Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
Ittri u l-Buzu jzekzek Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 15 L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Aġir korrett tas-Sindku u talKunsill ta' Sannat fit-tneħħija tas-Segretarju Eżekuttiv Francesca u Silvio tampar xulxin ħlief għal xi 50 sena issa li kien fil-poter, wara tant snin. Li ma kinitx taf li Toninu jaħasra kien diġa jaf fejn irid jasal, għax kien diġà għadda minn esperjenzi kbar fil-ħajja tiegħu, fejn dar ma' kull kantuniera li sab…sa ma wasal fejn ried…basta 'l bogħod mill-Parlament. Renzu l-pjanu u c-cheese grater U bilħaqq la ġejna fuq il-parlament, smajtuha din jew. Tafu għaliex Renzo l-Pjanu ġie fdat bil-bini talparlament Malti stil mħakka tal-ġobon. Għax il-Pjanu hu senatur Taljan li ma jersaqx lejn il-parlament. Għandu esperjenza biżżejjed biex jibni parlament magħruf għal membri assenti li jkollu kuljum. Ħa ħsieb li jkun hemm kmamar biżżejjed li joqogħdu dawk li jattendu kuljum Ġuż? Tal-ONE daħlu u tan-NET baqgħu barra Kemm reġgħet issemmiet dik l-buzzword tal-elezzjoni li issa tgħallimha kulħadd: il-meritokrazija. Dan kollu għax tliet ġurnalisti tal-One qalbu l-istazzjon għal PBS jew insomma NET 2 inkella ONE 2 skont min ikun filpoter. Ma nafx għaliex dan l-għagħa kollu. Afli ma ppruvawx ruħhom dawn ittalin jew. Mexxew kampanja li rrumblat (skont sieħbi l-Għawdxi) fuq Wenzinu & Co. Jintagħżel min juri bilprovi li hu l-aħjar. Ara għal 25 sena kienu tan-NET li kienu jintagħżlu għax kienu l-aħjar hux! Skantani biss kif għal darba n-Nazzjonalisti ta' Wenzinu ma sparpaljawx flus fuq l-istazzjon tal-istat. Anzi ħallewh nieqes millġurnalisti! Show of Force Ħtif ta' ajruplan? Kolp ta' stat? Invadewna l-aljeni? Inqabad xi Kap tad-droga Messikan? Pulizija, suldati, machine guns, karri armati, helikopters… x'ġara? Tgħid Jowey irranġa biex jibdew jinħadmu xi episodji ġodda ta' MIAMI VICE? Le xejn minn dan. Kien biss false alert ta. Ħasbu li ċ-Ċaqnu ħarbulu l-annimali minn Ħal-Farruġ. Fil-fatt kienet ħarbet kelma mill-uffiċini tal-MEPA u waslet għand iċ-Ċaqnu li rranġa kollox kif jaf hu. U tkomplux titkessħu għax malajr issibu li n-numru tal-qgħad jiżdied b'xi 500 oħra. Kemm hu beżżul miskin dan sieħbi ċ-Ċaqnu… għen lin-Nazzjonalisti, ma ħarġulux permessi…għen lil Laburisti, marru jwaqqgħulu kull m'hemm…Tgħid issa jgħin lill-Alternattiva jew? Nini nini… diġà rranġajna ma' Jowey… Ferħa bla temma tad-dotnet! Norman qaleb Tgħid veru jew li Manwel hu aġent sigriet tan-Nazzjonalisti jew? Ħa ngħidlek bis-saħħa tiegħu qed jiġbru xi voti li kienu tilfu ta. Insa ta' kif itratta liċ-Ċaqnu għax dak ħadha kontra l-MEPA u mhux kontra l-armata Maltija. Imma issa smajt li anke Norman m'għadux indipendenti u se joħroġ man-Nazzjonalisti. It-tort ta' Manwel. Tinkwetax Jowey hi…n-Nimrod drone tiegħi se joqgħodlok għassa ħalli ma titlifx iżjed voti… Francesca inkwetata ta'. Għax tħobbu wisq lil Silvio. U tifhem xi jħoss bniedem tamparha hux (50 sena biss id-differenza) meta jiġi umiljat. Issa se titlob lil Papa Franġisku (għax jismu bħalha) biex jidħol għalih. Iżda jien ġietni idea aħjar Francesca ħi. Min jaf kieku jinvesti/jixtri/jakkwista (aqta' fejn ma japplikax) iċċittadinanza Maltija! TATA IS-SINDKU Philip Vella jiċħad kategorikament dak kollu li ġie rappurtat filkonfront tiegħu. Il-mozzjoni li tressqet fil-Kunsill aktar kmieni din is-sena u li bis-saħħa tagħha kien tneħħa s-Segretarju Eżekuttiv Arthur Bajada ma kinitx biss mozzjoni tas-Sindku, iżda kienet mozzjoni li tressqet u ġiet approvata mill-maġġoranza tal-membri tal-istess Kunsill. Il-mozzjoni ġiet imressqa minħabba nuqqasijiet serji u gravi u ripetittivi minnaħa tal-istess eks Segretarju Eżekuttiv fil-qadi taddmirijiet tiegħu tul medda twila taż-żmien li kienu qegħdin ixekklu lill-istess Kunsill fil-ħidma tiegħu b'riżq il-ġid tal-poplu tallokalità ta' Sannat, u wkoll minħabba n-nuqqas kbir ta' lealtà u ta' rispett li kien hemm min-naħa tal-eks Segretarju Eżekuttiv filkonfront tas-Sindku Philip Vella u ta' sindki oħra li kien hemm qablu. Kien l-istess eks Segretarju Eżekuttiv li bl-aġir tiegħu rrenda l-pożizzjoni tiegħu fl-istess Kunsill bħala waħda mhix aktar tenibbli minħabba l-bsaten fir-roti li kien qiegħed jagħmel u mhux fis-sens kif sar irrappurtaġġ fil-gazzetta u fl-aħbarijiet, u minħabba f 'hekk il-Kunsill ma setax jimxi 'l quddiem fil-ħidma tiegħu. L-eks Segretarju Eżekuttiv ġie deskritt li kien mażra ma' għonq il-Kunsill. Il-proċeduri ġudizzjarji fil-Qorti li ħa s-Segretarju Eżekuttiv fil-konfront tasSindku u tal-Kunsill biex iżomm il-kariga tiegħu filKunsill ġew miċħuda kollha u kull allegazzjoni li huwa għamel fil-konfront tasSindku f 'dawn il-proċeduri ma ġewx aċċettati u ġew meqjusa li ma kellhom ebda bażi legali. Kien saħansitra l-istess eks Segretarju Eżekuttiv li fi proċeduri kriminali li ġew istitwiti kontra tiegħu mill-Pulizija Eżekuttiva li saru fuq talba tas-Sindku Philip Vella, kien l-istess Arthur Bajada li ddikjara Kjarifika dwar ir-Rotta talĠurnalist filQawra Prosit Mark Camilleri MARIO SALERNO SINDKU TAL-QAWRA B'REFERENZA għallartiklu fir-rigward tarRotta tal-Ġurnalist talĦadd, 10 ta' Novembru, 2013, bit-titlu, "Qawra: Żona turistika mimlija ħmieġ," nikkjarifika li l-maġġoranza tar-ritratti qegħdin dwar ilmenti li jinsabu fil-privat. Għaldaqstant il-Kunsill Lokali mhux responsabbli minn siti privati. Fir-rigward ta' skart li jidher ħdejn il-bin on wheels u ħdejn it-tabelli taċ-Ċentru Aċċess Qawra, jidher ċar li tali skart inħareġ minn xi ħadd irresponsabbli barra l-ħin tal-ġbir tal-iskart domestiku u ċertament li dan inġabar l-għada waqt li kien qed jinġabar l-iskart domestiku. VLADIMIR CINI MARSAXLOKK QRAJT bi pjaċir ilktejjeb interessanti u intriganti li għadu kif ippubblika ż-żagħżugħ Mark Camilleri, 'Il-Mit Pawlin u l-Abbuż tal-Istorja Maltija.' Sfortunatament il-kittieba Maltin tal-kalibru ta' Camilleri għadhom rari peress li f 'Malta l-maġġoranza ta' dawk li jiktbu huma mxekkla bil-madmad tar-reliġjon Kattolika għal raġuni jew oħra. Għal dawn it-tip ta' nies pubblikament fl-atti tal-Qorti li jiddispjaċih tal-akkużi li għamel filkonfront tal-istess Philip Vella u ssokta jiddikjara li jaf lis-Sindku Philip Vella bħala persuna ntegra (Kopja tal-akkuża u tal-verbal annessi). Dan ixejjen is-sors tar-rappurtaġġ, jiskredita l-istess rappurtaġġ, u jirrendi s-sors rappurtat bħala wieħed malizzjuż. La darba l-eks Segretarju Eżekuttiv baqa' ma rribatta xejn minn dan li ġie rappurtat, is-Sindku jagħmel sfida lill-istess eks Segretarju Eżekuttiv jippubblika l-isem tal-kuntrattur li mar ilmenta miegħu u li jissostanza l-istess ilment, u jekk mhux ser jagħmel dan fil-jiem li ġejjin is-sindku Philip Vella għarraf li ser jieħu passi bil-Pulizija Eżekuttiva kontra l-istess eks Segretarju Eżekuttiv għal ingurja fiddawl ta' dak li ġie rappurtat fil-konfront tiegħu. Nitlob li din il-verżjoni tal-fatti kif mogħtija millklijent tiegħi tiġi pubblikat u mxandra testwalment. il-perċezzjoni ta' kif huma jidhru ma' dik il-parti medjokri u bigota fis-soċjetà Maltija, hi ħafna aktar importanti mill-verità u s-sewwa. L-istess tip ta' nies, li wħud minnhom Camilleri semmihom b'isimhom filktejjeb tiegħu, huma esperti tal-ipokrezija, għalkemm fl-opinjoni tiegħi mhumiex sottili biżżejjed. Qabel nagħlaq din l-ittra qasira nixtieq nawgura kull suċċess għal ġejjieni fir-riċerka tagħhom lil dawk l-istudjużi serji li ma jittolleraw qatt l-ebda abbuż fl-ebda epoka tal-istorja Maltija. Kjarifika MARCO A. MICALLEF SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALLFONDI EWROPEJ DIN hi kjarifika għall-istorja bit-titlu 'Kunsill jitlef terz talFondi Ewropej wara nuqqas ta' riċerka' "L-Awtorità ta' Ġestjoni fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej tixtieq tirrimarka li l-€120,000 li ma kinux utilizzati mill-Kunsill Lokali Marsascala, kienu trasferiti fuq proġetti u inizjattivi oħrajn u allura xorta waħda ntużaw minn Malta."