Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 13 -nies" - Marie-Louise Coleiro Preca rridu nagħmlu tajjeb għal dawn issnin mitlufa u fl-istess ħin nibqgħu aġġornati fuq kull politika fis-settur, għax dan hu settur li jinbidel ħafna." Meritokrazija B'membri tal-Oppożizzjoni kontinwament isaqsu fil-Parlament fuq in-numru ta' persuni li Coleiro Preca daħlet jaħdmu magħha, il-Ministru tgħidli li fis-segretarjat tagħha hi mistennija li jkollha n-nies tal-fiduċja tagħha. "Hi naturali li l-aktar nies li ħdimt magħhom mill-qrib huma nies millkostitwenza tiegħi. Però għandi nies minn Birkirkara, mill-Iklin, mill-Isla, l-ebda minnhom mhuma millkostitwenza tiegħi. Jien ma ċaqlaqt lil ħadd anke mill-amministrazzjoni preċedenti, saħansitra għandi nies millUffiċju tal-Prim Ministru preċedenti. Kulħadd merħba imma rridu naħdmu." Id-deputata Qormija tissokta tgħid li ħadd ma jista' jlumha li tmexxi l-programm tal-Gvern bil-persuni tal-fiduċja tagħha, kif ġara f'kull amministrazzjoni. Favur kwoti (temporanji) għan-nisa Bħala waħda mill-għaxar deputati nisa fil-Parlament, hi ssostni li "Anke jien diżappuntata għax xtaqt naqleb id-dinja u nsolvi l-problemi kollha li sibna! Anke aħna xtaqna naraw ir-riżultati malajr" l-parlament għadu s'issa mhux 'familyfriendly', kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa. Iżda hi taqbel ma' 'diskriminazzjoni pożittiva' favur in-nisa, fosthom ilkwoti biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tan-nisa? "Jekk bħala miżura tranżitorja iva, iżda jekk b'mod permanenti le. Jien qatt ma kelli bżonn kwoti biex tlajt, anke fi żmien meta l-politika kienet għal kollox dominata mis-sess maskili. Jien naf ħafna nisa validi li forsi din il-miżura tgħinhom jagħmlu l-pass 'il quddiem."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013