Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
12 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 "Ministru tal-familja, Ministru tan- I l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali mhix wiċċ ġdid fil-politika. Ilha involuta għal 40 sena u Membru Parlamentari għal ħmistax. Minkejja dan, f'Marzu li għadda ġabet ftit inqas minn sitt elef vot u donnu n-nies għadhom ifittxuha għax jien u nistenna biex nibda l-intervista, kien hemm min jistenniha biex ikellimha u oħrajn jistennew isfel. "Dan il-ministeru jolqot lil kulħadd. Ir-relazzjoni tagħna ma' persuna tibda qabel ma jitwieled għax ommu tiġi tirreġistra għall-benefiċċji tat-tqala. Insegwu kull fażi ta' ħajtu mill-bidu sal-aħħar, sakemm imut u tieqaf ilpensjoni. Bilfors li dan kollu jagħmel dan il-ministeru bħala wieħed tan-nies," tgħidli Marie-Louise Coleiro Preca. Ruħ soċjali Il-ħatra tagħha biex tmexxi dan il-qasam ma kinitx sorpriża, b'Coleiro Preca tikseb il-fama tar-ruħ soċjali talPartit Laburista matul is-snin. "Kollox beda mit-trobbija tiegħi. Missieri, li kien għalliem, kien jagħmilha ma' ħafna familji vulnerabbli. Kien jemmen li l-edukazzjoni hija ċ-ċavetta li tiftaħ kull triq, b'mod speċjali lil dawn il-familji b'ċertu diffikultajiet. Għalhekk, missieri rawwem fija l-prinċipji talġustizzja soċjali… u Dom Mintoff ittraduċahomli f'ideoloġija politika. Dħalt fi żmien fejn il-ħaddiema u n-nies vulnerabbli kienu fuq nett talaġenda, u dan kompla ssudali r-ruħ soċjali," tirrakkonta hi dwar x'ħajjarha tidħol fil-politika fis-sebgħinijiet. Issemmi li l-politikanti kollha jrid ikollhom ruħ soċjali għax jekk ma jkollhomx il-prijorità li jkunu hemm għan-nies, ma jkunux jistgħu jaqdu dmirhom sew. "Eventwalment huma n-nies stess li jridu juruk xi bżonnijiet għandha s-soċjetà. Kien valur kbir fuqiex stajt nibni." Forsi dan kien is-sigriet tas-suċċess għal karriera politika tagħha? "M'hemmx sigrieti. Jien dejjem għidt li jien persuna tan-nies. Anke min ma jaqbilx miegħi napprezza l-fehma tiegħu. Kien hemm xi drabi fejn ħassejt li l-kritika fil-konfront tiegħi kienet inġusta imma bil-kritika nħossni nissaħħaħ. Anke illum, jien inħossni ċittadina bħall-oħrajn imma b'aktar responsabbiltajiet. Jien nikkunsidrani ministru tan-nies," tiddikjara Coleiro Preca. Marie-Louise Coleiro Preca dwar il-faqar, il-ġustizzja soċjali u l-karriera politika tagħha. James J. Piscopo jpiscopo@mediatoday.com.mt Il-Qasam tad-Djar Fost l-aktar raġunijiet għalfejn in-nies iħabbtu l-bieb tal-Ministeru f'Palazzo Ferreria l-Belt, hemm dik tal-housing. Fil-preżent hemm aktar minn 3,250 talba għal saqaf fuq rashom. Il-Ministru tgħidli li fi ftit ġimgħat, se jibda eżerċizzju ta' assessjar fuq kull każ biex dawn jiġu klassifikati skont il-prijorità. Dan għaliex l-Awtorità tad-Djar qed ikollha taffaċja l-problema ta' djun akkumulat u dwar l-assi tagħha. "It-talbiet għall-housing inqishom bħala effett ta' kawża, għax persuna li ma tistax tikri jew tixtri akkomodazzjoni mill-privat sinjal li qed tgħix b'limitazzjoni finanzjarja. Il-limiti finanzjarji jistgħu jkunu ħabba mard, nuqqas ta' impjieg, diżabbiltà jew nuqqas ta' saħħa mentali fost l-oħrajn. Hemm ukoll il-problema ta' ħtieġa għar-riġenerazzjoni ta' housing eżistenti, fejn f'ċertu każi għandna binjiet tal-biki bi bżonn kbir ta' titjib infrastrutturali, u mhux biss." Hi tispjega li għaddejja ħidma fuq 'Social Rent Policy' biex ikun hemm aktar uniformità fil-kirjiet u kriterji stabbiliti fuq x'jiddetermina kemm għandha tkun il-kirja. "Hemm bżonn li l-kirja tkun imsejsa fuq prinċipji, għax bħalissa jien qed inħallas ammont u int ieħor. Għandna wkoll ammont ta' persuni li waqgħu lura fil-ħlas tal-kirjiet. Fuq kollox, l-Awtorità għad-Djar m'għandiex l-irwol ta' aġenzija tar-real-estate imma awtorità għall-housing soċjali." Kunċett ġdid ta' familja Bil-liġi tal-unjoni ċivili fuq l-għatba tal-bieb, insaqsi lil Ministru għallFamilja jekk taqbilx mal-kunċett li koppji omosesswali jkunu jistgħu jaddottaw it-tfal. Hi tispjega li l-liġijiet eżistenti - li kienu daħlu ftit xhur qabel l-elezzjoni tal-2008 - ġa jagħtu dan id-dritt li persuna omosesswali taddotta, jekk ikun issodisfa diversi kriterji. "Jiġifieri l-liġijiet diġà qegħdin "Kien hemm xi drabi fejn ħassejt li l-kritika fil-konfront tiegħi kienet inġusta imma bil-kritika nħossni nissaħħaħ" hemm. L-unika differenza hi li llum ħa nkunu nafu minn qabel u li l-proċess ħa jkun aktar trasparenti, mhux qisu l-addozzjoni qed issir b'mod klandestin. Però li żgur mhux se jinbidel hu li l-prinċipju sagrosant li d-drittijiet tattfal jiġu l-ewwel u qabel kollox mhux se jintmess. L-interess tat-tfal se jibqa' jiġi mħares," tassigura Coleiro Preca. Ġlieda kontra l-abbużi tal-benefiċċji soċjali Nirrimarka li għal bosta snin, gvernijiet preċedenti kienu jgħidu li jrid isir aktar biex jinqata' l-abbuż li hemm fl-ogħti tal-benefiċċji soċjali. Imma realistikament x'qed isir? "Jien kontra kull min jisraq lill-poplu u m'hawnx tolleranza għall-abbuż. Il-Ministeru għandu dipartiment għal kontra l-frodi imma dan għandu bżonn jissaħħaħ biex jiġi aktar effettiv." Tispjega li fl-2010, rapport talAwditur Ġenerali kien sab li dan id-dipartiment kellu €14-il miljun x'jiġbor. Waħda mill-problemi kienet li kienu jgħaddu s-snin sakemm persuna tinqabad b'tali mod li l-ammont ikun laħaq tela' għal eluf ta' ewro. Tgħid li jew issir impossibli li jinġabru lura jew inkella tant ikun hemm bżonn xogħol amministrattiv li tispiċċa tmur minn taħt. Il-Ministru tgħid ukoll li kien hemm każi fejn matul is-snin baqgħu jitħallsu benefiċċji soċjali minkejja li l-persuni konċernati kienu infurmaw lil Ministeru li mhumiex eleġibbli aktar għalih. "Kellna każi fejn persuni jkunu għamlu rapport li eżempju sabu impjieg, imma minħabba li t-teknoloġija tagħna ma kinitx żviluppata biżżejjed ma kien isir xejn mal-ewwel. Ikunu għaddew is-snin sakemm nindunaw li xorta baqa' joħroġ il-benefiċċju." Il-kontijiet kaġun ewlieni tal-faqar Fix-xhur li ġejjin se titnieda strateġija nazzjonali oħra kontra l-faqar. Wara li fl-aħħar għaxar snin kienu diġà ġew preżentati żewġ strateġiji oħra li ma laħqux l-għanijiet tagħhom, din l-istrateġija kienet imposta mill-Unjoni Ewropea biex Malta tieħu azzjoni rigward dan is-suġġett qabel ma jiġu sospiżi fondi Ewropej. Insaqsi l-Ministru kemm hi kunfidenti li l-istrateġija tagħha se tirnexxi wara l-falliment tat-tnejn ta' qabilha? "Mhux kunfidenti, imma determinati li tirnexxi. Ma nistgħux inħallu l-fqir ikompli jiftaqar. L-indikazzjonijiet soċjali juru li ħadna rankatura 'l isfel meta Gvern nazzjonalist ma kienx ħa ħsieb li l-politika tal-enerġija tkun waħda rħisa u alternattiva għal dik preżenti. L-indikaturi tal-2005 kienu ġa bdew juru dan. Bejn l-2011 u l-2012, il-faqar żdied minn 28% għal 31%." Insemmilha li sa ftit xhur ilu kien jingħad li l-faqar hu biss perċezzjoni, anke jekk ma kellix dubju li mhux ħa taqbel. "Il-faqar hu monstru mhux perċezzjoni. L-indikaturi soċjali kienu ilhom hemm u kulħadd kien jaf bihom. Ma tistax tkun fil-politika u tinjora dawn il-fatti. Sfortunatament din ilproblema setgħet kienet antiċipata u indirizzata qabel. Kien hemm perjodu fejn il-faqar kien kważi waqaf. Imma l-isplużjoni fil-kontijiet tad-dawl u "Il-faqar huwa monstru mhux perċezzjoni… Ma nistgħux inħallu l-fqir ikompli jiftaqar" l-ilma affettwaw ħafna." Il-ministru sostniet li l-baġit preżentat riċentament ħa ħsieb biex dawn in-nies ma jkomplux jaqgħu lura, filwaqt li l-baġit tal-futur se jkun qed jindirizza l-faqar b'mod li kemm jista' jkun jinqered għal kollox. Laburisti diżappuntati Coleiro Preca, li serviet ukoll bħala l-ewwel segretarju ġenerali mara tal-Partit Laburista, tgħid li tifhem li xi Laburisti huma frustrati jew diżappuntati bl-ewwel xhur tal-Gvern Laburista. "Anke jien diżappuntata għax xtaqt naqleb id-dinja u nsolvi l-problemi kollha li sibna! Anke aħna xtaqna naraw ir-riżultati malajr. Imma mhux possibli li tibni kollox f'daqqa, speċjalment meta ma ssibx ilpedamenti sodi. Nifhem li l-grassroots jistgħu jkunu diżappuntati; għandna ħafna nies li għamlu mixja sħiħa biex jaraw il-bidliet li għadhom ġejjin. Dawn kienu ċ-ċirkostanzi, imma aħna konvinti li ħa naslu," ssostni l-ministru. Bħala eżempju tiffoka fuq is-settur soċjali u tgħid li sfortunatament dan waqa' lura fl-aħħar snin. "Ma kienx hawn l-iżvilupp u l-aġġornament meħtieġ tal-politika soċjali. Ma kienx hawn viżjoni, issa