Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Il- Ħames Minuti ma' Daniel Attard DANIEL Attard huwa ġuvni ta' 24 sena riċentament gradwat fil-Farmaċewtika. Apparti li spiżjar, Daniel huwa wkoll illużjonista professjonali bbażat fil-gżejjer Maltin. Għandu 'l fuq minn ħames snin esperjenza f'dan il-qasam u tella' spettakli għal kull tip ta' udjenza. Minn xi sena ilu 'l hawn deher fuq stazzjonijiet tat-televixin kif ukoll gazzetti lokali. Minkejja li mhuwiex xogħol li jista' jagħmlu fulltime, Daniel jibqa' jkompli dan id-delizzju minn rajh flimkien max-xogħol tiegħu ta' spiżjar. Kelma waħda li tispjega ħajtek? Avventuruża X'inhi l-attitudni tiegħek lejn il-ħajja? Nieħu l-opportunitajiet u nara fejn nista' ngħix ħajti salmassimu tagħha Kemm hi importanti għalik il-maġija? Importanti ħafna għax hija professjoni u delizzju u dawn huma l-fatturi li jagħmluha xi ħaġa unika. Kienet ukoll mezz biex noħroġ minn qoxorti meta kont iżgħar u ma nibqax nistħi u bdejt nagħmel ħbieb meta rabbejt il-kunfidenza. Min hu l-aqwa illużjonista? Ma tantx nista' ngħid min hu l-aqwa imma hawn leġġendi bħal David Copperfield u David Blaine li jibqgħu jissemmew. Minkejja dan jien jogħġbuni illużjonisti oħra li huma magħrufin l-iktar qalb magicians oħra bħal Wayne Houchin u Daniel Garcia X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Il-flus huma importanti imma mhumiex kollox Definizzjoni ta' kuntentizza għalik? Li nkun ferħan b'li għandi u b'li nakkwista X'taħseb dwar il-kaċċa f'Malta? Kieku għalija nippreferi li tinqata' għal kollox imma b'rispett lejn min hu dilettant inħalliha ssir dejjem b'regoli fissi u stretti. Inqas ma ssir iktar aħjar X'tippreferi: sajf jew xitwa? Xitwa Wara l-introduzzjoni tażżwieġ bejn persuni tal-istess sess f'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel l-istess ħaġa? Ma tantx għandi opinjoni fuq In-Nimrod jgharrex ... u JOHN BUSUTTIL din imma kieku kelli naħseb fuqha sew, ngħid li mhijiex naturali allura ma tkunx żwieġ per se. Taqbel mal-adozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejan? Le ma naqbilx għax nemmen li kull bniedem għandu jkollu omm u missier. Minkejja dan m'iniex omofobiku jew kontra l-omoseswali. X'inhi d-differenza skontok bejn nies li l-lingwa li jitkellmu biha ta' kuljum hi l-Malti u oħrajn bl-Ingliż? Xejn. Il-lingwa m'għandhiex tkun fattur li jiddistingwi n- nies minn xulxin. UMMI ma lilllyyyyy x'kesħa waqgħet f 'daqqa waħda. Iżda dan xorta ma qatax qalb in-Nimrod tiegħi ta' għax issa qed inħaddmu bir-remote control mid-dar, bħal dawk x'jgħidulhom…u dawk…ehh…ovvjament… ħolistikament… dawk li jisparaw fuq l-Al Qaeda fl-Afganistan (insomma hekk suppost ikunu) uu dawk x'jgħidulhom...u iva nsomma ġabli wieħed Jowey minn Miami…iva dak hu d-DRONE. Ejja Ġuż ħa nieħdok l-Awstralja U dan id-drone anke sal-Awstralja wasal. U min ħaseb li Simon u Ġużu l-professur talmanagement għamlu xi waħda ta' coraggio fuggiamo u ħarbu lejn l-Awstralja 'l bogħod mit-tiri ta' kawboj John, għandkom żball kbir! Simone fl-aħħar taha r-rigal mistħoqq lil Ġużu. Għax kien grazzi għal Ġużu li Simone sar il-KAPO (insomma hekk suppost) talaktar oppożizzjoni ċkejkna li qatt kellha Malta. Imma x'kellu x'jaqsam Ġużu filħatra ta' baby face Simone. Ovvja ħbieb aqraw l-aħħar rapport ta' Kawboj John, qabbluh ma' dak li kitbet Kajgal Annie dwar it-telfa u tara li kien il-Mater Dei li taha d-daqqa mortali lil Wenzinu. Kemm kien tkessaħ miskin Wenzinu b'l-isptar Mater Dei. Imma hekk hi d-dinja…kattiva… welled mostru li sparixxieh minn wiċċ id-dinja politika. Sadanittant id-Drone tiegħi sar jaf li l-Awstralja tħajret tiftaħ xi sptar tad-dijabete l-parir tiegħi li jgħidu lil Ġużu biex imexxihulhom…u bla dubju fabbrika tazzokkor iġibulhom l-isptar… Isma tgħid Simone iġibilna xi Koala Bear jew…niftakar li Edward kien ġabilna X'ibeżżgħek? L-eżamijiet u t-tradiment. Temmen f'Alla? Għaliex? Nemmen, minn esperjenzi personali. Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Lil Malta narah pajjiż li jimxi naqra bil-mod fejn tidħol bidla sfortunatament. Kemm tħobb lil pajjiżek? Ħafna. X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Li tipprova takkwista li trid u jirnexxielek. L-iktar darba li stħajt? Ma nafx eżatt jekk hux l-iktar darba, imma sa ftit ilu kelli ntella' spettaklu tal-maġija u waħda tifla tomboy ħsibtha tifel u sejjaħtilha bħala tifel u kisritni. L-isbaħ esperjenza f'ħajtek? Li nlesti l-kors tal-Università u nsir naf li rnexxieli ngħix waħda mill-ħolm tiegħi. Il-Futur ta' Daniel Attard... Nibqa' nitjieb bħala karattru u nipprova nagħmel li nista' biex ħajti tkun interessanti u li nieħu gost biha. "Ħallihom ħa jgħidu sieħbi Norman...taħseb li ma nafx li int indipendenti?" doggie mill-Amerka!! Toninu u n-nanna Mela Toninu ta' wara Jowey sab dokument Kastilja dwar il-fsied ta' dak li hawn min isejjaħlu moħħ ġenjuż, min isejjaħlu moħħ makjavelli, min isejjaħlu l-golden handshake, insomma eżatt x'inhu ma nafx, iżda li naf żgur hu li ma tistax issejjaħlu San Franġisk. U waqt li Toninu kien qiegħed ja(ħ)qra (iddokument) b'qattus maġenbu u kelb daqs naqra daħlet in-nanna nkiss nkiss u tatu xebgħa kif imiss. U dan għax sabitu ja(ħ)qra storja nkwetanti. Dwar kif poplu kien iħallas għat-tip ta' ħaxix (għax veġetarjan) li kien jiekol dan il-'moħħ,' dwar il-kuluri tal-envelops li kien juża skont min ikun se jirċevihom, ma' min imissu jilgħab il-golf (it-tiger Malti ħej), u kif u fejn kellhom ipoġġu l-gwardji sigrieti meta jmur imaxtar l-insalati f 'xi ristorant lussuż, anke liema panties irid jilbes jekk hux boxers jew inkella tanga, skont ma' min ikollu jiltaqa' hux. U n-nanna lil Toninu tagħha ma riditux jitħajjar li jsir xi dittatur

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013