruħ fiddeċenji li ġejjin. Il-Memory Van taħdem billi żżur pazjenti u familji f 'naħat imbiegħda, tagħti l-appoġġ bil-pariri u l-infomazzjoni. Fl-Awstralja, il-voluntiera huma magħrufin bħala "l-eroj li ma jitkanta xejn dwarhom." ADULTI B'RAS TA' TRABI La qed insemmu r-reklamar, xtaqt nirreferi għal każ interessanti li nħoloq dwar il-kampanja 'Kidult' li nidiet il-kumpanija Vodafone biex tipprova ġġib lura l-klijenti li tilfet minħabba kompetizzjoni qawwija minn kumpaniji oħra, li hawn ifaqqsu bilgzuz. Il-Vodafone ħolqot l-idea tal-hybrid people, fejn adulti bi rjus ta' trabi jidhru jħalltu l-mużika, isuqu u jiżfnu fid-diskoteki. Dawn ir-reklami ħolqu rabja kbira u kienu kontroproduttivi. Kellhom l-akbar oġġezzjonijiet mibgħutin lillAdvertising Standards Board u fost l-oġġezzjonijiet kien hemm li dawn ir-reklami mhux xierqa, li t-tfal qed ikunu "sesswalizzati" u li qed iservu ta' "inkoraġġiment għall-pedofili." Bħala difiża, il-Vodafone qalet li bir-reklami tal'Kidult' riedet turi ittfulija ġewwiena f 'kull peruna. Difiża konvinċenti għall-Bord, li ċaħad l-oġġezzjonijiet kollha. Iżda l-Bord laqa' oġġezzjonijiet dwar reklami oħra (mhux tal-vodafone) li m'għandhomx x'jaqsmu malVodafone u li juru vjolenza TONI ABELA W 'Kidult' - Adulti b'ras ta' trabi Lura Malta għax m'għandix biex ninnegozja l-VISA Għax l-ulie domestika, sewqan perikoluż u kelb jigdem sieq raġel. TFAL VULNERABBLI Qed jikber hawn in-numru ta' tfal vulnerabbli li fis-sena li għaddiet ma ngħatawx ilprotezzjoni ta' care worker. Iċ-ċifri juru li n-numru issa tela' minn 12.8% għal 13%. In-numru ta' tfal bla care worker issa jlaħħaq 1,639 u l-aktar perċentwali huma kkonċetrati fin-naħa tas-sud ta' Victoria, fejn wieħed/ waħda minn kull ħamest itfal mhumiex allokati xi ħadd li jieħu ħsiebhom. FilLvant tal-pajjiż hemm 15.5% tat-tfal li mhumiex allokati protezzjoni. Il-problema, qalet kelliema għall-Oppożizzjoni Laburista, għandha x'taqsam mal-prijorità tal-infiq, fejn il-Gvern Liberali ħoloq neċessità "iddisprata" ta' fondi. NEGOZJU BIĊĊITTADINANZA Uliedi jgħixu t-tnejn flAwstralja, waħda Melbourne u l-ieħor Adelaide, jaħdem mas-Servizzi. Wara li f 'April li għadda tatni stroke, riduni niġi ngħix hawn, għax f 'Malta se nkun qed ngħix waħdi. Iżda, minkejja l-argumenti kollha li ġibna dwar is-sitwazzjoni tiegħi, riduni nħallas somma eżorbitanti, eluf kbar ta' dollari, biex joħorġuli VISA ta' residenza. Iridu dawk ilflejjes bħala garanzija, biex jekk ikolli bżonn xi kura, jieħdu minnhom. Dan mhu xejn ħlief negozju. Mara ta' 82 sena, li tgħix waħedha fis-Sud Afrika, qed jitolbuha tħallas 100,000 dollaru biex tingħaqad ma' bintha li tgħix u taħdem hawn. Mela lura għall-Milied. Waħdi. Għax m'għandix biex ninnegozja l-VISA. aħda mix-xena taddramm ta' Eduoardo De Filippo blisem ta' Filomena Maturano, hija meta Filomena taħt in-niċċa tal-Madonna tesklama "L-ulied jibqgħu ulied!" Kienet ħadmet il-parti ta' Filomena, Carmen Azzopardi. Kienet impekkabbli u attriċi talkwalità tagħha għadna ma rajniex. Tal-inqas din hija l-opinjoni tiegħi. Din ix-xena għandha messaġġ wieħed. Messaġġ li tant huwa sempliċi iżda fl-istess ħin ninsewh. Ħdejn l-ulied xejn ma joqgħod u jagħmlu x'jagħmlu xi ħin niskużawhom u naħfrulhom. Fil-Bibbja nsibu passaġġ li jgħid li l-akbar diżgrazzja li tista' tiġri lil bniedem hi li jidfen lill-uliedu. Kulħadd irid imut qabilhom. Hija l-għażla ta' Sophie, li għażlet tmut hi flok uliedha. Għaliex l-ulied dejjem jibqgħu wlied. Din il-ġimgħa kien hemm aħbar li sewditli qalbi. Mingħalija mara ta' nazzjonalità Sudaniża ħalliet Ix-Xogħol Għa X i kultant il-kitba bil-Malti fiha sfida partikolari. Il-lingwa Maltija m'għandhiex il-flessibilità tal-Ingliż u għalhekk irridu nissellfu kliem minn din il-lingwa, illum dominanti fix-xena internazzjonali, kif wara kollox jagħmlu lingwi oħrajn stabbiliti. Xi drabi anke xi espressjoni rridu nissellfu minħabba illi m'għandniex fl-idjoma tagħna. Biex nagħti eżempju, kif tittraduċi 'work in progress'? 'Ix-xogħol għadu għaddej' jew forsi 'x-xogħol għadu mhux lest'? Hu x'inhu l-każ, qajla għandna espressjoni fluwida bħal flIngliż jew fit-Taljan b''lavori in corso.' L-agħar meta ssir xi traduzzjoni letterali bħallfamuża 'iġsma tal-pariri' u ngħidu 'x-xogħol qiegħed fi progress.' Sfortunatament, spiss issir din u dan l-aktar illi jidher fir-reklami illi naraw. Id-deterjorazzjoni tallingwa tagħna, probabbilment l-aktar fattur li jagħtina identità, tidher f 'għajnejn kull min irid jagħti każ. Dan id-deterjorament lingwistiku mhuwiex limitat għall-Malti: anke l-Ingliż mitkellem u miktub sejjer lura. U dan mhux Malta biss. Imma llum mhix l-intenzjoni tiegħi nitkellem fuq is-sitwazzjoni lingwistika tagħna meta f 'dan il-ġurnal jiktbu fih nies ferm aktar kwalifikati minni fir-rigward bħal Mario Azzopardi l-Mulej u Immanuel Mifsud. Ix-xogħol għadu mhux lest JOE ELLIS u ħadd m'għandu jaħseb illi ħriġna kompletament millperiklu. Dan huwa l-messaġġ illi Mario Draghi qiegħed itambar kontinwament u dan aktar u aktar wara illi l-Bank Ċentrali Ewropew ħabbar fis-7 ta' Novembru li għadda tnaqqis mhux mistenni firrata prinċipali tal-imgħax minn 0.5% għal 0.25%. Żewġ fatturi li żgur iddominaw id-diskussjoni fil-bord talGvernaturi tal-BĊE huma r-rata mgħaxxa ta' tkabbir fl-ekonomija taż-żona ewro kif ukoll ir-rata t'inflazzjoni ferm baxxa illi f 'Ottubru niżlet għar-rata annwali ta' 0.7%, jiġifieri anqas min-nofs il-mira uffiċjali ta' 2% fissena. Il-periklu hu illi ż-żona ewro tgħaddi minn perjodu twil ta' diflazzjoni, jiġifieri l-prezzijiet jorħsu b'mod sostenut kif ġara fil-Ġappun. Il-problema tad-diflazzjoni hija pjuttost parodossali għaliex filwaqt illi tnaqqis filprezzijiet jidher tajjeb għallkonsumatur, l-ekonomisti jqisu d-diflazzjoni bħala aktar perikoluża minn inflazzjoni qawwija u dan peress illi f 'sitwazzjoni ta' diflazzjoni, il-konsumaturi u