Illum previous editions

illum 24 November 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/216207

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 24 ta' Novembru 2013 "Tazza tad-Dinja mingħajri mhux ta' min jaraha" - Zlatan Ibrahimovic IL-PLEJER Svediż ta' fama u klassi mondjali, Zlatan Ibrahimovic saħaq li l-edizzjoni li jmiss tat-Tazza tad-Dinja li se ssir is-sena d-dieħla fil-Brażil mhux ta' min jaraha minħabba s-sempliċi fatt li hu mhux se jkun fl-azzjoni. U dan wara li ftit tal-jiem ilu, l-istess plejer reġa' kien fiċ-ċentru tal-attenzjoni hekk kif kien afferma li t-Tazza tad-Dinja iktar għandha bżonn tiegħu milli ta' Cristiano Ronaldo. Nhar it-Tlieta li għadda l-attakkant kemxejn kontroversjali ta' Paris Saint Germain skorja doppjetta fit-tieni leg tal-playoffs kontra l-Portugall iżda din ma kinitx biżżejjed biex l-Isvezja jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja hekk kif tripletta tal-fenomenu Portugiż, Cristiano Ronaldo ssiġillat rebħa drammatika ta' 3-2 biex b'hekk ilPortugall ikkwalifikaw bi skor aggregate ta' 4-2 għall-iktar kompetizzjoni importanti filfutbol mondjali li tirrigwardja tim nazzjonali organizzata mill-FIFA. F'kummenti li għadda lill-mezzi tax-xandir preżenti wara din il-logħba, Ibrahimovic saħaq li dan probabbilment kien l-aħħar ċans għalih li jilgħab fit-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Svediż. Huwa kompla li ħaga waħda hija żgura – li Tazza tadDinja mingħajru fl-azzjoni mhix se tkun ta' spettaklu. Huwa feraħ lill-Portugall għall-kwalifikazzjoni li rnexxielhom jiksbu iżda saħaq li ż-żewġ timijiet nazzjonali li huma kien jimmeritahom li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. Huwa afferma li jinsab diżappuntat li ma rnexxielhomx jikkwalifikaw hekk kif ried jilgħab fitTazza tad-Dinja. Huwa tenna li huma għamlu mill-aħjar li setgħu bħala tim iżda sfortunatament lagħbu kontra tim li m'hemmx dubju li huwa aħjar mill-Isvezja. Rigward il-pjanijiet għall-futur tiegħu, Ibrahimovic qal lill-istazzjon televiżiv TV4 li se jkun qed jikkunsidra kollox iżda huwa se jkompli jħares 'il quddiem b'ottimiżmu hekk kif huwa captain kburi Ibrahimovic jistqarr li t-Tazza tad-Dinja mingħajru mhux se toffri spettaklu tat-tim nazzjonali Svediż. Huwa kompla li wara din it-telfa kontra l-Portugall, huma se jirritornaw iktar b'saħħithom minn qatt qabel. Wara l-logħba kontra l-Portugall, il-kowċ tattim nazzjonali Svediż, Erik Hamrem saħaq li din kienet ħolma u ambizzjoni li ntilfet u hija xi ħaġa li tweġġa' lil kull Svediż u speċjalment meta huma kienu tant viċin li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. Intant, Cristiano Ronaldo saħaq li l-Portugall lagħbu aħjar mill-Isvezja u għalhekk kien jimmeritahom bis-sħiħ li jikkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja. F'kummenti li għadda huwa saħaq li jirrispetta lill-Isvezja fejn jaħseb li għandhom tim fantastiku mimli bi plejers ta' esperjenza, kowċ tajjeb iżda fiż-żewġ logħbiet tal-play-off kienu lagħbu aħjar minnhom fejn ħolqu iktar okkażjonijiet perikolużi ta' skor. Stevie Camilleri jsir l-aqwa skorer għal RN Bogliasco b'262 gowl f'ħames snin KIF kien mistenni u mingħajr ebda sorpriża immaġinabbli, ftit taljiem ilu, Stevie Camilleri, ikkunsidrat fost l-aqwa plejers li pproduċa l-waterpolo lokali f 'kull żmien rebaħ il-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena tad-Diviżjoni Premier. Huwa għen lil Neptunes jirbħu r-raba' kampjonat konsekuttiv u li kien is-sitt wieħed fil-karriera tiegħu f 'decider drammatiku kontra l-ġirien iżda rivali San Ġiljan, waqt li kompla għaddej bilkarriera ta' suċċess kemm mat-tim nazzjonali talwaterpolo mmexxi mill-kowċ Karl Izzo u mill-assistent tiegħu Anthony Farrugia, kif ukoll mat-tim li miegħu jilgħab fil-pajjiż ġar tagħna, l-Italja, RN Bogliasco fejn fil-ħames snin li ilu jilgħab ma' dan it-tim, skorja xejn inqas minn 262 gowl biex sar l-aqwa skorer ta' kull żmien għal dan il-klabb. Din il-gazzetta għamlet kuntatt mal-istess plejer fejn talbitu jtina rendikont dettaljat fuq din is-sena li dalwaqt se tintemm u li kompliet tkabbar il-lista ta' unuri fil-karriera tiegħu, u x'kienet tinvolvi u tfisser għalih personali. Il-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena saħaq li: "Jekk kelli niġbor flimkien is-sena 2013, ikolli ngħid li kienet sena ferm impenjattiva iżda ta' unur kbir. Bejn l-impenji tiegħi ma' RN Bogliasco fl-Italja, Neptunes WPSC f 'Malta u t-tim nazzjonali lgħabt iktar minn 60 logħba kompetittiva uffiċjali. Matul din is-sena qbiżt il-250 gowl fil-ħames snin li fihom ili nilgħab fl-Italja. Ma' Neptunes irnexxieli nirbaħ ir-raba' kampjonat konsekuttiv biex b'hekk irbaħt 6 kampjonati fil-karriera tiegħi sa issa waqt li rbaħt ukoll l-unur tal-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena tad-Diviżjoni Premier għar-raba' darba. Rigward it-tim nazzjonali ma kkwalifikajniex għarrawnd ta' kwalifikazzjoni li jmiss għal punt wieħed iżda naħseb li kollox ma' kollox kien riżultat ferm pożittiv għalina u tul it-tliet rawnds, ikkontribwixxejt permezz ta' 50 gowl. Ma' RN Bogliasco, dan l-istaġun kellna bidu tajjeb. Irnexxielna sa issa nikkwalifikaw għar-rawnd tal-Kwarti-Finali tal-Coppa Italia u bħalissa ninsabu fis-7 post. Rigward il-futur tiegħu ma' RN Bogliasco, Camilleri afferma li: "Ninsab kuntent nilgħab ma' RN Bogliasco iżda jekk tiġi offerta aħjar, Stevie Camilleri jidħol fl-istorja ta' RN Bogliasco fl-Italja nikkunsidraha. Matul is-sajf kont f 'kuntatt ma' xi timijiet Taljani fosthom Cannottieri u Aquachiara waqt li kelli offerta interessanti ħafna biex nilgħab fit-Turkija iżda ddeċidejt li nibqa' mattim li qed nilgħab miegħu bħalissa minħabba raġunijiet personali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 24 November 2013