Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 35

2 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 COLLIS Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Valletta TRINITY Pharmacy, 32, Triq il-Marsa, Marsa BROWN'S Pharmacy, 278, Triq ilVitorja, Qormi MARRIT Pharmacy, Triq l-1 ta' Mejju, Fleur De Lys REGIONAL Pharmacy, Triq E.H. Furse, Msida MELITA Pharmacy, 127, Triq San Gorg, San Ġiljan VICTOR'S Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Sliema MISRAĦ Kola Pharmacy, Triq ilPitkali, Attard VICTORY Pharmacy, 16, Triq il-Vitorja, Naxxar QAWRA Pharmacy, Earl's Court/1, Triq l-Imħar, Qawra ST. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monica, Paola VITTORIOSA Pharmacy, 9, Triq ilMina il-Kbira, Birgu ST Elias Pharmacy, St Elias Street, Xgħajra JOHN J. Borg Pharmacy, 1, Triq il-Kostituzzjioni, Żejtun MQABBA Central Pharmacy, 9, Triq Santa Katerina, Mqabba TAL-GRAZZJA Pharmacy, Triq Frangisk Farrugia, Żebbuġ NIGRET Pharmacy, Triq iz-Zahar, Rabat TAĊ-ĊAWLA Pharmacy, Triq 7 ta' Ġunju 1919, Victoria GĦAJNSIELEM Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem TEMP ILLUM L-OGĦLA L-INQAS TEMP 18˚Ċ 12˚Ċ Ftit jew wisq imsaħħab bilħalbiet tax-xita iżolati VIŻIBILTA' Tajba minbarra fil-ħalbiet taxxita RIĦ Punent forza 5 għal 6 BAĦAR: Qawwi IMBATT: Baxx mill-Majjistral GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq "Ma kontx infurmata bil-mozzjoni" JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt www.gozochannel.com TEMP GĦADA L-OGĦLA L-INQAS TEMP 18˚Ċ 13˚Ċ Pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita Pjuttost imsaħħab u bil-ħalbiet tax-xita VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax-xita RIĦ Punent forza 5 għal 6 lokalment forza 4 għal 5 li jsir Punent Majjistru forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 sa filgħaxija SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun pubblikata nhar il-Ħadd li ġej. 44 69 36 61 75 85 13 78 Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda Il-Kunsilliera Laburista li vvutat kontra: L-ISTORJA li żvelat ilgazzetta ILLUM ġimagħtejn ilu, dwar it-tneħħija ta' Arthur Bajada minn Segretarju Eżekuttiv talKunsill Lokali ta' Sannat f 'Għawdex, ma waqfitx hemm. Il-kunsilliera Laburista li vvutat kontra din it-tneħħija, Maria Cassar Sultana, tkellmet mal-mezzi tax-xandir għall-ewwel darba. F'kummenti esklussivi malgazzetta ILLUM, il-kunsilliera f 'isem il-Partit Laburista Maria Cassar Sultana qalet li ma kinitx infurmata li se titressaq din il-mozzjoni. "Ma kont naf b'xejn dwar din ilmozzjoni. Ħadd ma kellimni qabel ma din ġiet ippreżentata u lanqas biss talbu għall-parir tiegħi," qalet Cassar Sultana għall-fatt li l-kunsilliera talPartit Laburista ma ltaqgħux qabel sabiex jiddiskutu din il-mozzjoni. "Jien m'iniex l-awditur jew il-bord tad-dixxiplina, u allura ma nistax nikkundanna lisSegretarju Eżekuttiv. Min-naħa tiegħi ma nista' ngħid xejn kontra Arthur Bajada." Dan id-diskors qalitu l-kunsilliera Laburista waqt il-laqgħa b'urġenza tal-Kunsill Lokali Ta' Sannat tal-15 ta' Lulju. "Nixtieq nagħmel stqarrija qabel jittieħed il-vot. Fil-ftit jiem li ilni li ħadt il-ġurament nista' ngħid li jien qatt ma rajt dan l-aġir imsemmi. Għaldaqstant qatt ma jien se naqbel jekk iseħħ aġir bħal dan mill-ebda individwu. Però nista' ngħid li dan l-aġir ma rajtux iseħħ fil-preżenza tiegħi. Għalhekk jien se nivvota kontra. U dan se nagħmlu skont il-kuxjenza tiegħi. Filwaqt li nistaqsi lis-sindku, jekk kont taf b'dawn l-affarijiet fil-kunsill preċedenti, għalfejn ma ħadtx ir-responsabbiltà li kien hemm bżonn?" Din l-istqarrija uffiċjali ta' Maria Cassar Sultana ġiet mehmuża mal-minuti tal-laqgħa li fiha ġiet approvata l-mozzjoni biex jitneħħa s-Segretarju Eżekuttiv. Sadanittant, f 'kummenti mal-gazzetta ILLUM, isSindku Philip Vella ċaħad kategorikament dak kollu li ġie rappurtat fil-konfront tiegħu. Il-mozzjoni li tressqet fil-Kunsill aktar kmieni din is-sena u li bis-saħħa tagħha Is-Sindku ta' Sannat Philip Vella Maria Cassar Sultana - il-Kunsilliera tal-PL li vvutat kontra l-mozzjoni mressqa mis-Sindku Laburista kien tneħħa s-Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada ma kinitx biss mozzjoni tasSindku, iżda kienet mozzjoni li tressqet u ġiet approvata mill-maġġoranza tal-membri tal-istess Kunsill. Is-Sindku qal li l-mozzjoni ġiet imressqa minħabba nuqqasijiet serji u gravi u ripetittivi min-naħa tal-istess eks Segretarju Eżekuttiv filqadi tad-dmirijiet tiegħu tul medda twila taż-żmien li kienu qegħdin ixekklu lill-istess Kunsill fil-ħidma tiegħu b'risq il-ġid tal-poplu tal-lokalità ta' Sannat, u wkoll minħabba n-nuqqas kbir ta' lealtà u ta' rispett li kien hemm min-naħa tal-eks Segretarju Eżekuttiv fil-konfront tas-Sindku Philip Vella u ta' sindki oħra li kien hemm qablu. Fi dritt għar-risposta, is-Sindku Philip Vella qal li kien l-istess eks Segretarju Eżekuttiv li bl-aġir tiegħu rrenda l-pożizzjoni tiegħu fl-istess Kunsill bħala waħda mhix aktar tenibbli minħabba l-bsaten fir-roti li kien qiegħed jagħmel u mhux fis-sens kif sar ir-rappurtaġġ fil-gazzetta u flaħbarijiet, u minħabba f 'hekk il-Kunsill ma setax jimxi 'l quddiem fil-ħidma tiegħu. L-eks Segretarju Eżekuttiv ġie deskritt li kien mażra ma' għonq il-Kunsill. Is-Sindku Vella sostna li l-proċeduri ġudizzjarji fil-Qorti li ħa s-Segretarju Eżekuttiv fil-konfront tasSindku u tal-Kunsill biex iżomm il-kariga tiegħu filKunsill ġew miċħuda kollha u kull allegazzjoni li huwa għamel fil-konfront tas-Sindku f 'dawn il-proċeduri ma ġewx aċċettati u ġew meqjusa li ma kellhom ebda bażi legali. Kien saħanistra l-istess eks Segretarju Eżekuttiv li fi proċeduri kriminali li ġew istitwiti kontra tiegħu millPulizija li saru fuq talba tasSindku Philip Vella, li ddikjara pubblikament fl-atti tal-Qorti li jiddispjaċih tal-akkużi li għamel fil-konfront tal-istess Philip Vella u ssokta jiddikjara li jaf lis-Sindku Philip Vella bħala persuna integra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013