Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

4 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Ma jridux lil Gonzi President NUMRU ta' Laburisti ma laqgħux tajjeb il-proposta li Lawrence Gonzi jkun ilpresident li jmiss. Artiklu f 'din il-gazzetta kien żvela kif Lawrence Gonzi jista' jitqies bħala għażla naturali għal president li jmiss, jekk il-Prim Ministru jiddeċiedi li jaħtar president milloppożizzjoni. Fl-ILLUM tal-ġimgħa l-oħra, din il-gazzetta kienet qalet li fost il-favoriti jispikkaw il-kandidaturi ta' George Vella u ta' Louis Grech millkamp Laburista, flimkien ma' Lawrence Gonzi. Ir-reazzjoni negattiva dehret ukoll minn bosta kummenti li dehru taħt l-istess storja filportal tal-MaltaToday. "Jekk jintgħażel Gonzi se jġib il-firda fil-poplu Malti, u wara l-presidenza, imur jindirizza mass meetings nazzjonalisti kif għamel ta' qablu," kkummenta persuna, b'referenza għal Eddie Fenech Adami. Dan il-kumment kien simili għal oħrajn li dehru bħala rispons għal din l-istorja, li ma tantx qablu mal-fatt li Gonzi jkun il-president li jmiss. "Ma jistħux? Kemm ilPresident mill-kamp Laburista ħatru n-nazzjonalisti fl-aħħar 25 sena? Ċensu Tabone? Ugo Mifsud Bonnici? Guido de Marco? Dak li ħatar lilu nnifsu?" Fost kummenti oħra li rċivejna, jispikkaw dawk li qalu li biex verament President ikun ta' poplu kollu, għandu jintgħażel direttament min- nies. B'hekk, l-għażla ma tibqax il-prerogattiva tal-Prim Ministru biss. "Hi arroganza kbira li l-partiti politiċi jagħżlu lil min iridu bħala president ta' Malta. Dan iwaqqa' għaċ-ċajt dik li tissejjaħ id-demokrazija parlamentari tagħna. Jekk president ma jkunx elett għal poplu, għallinqas għandu jkun hemm qbil unanimu millmembri kollha fil-parlament," jgħid kumment ieħor. Oħrajn sostnew li wasal iż-żmien li jinħatar persuna mingħajr passat politiku u li jgawdi r-rispett taż-żewġ naħat. Jissuġġerixxu wkoll aktar poter lill-kariga ta' president biex ma jibqax figura taċ-ċerimonji biss, anke jekk din l-idea jidher li ma Malta, fl-aħħar, tirbaħ! ILBIERAĦ, 30 ta' Novembru se jibqa' mmarkat fl-istorja mużikali ta' pajjiżna hekk kif permezz tal-bravissima Gaia Cauchi, Malta ssib ruħha fil-quċċata tal-klassifika tal-Junior Eurovision. Dan kienu qed ibassruh diversi siti elettroniċi Ewropej filġimgħat li għaddew. Kienu ħafna d-drabi li pruvajna kemm fil-Eurovision tal-adulti u kemm f 'dak taż-żgħar iżda dejjem bqajna b'xiber imnieħer. Kienet Gaia Cauchi, li ftit tal-ġimgħat ilu ntgħażlet direttament mill-organizzaturi sabiex tirrappreżenta lil pajjiżna. Id-diska, bl-isem 'The Start' kienet miktuba apposta għal Gaia minn Matt Mercieca, magħruf aħjar bħala Muxu, ilkompożitur Elton Zarb u taħt id-direzzjoni ta' Gillian Attard. Il-festival sar fi Kiev, flUkrajna, li minkejja l-irvellijiet li hemm bħalissa fil-belt kapitali, ospitat din il-festa ta' kuluri, allegrija u enerġija flarena mimlija daqs bajda. Gaia Cauchi kienet diġà rebbieħa ta' Gaia, ta' 11-il sena tirbaħ il-JESC Sanremo Junior fl-2012 u issa Uħud mir-reazzjonijiet u kummenti li rċivejna tantx sabet appoġġ. Sadanittant, skont stħarriġ li qed isir fuq is-sit talMaltaToday, il-parteċipanti qalu li jippreferu lil Lawrence Gonzi, filwaqt li t-tieni l-akbar ammont ta' voti juri li hemm xewqa għal president mara. Isegwu George Vella u Louis Grech. rnexxielha tikseb il-quċċata tal-Junior Eurovision b'total ta' 130 punt. Malta kienet qed tikkumbatti taqtigħa ħarxa maż-żewġ favoriti l-oħra tas-serata r-Russja u l-Ukrajna iżda aċċertat postha fil-quċċata ftit minuti qabel id-9pm. Fil-festival ħadu sehem tnax-il pajjiż, bil-maġġoranza tagħhom ikunu pajjiż talLvant tal-Ewropa u Malta kisbet punti minn kull pajjiż. Il-Maċedonja, l-Ukrajna, il-Moldova u l-Olanda taw 12-il punt lil Malta waqt li l-Armenja, ir-Russja u l-Belarus tawna 10 punti. L-Iżvezja tatna 8 punti, l-Ażerbajġan 7 u Georgia 6. Kien hemm ukoll il-ġurija tat-tfal li l-poter tagħhom kien daqs ta' pajjiż, li wkoll taw it-12 il-punt tagħhom lil Malta. Fis-serata ħadu sehem Emmeli de Forrest ir-rebbieħa tal-Eurovision tal-kbar ta' din is-sena, fejn kantat ilkanzunetta li rebħitha Only Teardrops u Anastasiya Petryk li rebħet il-Eurovision tat-tfal tas-sena l-oħra. Dan ifisser li Malta se tospita l-Junior Eurovision tas-sena li ġejja f 'pajjiżna. KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG Konferenza Nazzjonali Jum Internazzjonali tal-Persuni b'Diżabilità Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilità qed tistiednek għal konferenza fejn ser jiġu diskussi l-ewwel riżultati ta' riċerka dwar il-qagħda preżenti tal-persuni b'diżabilità f'Malta. Dan l-istudju jista' jgħin biex titfassal ħidma biex kull persuna tkun tista' tikkontribwixxi, ikollha s-sostenn, u tkun suċċess f'ħajjitha. Data: It-Tlieta 3 ta' Diċembru, 2013 Ħin: 08:30 - 12:30 Post: Lukanda New Dolmen, il-Qawra Għal aktar dettalji dwar il-Konferenza u dwar il-Ġimgħa tal-Persuni b'Diżabilità żur is-sit www.knpd.org, ikteb lil Bernard Busuttil fuq helpdesk@knpd.org jew ċempel fuq 22788555. IL-MITA TIPPROVDI AKTAR MINN SEMPLIĊI IMPJIEG. IL-MITA HIJA L-AKBAR ENTITÀ TALICT F'MALTA B'TIM PROFESSJONALI TA' AKTAR MINN 330 IMPJEGAT. AĦNA NINVESTU FIK BIEX TILĦAQ IL-POTENZJAL PROFESSJONALI TIEGĦEK U NASSIGURAW LI L-IMPJIEG TIEGĦEK MAL-MITA JIŻVILUPPA F'KARRIERA LI TTIK SODISFAZZJON. JEKK QIEGĦED/A TFITTEX KARRIERA U MHUX SEMPLIĊI IMPJIEG, IRRIDU NISIMGĦU MINN GĦANDEK! NETWORKS ENGINEER PERMESS TAL-ETC: 153/2013 – MPO: /77/2005/15 Il-MITA tixtieq tingaġġa Networks Engineer sabiex flimkien ma' tim tekniku professjonali, jipprovdu konnettivita' ta' network effiċjenti lill- Gvern. Il-persuna magħżula hi mistennija tipprovdi direzzjoni, pariri u soluzzjonijiet tekniċi f'diversi proġetti, kif ukoll tipprovdi servizz, kemm lill- klijenti interni u kif ukoll esterni. Huwa/hija mistenni/ja wkoll j/tikkontribwixxi fid-disinn u implimentazzjoni tan-networks. Il-kandidati eliġibbli għandu jkollhom jew livell akkademiku ta' degree fl-Informatika jew l-ekwivalenti tal-MQF livell 6 fl-istess suġġett jew f'suġġetti relatati, CCNA u tal-anqas tlett snin esperjenza f'dan il-qasam; JEW livell akkademiku ta' diploma fl-Informatika jew l-ekwivalenti tal-MQF livell 5 fl-istess suġġett jew f'suġġetti relatati, CCNA u tal-anqas sitt snin esperjenza f'dan il-qasam. Għal aktar dettalji żur www.mita.gov.mt/careers Jew ibgħat C.V. dettaljat, flimkien ma' ittra sa mhux aktar tard minn l-Erbgħa, 10 ta' Diċembru 2013 indirizzat lil: Human Resources Manager, Malta Information Technology Agency, Gattard House, National Road, Blata l-Bajda HMR 9010 careers.mita@gov.mt Il-MITA tapplika l-prinċipju ta' opportunitajiet ugwali għal kulħadd

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013