Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 35

16 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Ix-xogħol kollu mwettaq mill-Kunsill Lokali ta' Marsaskala dwar il-proġett ERDF212 JOSEF GRECH SEGRETARJU EŻEKUTTIV TAL- KUNSILL LOKALI TA' MARSASKALA NIRREFERI għall-artiklu li deher fil-ġurnal tiegħek datat 24 ta' Novembru, 2013 b'titlu tassew negattiv fejn inti allegajt u wasalt għallkonklużjoni totalment żbaljata li l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala tilef madwar €120,000 wara dawk, li inti għoġbok issejħilhom, żbalji kbar li saru fl-applikazzjoni. L-ewwel nett nixtieq ninfurmak li l-Kunsill Lokali ta' Marsaskala kien wieħed minn ħames kunsilli lokali biss li rnexxilhom jiksbu fondi tal-Unjoni Ewropea tat-tip ERDF (European Regional Development Fund 2007-2013) bit-Titlu "The Regeneration of the Tourism Market in Marsaskala". Dan kien proġett ambizzjuż ferm u li kien jeħtieġ ħafna u ħafna xogħol mil-lat ta' amministrazzjoni. Il-Kunsill kellu joħroġ is-sejħiet għall-offerti skond il-Public Procurment Policies u kellu jitgħallem ħafna affarjiet ġodda. Il-Kunsill ma qatax qalbu u ttieħdet l-azzjoni neċessarja u saru ħafna laqgħat ma' entitajiet differenti sabiex il-Kunsill jassigura li jimxi mal-kundizzjonijiet tal-Grant Agreement. Saru diversi 'On the Spot checks' u l-Kunsill kellu jissottometti ħafna rapporti u bis-saħħa t'hekk il-Kunsill irnexxielu jwettaq dan il-proġett b'suċċess. Fl-artiklu tiegħek inti semmejt li r-railing ma setax isir u fil-fatt il-fotografu kien attent li jieħu ritratt fejn xorta waħda ġie jidher parti mir-railing. Ma nistax nifhem kif dan ir-railing ma jidhirx meta hemm 'il fuq minn 200 metru ta' railing. Tajjeb li ngħidu li 75% tarrailing sar peress li l-unika parti tar-railing li ma saretx kienet il-parti ta' quddiem il-Jerma, filwaqt li t-tliet naħat l-oħra saru kollha. Nitolbok tippubblika r-ritratti sabiex juru x-xogħol li twettaq mill-Kunsill tar-railing mad-dawra tat-Torri ta' San Tumas. Dan kollu kien ġie diskuss waqt diversi seduti tal-Kunsill. Qiegħed nassumi wkoll li bi żvista inti ħarist jew inkella min tak il-minuti, tak l-ewwel parti tal-minuti biss dwar l-ispjegazzjoni tal-minuti talKunsill fuq it-Torri. Fuq paġna 5 ta' l-istess minuti int issib l-ispjegazzjoni fejn il-Kunsill kien applika li jsir ir-railing fuq il-perimetru ta' ġewwa jiġifieri fil-periferija tal-foss. Il-MEPA fuq il-kummenti tasSovratindent tal-Wirt kulturali kienet talbet li r-railing għandu jsir fuq il-perimetru ta' barra minħabba li l-art mad-dawra tat-Torri kellha titqies bħala parti integrali tat-Torri stess. Din allura kienet sitwazzjoni fejn il-Kunsill kien applika fuq il-perimetru ta' ġewwa, filwaqt li l-permess inħareġ fuq il-perimetru ta' barra. Din tispjega r-raġuni għalfejn ma kinux saru riċerki fuq din l-art għaliex il-Kunsill qatt ma kellu l-intenzjoni li jagħmel ir-railing fuq il-parti ta' barra. Minħabba li l-Kunsill kien marbut bi żmien biex jibda jitwettaq ilproġett, il-Kunsill kellu jaċċetta din il-kundizzjoni. Dan qiegħed dokumentat iktar fid-dettal fis-seduta numru 40 tat-13 ta' Settembru, 2012 peress li l-Kunsill kien iddiskuta din il-problema b'mod immedjat u fuq kollox kien żamm kemm lill-kunsilliera, kif ukoll lill-Awtorità tal-Immaniġġjar infurmati b'dak kollu li kien qiegħed iseħħ matul il-proġett kollu. Il-Kunsill għandu l-minuti u numru estensiv ta' dokumenti fejn għandu kopja tal-imejls tal-korrispondenza kollha dwar dan il-proġett. Mela l-artiklu tiegħek kien żbaljat meta ssemma` li l-proġett sar kollu minbarra r-railing. Ir-railing sar u l-unika parti li ma setgħetx issir (il-parti ta' faċċata tal-Jerma) kienet tiswa €44,045.26. Il-Kunsill fil-fatt ma kienx baqa` b'idejh fuq żaqqu u kien iltaqa' ma' rappreżentanti tal-Awtorità tal-Immaniġġjar tal-proġett fejn kien ippropona proġett alternattiv fi Triq ir-Ridott li jinsab għaxar metri biss 'il bogħod mill-istess proġett. Dan peress li kien ser isir proġett ta' tisbieħ tal-bankina. Il-Kunsill kien qabbad lill-Perit sabiex jagħmel stima ekwivalenti għall-ammont ta' €44,000 biex jirranġa l-bankina fi Triq ir-Ridott li kienet tinkorpora bankina bil-paviment simili għal dak mad-dawra tat-Torri ta' San Tumas kif ukoll dawl fiċ-ċint matul il-bankina kollha. Il-Kunsill uża l-istess rati li kien hemm fil-kuntratt mogħti lill-kuntrattur skont kif kien ġie mitlub li jagħmel biex iwettaq dan ix-xogħol iżda meta ppreżenta r-rapport finali lillPPCD dan ma ġiex aċċettat. Tajjeb però li nispjega wkoll li l-Kunsill kien issottometta applikazzjoni fejn l-istima totali tal-proġett kienet laħqet is- "Ir-ritratti ttieħdu propjament nhar it-Tnejn, 25 ta' Novembru" somma ta' €365,199. Il-Kunsill skont il-parir li ngħata ħareġ ilkriterju tal-għażla għas-sejħiet tal-offerti u kwotazzjonijiet fuq l-orħos offerent li kien qed jaderixxi mal-kundizzjonijiet amministrattivi u tekniċi talkuntratt. Għaldaqstant meta l-Kunsill għażel il-kwotazzjoni għal Heritage Trail Map din ġiet tiswa €1200 meta fis-somma allokata kien hemm it-total ta' €1,770. Fil-każ ta' servizz tekniku ta' perit, kien hemm allokata s-somma ta' €7,643 mentri l-Kunsill għażel lill-orħos offerent li kien jaderixxi malkundizzjonijiet tal-kuntratt li kienet tammonta għal €6,962. Fil-każ tal-kuntratt taxxogħlijiet kien hemm allokat is-somma totali ta' €323,870 imma l-ispiża finali meta tkejjel ix-xogħol ġie jammonta għal €235,935.17. Għaldaqstant il-Kunsill jista` jikkonkludi bl-iktar mod ċar li dak kollu li kien hemm stipolat fil-Grant Agreement twettaq ħlief parti minn railing quddiem il-Jerma Palace li kienet tammonta għal €44,045.26. Kien hemm fond ta' kontinġenza li kien jammonta għal €17,484 li ma setgħux jintużaw għaliex ma kienx hemm il-bżonn però dan kien jifforma parti wkoll mill-ammont finali tal-Grant Agreement. Il-Kunsill bis-saħħa ta' dawn il-fondi rnexxielu jwettaq ix-xogħol kollu li kien hemm intiż fil-proġett, b'sit elettroniku ġdid għall-Kunsill, Heritage Trail Map pprintjata fuq karta riċiklata, promenade mill-isbaħ fi Triq il-Qaliet li kien jikkonsisti minn railing ġdid magħmul minn ħadid galvanizzat u miżbugħ b'żebgħa adattata għall-ambjent ta' ħdejn il-baħar, dawl dekorattiv, reċipjenti tal-iskart u bankijiet kif ukoll tabelli li jindikaw il-postijiet storiċi u stainless steel bollards li jindikaw li l-proġett sar bis-saħħa talfondi tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill irnexxielu wkoll jirranġa parti mill-bankina tat-Torri ta' San Tumas, itella` ċint u jdawru b'iktar minn 200 metru ta' railing. Il-Kunsill irnexxielu jwettaq il-proġett kollu b'inqas flus għaliex meta nħarġu s-sejħiet għall-offerti, l-offerti li ntefgħu kienu orħos mill-istima oriġinali li kienet sottomessa mill-Kunsill. Il-Kunsill irnexxielu wkoll jorganizza ħafna attivitajiet matul is-sena 2013 fosthom Iljieli Skalin li saret propju maddawra tat-Torri ta' San Tumas fejn il-post kollu ngħata tindifa kbira. Dan kollu sabiex jattira iktar turisti lejn Marsaskala. Irritratti li pprovdejtlek ittieħdu propjament nhar it-Tnejn 25 ta' Novembru, 2013 li juri b'mod ċar li l-post qiegħed fi stat nadif. Il-proċess tax-xogħol f 'dawn il-fondi huwa wieħed metikoluż fejn kelli nattendi ħafna seminars ta' taħriġ sabiex il-Kunsill jaderixxi mal-kundizzjonijiet kollha li hemm stipolati fil-Manual of Procedures. Il-Kunsill ħareġ is-sejħiet għall-offerti skond il-Public Procurement Policies u skont il-Visual Guidelines stipolati mil-PPCD fi ħdan l-OPM. Saru diversi On-TheSpot-checks mill-awtoritajiet kkonċernati fejn evalwaw bir-reqqa il-proċess kollu tassejħiet għall-offerti, kif ukoll il-kwotazzjonijiet li nħarġu. IlKunsill ipproċessa l-pagamenti kollha ġewwa database apposta magħrufa bħala SFD u żamm kuntatt regolari malAwtoritajiet kollha kkonċernati fosthom il-Managing Authority, Line Ministry, Dipartiment talKuntratti. Il-Kunsill tgħallem ħafna minn dan il-proġett peress li din kienet l-ewwel esperjenza għall-kunsilli lokali fil-qasam tal-fondi tal-ERDF. Kien wieħed fost ħames kunsilli lokali biss li rnexxielhom jirbħu u jwettqu dan il-proġett. Tgħallem ħafna fuq proċess ta' tenders peress li l-Kunsill Lokali kellu joħroġ it-tenders skond il-Public Procurment Policies u hawnhekk sab għajnuna kbira mid-Dipartiment tal-Kuntratti. Il-Kunsill mexa bil-għaqal u l-unika ħaġa li għad fadal huwa li jikkonvinċi lill-Gvern Ċentrali sabiex jiffirma fl-iqsar żmien possibbli l-Guardianship Deed bejn il-Gvern Ċentrali u l-Fondazzjoni Wirt Artna sabiex dan it-Torri ta' San Tumas jiġi trasformat f 'Mużew tal-Piraterija. Min-naħa tiegħu l-Kunsill għamel kull ma seta` u rnexxielu jakkwista fondi għal ġid tal-lokal. Nistieden lis-Sur Piscopo jiċċekkja kemm il-Kunsill Lokali rnexxielu jakkwista fondi ta' dawn it-tip għal ġid tal-lokalità tagħhom. Il-Kunsill ta' Marsaskala rnexxielu jwettaq dan kollu u mhuwiex se jittolera li storja ta' suċċess tal-Kunsill tiġi trasformata f 'xi ħaġa negattiva għaliex dan il-proġett kien jinvolvi ħafna xhur ta' xogħol intensiv fejn il-kunsilliera kollha taw is-sehem tagħhom fl-andament tal-proġett.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013