Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
€0.90 Call us on 99860983 Or visit our website www.tadernis.com 01 ta' Diċembru 2013 • Nr 372 Iż-żjara ta' Busuttil fl-Awstralja L-akkommodazzjoni ta' Busuttil imħallsa minn miljunarju Malti-Awstraljan ŻJARA tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li ma tantx ingħatat importanza mill-mezzi tax-xandir Nazzjonalisti kienet parti mħallsa minn miljunarju Malti-Awstraljan Harry Calleia. ILLUM tista' tiżvela li Calleia, (li tinkiteb bil-i flok il-j) li hu deskritt mill-mezzi tax-xandir Awstraljani bħala 'kollettur tad-dejn' ħallas għall-akkomodazzjoni ta' Simon Busuttil u l-Kelliem tal-Edukazzjoni Nazzjonalista Joe Cassar. Huwa mifhum li malwasla tagħhom fl-Awstralja, il-kamp Nazzjonalista kellhom jistenniehom żewġ appartamenti fiċ-ċentru ta' Sydney imħallsa minn Calleia. F'Jannar li għadda, Calleia, li flimkien ma' ibnu huwa s-sid tal-kumpanija Maltija Verdala Estates Limited, ingħatalu permess sabiex jikkonverti s-sit tal-eks birrerija ta' Farsons filĦamrun f 'aktar minn 200 appartament. Huwa mifhum ukoll li l-Kap Eżekuttiv tal-Kumpanija hija Anne Marie Muscat Fenech Adami, id-Deputata Sindku Nazzjonalista fi ħdan ilKunsill Lokali tan-Naxxar. Minkejja l-Kap talInformazzjoni tal-Partit Nazzjonalista David Herrera ddeskriva ż-żjara bħala waħda mhux politika iżda waħda ta' mertu personali għal Simon Busuttil, din il-gazzetta tista' tagħti aktar dawl fuq iż-żjara. Ikompli fil-paġna ta' wara "Tolleranza żero lejn l-abbużi fil-benefiċċji soċjali" JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt F'INTERVISTA ma' din il-gazzetta, il-Ministru għall-Familja Marie Louise Coleiro Preca ddikjarat li d-dipartiment għal kontra l-frodi filbenefiċċji soċjali għandu bżonn jissaħħaħ biex jiġi aktar effettiv. Il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca Dan wara li fl-2010, rapport tal-Awditur Ġenerali kien sab li dan id-dipartiment kellu mal-€14-il miljun x'jiġbor. "Waħda mill-problemi kienet li kienu jgħaddu s-snin sakemm persuna tinqabad, b'tali mod li l-ammont ikun laħaq tela' għal eluf ta' ewro. B'hekk jew issir impossibbli li jinġabru lura, jew inkella tant ikun hemm bżonn xogħol amministrattiv li tispiċċa tmur minn taħt," tgħid Coleiro Preca. Il-Ministru tiżvela wkoll li kien hemm każi fejn matul is-snin baqgħu jitħallsu benefiċċji soċjali minkejja li l-persuni konċernati kienu infurmaw lil Ministeru li mhumiex eleġibbli aktar għalih. Malta rnexxielha! Ara intervista paġna 12, 13 Ara paġna 4 - www.kzbqormi.org il-Milied u s-Sena t-Tajba lil Kulħadd NEWSPAPER POST -