Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 Il-futur tal-futbol Malti - Bjorn Vassallo, Kap B'REFERENZA għallartiklu li deher ftit talġimgħat ilu fuq dan il-ġurnal fejn għamilna diversi osservazzjonijiet rigward l-avvanzi kbar li għamel it-tim nazzjonali Islandiż, din il-ġimgħa ILLUM tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-MFA, Bjorn Vassallo dwar dan issuġġett u aktar. M'hemmx dubju li għalkemm ma wasalx sal-'Play-Offs' tatTazza tad-Dinja, il-futbol Malti matul l-aħħar snin għamel passi importanti 'il quddiem u dan grazzi għall-amministrazzjoni preżenti tal-MFA mmexxija fost oħrajn minn Norman Darmanin Demajo u Bjorn Vassallo li għarfet tibda tinvesti b'mod qawwi fl-iżvilupp tal-logħba domestika. Biżżejjed wieħed ikun fuq ajruplan u jagħti ħarsa 'l isfel lejn Malta fejn jara numru kbir ta' grawnds bilħaxix naturali u artifiċjali li saru mill-amministrazzjoni preżenti tal-MFA li jemmnu bis-sħiħ li biex il-futbol Malti jimxi 'l quddiem irid isir investiment kbir filklabbs speċjalment millat ta' infrastruttura. Biex ikollna stampa aħjar talisforzi li qiegħda tagħmel l-MFA, tlabna lill-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni biex itina aktar dettalji dwar il-pjanijiet maħsuba għallfutur. Bjorn Vassallo qal li: "IlMalta Football Association minn Awwissu tas-sena 2010, jiġifieri meta nbidlet il-presidenza u daħlet amministrazzjoni ġdida, bniet viżjoni friska bi strateġija li tiffoka fuq investiment qawwi filfaċilitajiet sportivi, filgrassroots u fil-'coach education'. Il-prijoritajiet inbidlu u minflok l-akbar investiment kompla jkun fil-quċċata tal-piramida, il-President Norman Darmanin Demajo u l-membri ddeċidew li l-akbar investiment kellu jkun dak fil-bażi talpiramida. Kellimtni dwar l-Islanda u tajjeb nsemmu li dan il-pass l-Islanda għamlitu ħafna snin qabilna u tajjeb infakkar li meta qabel is-sena 2010, jien personalment kont nitkellem dwar li l-futbol f 'Malta kien għadu 20 sena lura meta mqabbel ma' pajjiżi bl-istess karatteristiċi tagħna, ma kontx qed Il-'grassroots' fiċ-ċentru tal-aġenda għall-MFA niċċajta. Il-kwalifikazzjoni tal-Islanda għall-Play-Offs tat-Tazza tad-Dinja waslet għaliex dawn investew sew fil-'coach education' u l-faċilitajiet, xi ħaġa li l-MFA qed tagħmel bħalissa. Matul l-aħħar ħames snin infaqna kważi €20 miljun f 'faċilitajiet sportivi adekwati fejn iż-żgħar tagħna jistgħu jitħarrġu fl-istess livell ta' tfal f 'pajjiżi oħra. Dan sar grazzi għallintervent finanzjarju b'mod dirett min-naħa tal-MFA u għall-assistenza tal-Gvern Ċentrali u l-fondi millprogrammi tal-UEFA. Il-verità kollha fir-rigward ta' riżultati hija li sa ftit snin ilu l-maġġoranza tat-tfal tagħna fin-nurseries talfutbol kienu jitħarrġu fuq art iebsa mingħajr faċilitajiet adekwati għaż-żminijiet tallum u li jgħinuk tiżviluppa l-ħiliet u t-talenti. Sa ftit snin ilu ma kellniex Direttur Tekniku iżda kellna biss kowċ nazzjonali. Taf x'inhi d-differenza? Xogħol ilkowċ nazzjonali huwa dak li jipprepara għal-logħba li jmiss u jistudja l-avversarji, xogħol id-Direttur Tekniku huwa dak li joħloq pjan u strateġija għall-futur minn fejn il-prodott futbol irid jiżviluppa u jevolvi. Sa ftit snin ilu l-opportunitajiet għat-tfal li għandhom talent li jmorru jilagħbu f 'akkademji ta' klabbs barra pajjiżna fejn il-livell hu aktar għoli kienu iżolati. Illum bdejna nibagħtu lit-tfal tagħna minn ta' età żgħira skont dak li jippermettulek irregolamenti tal-Unjoni Ewropea. Sa ftit snin ilu fl-MFA ma kienet issir l-ebda riforma meħtieġa biex tikkonfronta l-isfidi li d-dinja tal-futbol kienet qed taffaċċja u b'hekk il-futbol tagħna speċjalment floperat tal-klabbs waqa' lura. Taħsad dak li tiżra' u birresponsabbiltà kollha ngħid li matul l-aħħar 20 sena ftit inżera'. Naħseb li nafu fejn irridu naslu u nafu d-direzzjoni li rridu naqbdu jekk irridu nibdew nersqu lejn dak li qiegħed ikun ta' sodisfazzjon għal ħaddieħor, iżda trid iż-żmien, ir-riżorsi u l-paċenzja u rridu nħallu lil min hu kompetenti jagħmel xogħlu. Dan il-proċess l-MFA diġà għarfitu." Staqsejna lil Vassallo x'kienu l-objettivi tattim nazzjonali għallkwalifikazzjoni li ntemmet ix-xahar li għadda. Il-Kap Eżekuttiv tal-MFA afferma li: "L-objettivi tagħna għal kompetizzjoni li għadha kif spiċċat kienu ċari - dak li niksbu r-rispett tal-avversarji u li nippruvaw ngħollu l-livell tal-prestazzjonijiet tagħna permezz ta' aktar dixxiplina tattika u tip ta' logħba offensiva bbażata fuq il-kontrattakk. Naħseb li kollox ma' kollox u meta tqis il-qawwa u l-abilitajiet tekniċi tat-timijiet flistess grupp tagħna, it-tim nazzjonali Malti qata' figura tajba ħafna apparti f 'żewġ logħbiet barra minn darna fejn sofrejna żewġ telfiet bi skors kbar u ma konniex kapaċi noffru l-ebda forma ta' oppożizzjoni. Apparti l-Italja, l-ebda tim ieħor mill-grupp ma rnexxielu jikkwalifika għax it-timijiet kienu tal-istess livell u spiċċaw biex tellfu lil xulxin. Apparti Malta, il-ħames timijiet l-oħra lagħbu biex jikkwalifikaw u din tikkonferma kemm ilpolza kienet waħda attraenti kummerċjalment, iżda ferm iebsa mil-lat tekniku. Meta tqis li l-Armenja li ħarġu minn pot 5 u li suppost wara Malta kienu l-aktar tim dgħajjef u tqis li fl-aħħar żewġ kompetizzjonijiet kienu pass 'il bogħod millkwalifikazzjoni, tinduna kemm Malta kellha sfida veru qawwija. L-iskwadra Maltija kienet taf dwar l-objettivi tagħna, kemm id-Direttur Tekniku kif ukoll il-kowċ nazzjonali għandhom ir-responsabbiltà li mhux biss iwasslu l-messaġġ tal-Assoċjazzjoni, iżda saħansitra jaħdmu biex flimkien naslu biex nilħqu t-tragwardi. Apparti minn dan, jien personalment nitkellem mal-iskwadra qabel kull logħba u flimkien nanalizzaw is-sitwazzjonijiet kif ikunu qegħdin jevolvu. Il-plejers taw qalbhom u ma nistgħux ma napprezzawx is-sagrifiċċji li jagħmlu huma u l-klabbs li jirrappreżentaw. Fil-grupp skorjajna ħames gowls, fallejna żewġ penalties u konna offensivi u saħansitra sfortunati f 'xi logħbiet. Niftakar wara l-logħbiet ta' Settembru kontra d-Danimarka u l-Bulgarija, kulħadd qal kemm kien sar progress u kemm tieħu gost tara lit-tim nazzjonali llum il-ġurnata. Xahar wara kollox intesa. Ma nagħtix tort lill-kritiċi għaliex fil-futbol ir-riżultati jħallu l-marka, iżda hemm kritika ġustifikata u oħra li ma naċċettahiex. Kull min għandu għal qalbu lit-tim nazzjonali Malti għandu jifhem li bdejna proġett fit-tul li għandu jagħtina r-riżultati mhux għada jew xahar ieħor iżda sitta jew seba' snin oħra." Bjorn Vassallo jemmen li nistgħu naslu fejn waslu l-Islanda? "Irridu nkunu realistiċi u nżommu l-identità tagħna dejjem f 'moħħna. Qatt ma tkellimna fuq kwalifikazzjoni, nibdew inħarsu fil-bogħod meta bħall-Islanda fl-ewwel skwadra jkollna aktar minn 20 plejer jilagħbu barra l-pajjiż u jgħixu ħajja professjonali. Il-maġġoranza tal-plejers tagħna jilagħbu f 'Malta, huma professjonali li jaħdmu b'mod parzjali, jiġifieri jaħdmu xogħol ieħor apparti li jitħarrġu u jilagħbu l-futbol. Ilfutbol mhux ix-xogħol fiss tagħhom. Il-ġurnata tkun maqsuma u tipprova tlaħħaq ma' kollox - maxxogħol, mal-familja, malfutbol u mas-sitwazzjonijiet kollha li jinqalgħu fil-ħajja. Ma naħsibx li dan huwa l-aħjar mod li jwasslek biex tipproduċi l-aħjar tiegħek fid-dinja tal-futbol. Għalhekk irridu nżommu saqajna mal-art meta nikkompetu mal-krema tal-futbol fl-Ewropa. Illum fejn għandu x'jaqsam livell ta' timijiet nazzjonali nistgħu nitqabblu biss mal-Lussemburgu, San Marino, Andorra, Faroe Islands u Liechtenstein. Dawn huma tamparna, m'għandhomx kampjonati professjonali u għandhom ftit plejers li jilagħbu barra l-pajjiż u għandhom l-istess aspirazzjonijiet tagħna. Fl-aħħar sentejn lgħabna kontra timijiet tamparna u r-riżultati u l-prestazzjonijiet kienu tajba ħafna u dan ifisser li fost iż-żgħar ninsabu minn ta' quddiem fil-preparazzjoni tal-plejers tagħna. Għalhekk jekk ikollna aktar plejers professjonali fl-iskwadra persważ li nkomplu navvanzaw. Tajjeb ngħidu li fl-aħħar sentejn in-numru ta' plejers Maltin fil-livell ta' 'grassroots' li jilagħbu barra l-pajjiż qabeż innumru ta' plejers Maltin adulti li għandhom kuntratt professjonali barra minn