Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 3 Vittma ta' vjolenza domestika tirrakkonta: "Jitlobni l-flus biex nara lil uliedi" JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt LARA* tilfet lil ommha u lil missierha fi ftit xhur meta kellha 14-il sena. Kienet taspira li f 'dan in-nuqqas, meta tikber, tagħti l-aqwa trobbija lit-tfal tagħha. Dawn il-pjanijiet kollha sfaxxaw fix-xejn fl-ewwel ta' Lulju 2008, meta l-eks raġel infurmaha li biex tara lit-tfal tagħhom kellha tibda tħallas €200 kull darba. Dan minkejja li mis-sena ta' qabel, il-Qorti kienet tatha l-aċċess u l-kustodja biex tara liż–żewġ uliedha tliet darbiet fil-ġimgħa. "Jew tħallas jew ma tarahomx," kien qalilha. Kienet inutli tipprova tfiehmu li qas kieku riedet ma setgħet tħallsu dak l-ammont, peress li kienet qed taħdem part-time biss. Il-problemi minn maleks raġel kienu jmorru lura diversi snin, meta kien isawwatha bla ebda ħniena. Saħansitra qabel ma welldet it-tieni wild tagħhom. "Kien isawwatni u jgħidli li t-tifla mhux tiegħu, għax hu subien biss jagħmel! Kien jgħajjarni li dan kollu tort tiegħi li kelli tifla. Saħħti bdiet tmur lura u m'offra l-ebda appoġġ. Fl-2004 kelli ngħaddi minn kirurġija f 'moħħi, kif tista' timmaġina operazzjoni serja u li kieku m'għamilthiex kont immut. Iżda hu kien jgħidli li qed nesaġerahom u li ma kelli xejn." F'intervista mal-ILLUM, l-omm tgħid li kif għaddiet b'suċċess minn din l-operazzjoni l-eks raġel kien qed jheddida li kif tasal id-dar, se jsawwatha sakemm tmut. "B'hekk il-mewt tkun tidher li kienet xi konsegwenza taloperazzjoni u mhux ħabba swat u vjolenza domestika," kien qalilha mingħajr ma ħasibha darbtejn. Wara s-swat li sofriet, Lara ddeċidiet li toħroġ minn darha stess u tieħu liż-żewġt itfal magħha. Marret tgħix għal xahar u nofs fid-dar 'Merħba Bik,' fl-Istitut ta' Cini fil-Ħamrun għal disa' xhur sħaħ, u fid-dar tal-Appoġġ 'l-Għabex' għal aktar minn erba' xhur. Kien hawnhekk, fuq l-għatba ta' din id-dar, li darba minnhom l-eks raġel sabha u dar għaliha fit-triq. "Wara li tani xebgħa, ma kienx arrestat u qisu ma ġara xejn. Ma għandux rekord kriminali, imma jaġixxi ta' wieħed. Meta t-tfal kienu taħt il-kustodja tiegħi kien jheddidni li joqtolni u jgħajjarni qaħba u lisbjana quddiem it-tfal tiegħi stess." Lara ssemmi li f 'Jannar 2006 isseparat legalment, u li l-eks raġel iffirma l-karti wara li tatu diversi affarijiet fosthom id-dar li kienet tagħha. Iżda t-tama tagħha li jintemm il-kalvarju u tibda ħajja ġdida ħadet daqqa ta' ħarta kbira sena wara, meta l-eks sieħeb tagħha ddeċieda li jieħu lura t-tfal. "Irnexxielu, u kien jaf millbidu li kien se jirnexxielu għax hu stess kien qalli li ħallas biex tgħaddi tiegħu. Hu fetaħ il-każ tiegħu l-Qorti f 'Ġunju 2008, imma f 'Jannar ta' qabel kien ġa bagħatli li Bejjiegħ jaqla' daqqiet ta' sikkina, l-aggressur jaħrab RAĠEL ta' 43 sena minn Marsaskala lbieraħ filgħodu qala' daqqiet ta' sikkina. L-inċident seħħ f'Putirjal ilBelt Valletta. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura. Investigazzjonijiet preliminari jissuġġerixxu li r-raġel kien midrub wara li nqala' argument bejn żewġ bejjiegħa ta' nazzjonalità Maltija, wieħed minnhom il-vittma. L-aggressur ħarab mill-post tal-inċident. Sakemm morna għall-istampar, il-kundizzjoni tal-midrub kienet għadha mhix magħrufa. Membri tar-Rapid Intervention Unit u Pulizija mill-għassa tal-Belt għadhom għaddejjin blinvestigazzjonijiet. se neħel bl-ispejjeż kollha. L-imħallef li ddeċieda l-każ kien l-istess wieħed li ffirma d-dokumenti tas-separazzjoni, jiġifieri kien jaf minn liem tbatija kelli ngħaddi minnha," tirrakkontali Lara. U l-Pulizija? Qatt ma sibt xi għajnuna mingħandhom? Ifettilli nsaqsiha. Iżda ninduna mal-ewwel li kif insemmi l-Pulizija nqajjem ċertu rabja fiha. "Meta kont inkun waħdi l-Pulizija kienu jkellmuni mod, u meta kien ikun hemm l-eks ikellmuni mod ieħor. Tlabt diversi drabi l-għajnuna tagħhom biex jien ikolli l-aċċess għal uliedi. Darba minnhom, surġent partikolari qalli: "Jekk għandek il-ħila, kaxkarhom miegħek." "Għal mument bqajt bla kliem," ttemm tgħid Lara, "imbagħad għidtlu li suppost jaf li t-tfal mhumiex sempliċiment xkora patata." *Lara huwa isem fittizju biex jipproteġi l-identità tal-vittma. Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013