Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207
SPORTSillum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 | illum 31 p Eżekuttiv tal-MFA Thohir interessat f'Messi xtutna." U fil-futur x'nistennew? "L-akbar żewġ objettivi tagħna relatati mal-futur huma tnejn – l-ewwel li nsaħħu l-bażi permezz tal-faċilitajiet sportivi u li nkomplu ninvestu bis-saħħa fil-Coach Education biex eventwalment inkomplu nipproduċu plejers żgħażagħ ta' kwalità li blopportunitajiet stabbiliti mill-MFA u mill-klabbs lokali, ninċentivawhom biex jagħmlu l-qabża professjonali u t-tieni hi dik li nsaħħu l-operat talklabbs lokali biex niżguraw li l-futbol Malti jkompli jespandi fl-istatura tiegħu bl-għan li tikber il-viżibilità tal-logħba domestika. Jekk jirnexxielna nagħmlu dan, ir-riżultati jkunu kostanti u persważ li fis-snin li ġejjin inkunu qegħdin nitkellmu b'ton differenti. Biex ninċentivaw dak kollu li spjegajt hawn fuq, il-Kumitat Eżekuttiv talMFA approva riforma sħiħa fiċ-Ċentru Tekniku, b'investiment qawwi ta' flus u riżorsi. Tliet staġuni ilu ħloqna akkademja għassubien u l-bniet u llum l-aħjar talent qiegħed jiġi ndukrat minn età iżgħar. Kien ta' sodisfazzjon ukoll li l-Gvern preċedenti ħoloq in-National Sports School, fejn tfal f 'età żgħira qegħdin jattendu skola li tagħtihom kemm tagħlim akkademiku kif ukoll taħriġ sportiv fid-dixxiplini partikolari fosthom il-futbol. Il-Gvern attwali kompla fejn ħalla ta' qablu u rrikkonoxxa dan l-investiment u dan ifisser li finalment il-kultura sportiva f 'pajjiżna bdiet tħalli effetti pożittivi fuq l-istituzzjonijiet ukoll. Il-futbol f 'din l-iskola qiegħed jiġi mgħallem skont il-kurrikulu addottat miċĊentru Tekniku u dan grazzi għall-kordinazzjoni sħiħa mal-amministraturi ta' din l-iskola. Fl-akkademja tas-subien tal-MFA morna oltre u bdejna proġett bit-tfal imwielda fl-1997 u fl1998, fejn kważi sentejn ilu fil-kariga ta' Youth Development Officer, l-MFA ngaġġat lill-kowċ Taljan/ Arġentin, Sergio Soldano b'passat fl-akkademji ta' AC Parma u FC Internazionale tal-Italja u ħloqna struttura professjonali mdawra ma' dawn iż-żewġ timijiet. It- tfal li jagħmlu parti minn dawn iż-żewġ skwadri, jattendu fiċ-Ċentru Tekniku tliet darbiet fil-ġimgħa, jieklu flimkien, jistudjaw flimkien, jitħarrġu flimkien u jissoċjalizzaw flimkien. Apparti dan qegħdin nagħmlu mezz li jilagħbu kemm jista' jkun logħbiet internazzjonali biex jiksbu l-esperjenza u l-kunfidenza meħtieġa li tgħinhom ikomplu jiżviluppaw flabilitajiet tekniċi u ta' karattru. Nista' ngħid li r-rispons s'issa kien wieħed pożittiv u x-xogħol li qed isir mill-ħaddiema li jinkludi 10 persuni fosthom psikologa, qiegħed iħalli l-frott mixtieq. Minn dawn il-gruppi diġà kienu erba' t-tfal li ffirmaw ma' klabbs barranin fl-Ingilterra u fl-Italja u għaddejjin diskussjonijiet oħra biex oħrajn isegwuhom. Ilfutur huwa bbażat fuq il-'grassroots' u jekk inħallu l-esperti jaħdmu mingħajr indħil u pressjoni żejda, m'hemmx dubju li nkabbru l-livell tagħna. Dwar l-operat tal-klabbs ilna li bdejna b'riformi kuraġġużi, fosthom dawk tal-Financial Fair Play biex insaħħu l-qafas finanzjarju tal-klabbs lokali u matul dan l-istaġun se nkunu qegħdin inressqu emendi dwar il-Player Status li jinkludu r-reġistrazzjonijiet u t-trasferimenti tal-plejers, il-parametri, is-salarji u aktar. Flimkien ma' dawn qegħdin ukoll naħdmu biex neliminaw ir-restrizzjonijiet kummerċjali li jeżistu fil-kuntratti dwar it-titli legali tal-artijiet li l-klabbs ingħataw mingħand ilKunsill Malti għall-iSport. Il-futbol ma jistax jgħix mingħajr kummerċ u jekk irridu ninfiltraw aktar fissuq, irridu bilfors nattiraw aktar investiment privat. Għalhekk huwa bżonjuż li nagħmlu dan it-tip ta' ristrutturar fil-leġislazzjoni. Il-Gvern ukoll qiegħed jifhem dan u l-appoġġ huwa massimu. Dawn il-proġetti ħolistiċi mhumiex inizzjattivi unilaterali tal-President jew tal-Kap Eżekuttiv tal-MFA jew ta' xi uffiċjal ieħor iżda huma sforz totali minn dawk kollha involuti fil-futbol Malti, ilklabbs u l-assoċjazzjonijiet membri, kif ukoll l-entitajiet governattivi," temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-MFA, Bjorn Vassallo. FIL-JIEM li għaddew ilpresident il-ġdid ta' Inter, il-biljunarju Indoneżjan li qed ikun imlaqqam bħala l-Berlusconi tal-Indoneżja, Erick Thohir saħaq li huwa interessat li jakkwista lillfenomenu Arġentin ta' Barcelona, Lionel Messi. In-negozjant Indoneżjan xtara l-maġġoranza ta' 70% tan-Nerazzurri f'Ottubru u wara laqgħa ġenerali fil-klabb ta' Inter, ġie vvutat bħala sostitut għall-eks President Massimo Moratti biex b'hekk temm 18-il sena Presidenza tal-istess Moratti. F'kummenti li għadda lillmezzi tax-xandir dwar jekk Messi kienx jifforma parti mill-pjanijiet tiegħu, Thohir li għandu 43 sena saħaq li qed jiddiskuti dan kollu mattmexxija ta' Inter. Intant, Moratti li wara li Thohir sar President ta' Inter, huwa sar President Onorarju tal-istess klabb minn Milan saħaq li għażel din il-kariga minħabba li jinsab ferm ċert li għal Inter hemm jistennihom futur sabiħ. Huwa sellem ukoll lill-partitarji kollha ta' Inter madwar id-dinja. Il-futur ta' Messi hu ma' Inter? Employment Aid Programme Over €1.9 million of funds For Gozo Need to Employ? Gozitan Enterprises and Employers, including those in Malta, take advantage of the Employment Aid a period of 52 weeks*. www.etc.gov.mt. It pays to employ! Operational Programme II – Cohesion Policy 2007-2013 Empowering People for More Jobs and a Better Quality of Life Investing in your future