Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
18 illum | Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Mad-dħul ta' Diċembru MAD-DĦUL ta' Diċembru s-supermerkati t'hawn imtlew b'kull trip ta' rigali u mega-supermerkati bħal Highpoint fil-Victoria (skont ma' qaluli l-akbar wieħed fl-emisfera tanNofsinhar tal-pjaneta) hu mdewwed b'popolazzjoni ta' kull tip etniku. Kultant trid tintrass biex timxi. Hemm sistemi interessanti ta' kif jinġibdu l-klijenti. Ix-xiri online issa jista' jsir jekk tiskannja barcode stampata fir-rivista talpubbliċità stess u tibgħatha minn xi gaġit elettroniku li għandek. Sistema oħra hi, li tixtri u jagħtuk il-punti fuq kemm tonfoq (dejjem mir-rivisti li jibgħatulek iddar) u mbagħad tifdihom bi prodotti oħra. SESSIŻMU U ĠUGARELLI Imma l-aktar li sibt interessanti hu dibattitu fuq il-mezzi tax-xandir dwar kif il-ġugarelli tal2013 għadhom jirriflettu l-firda sessista. Materjal li xxandar fin-New York Times u riprodott f 'gazzetta Awstraljana tal-Ħadd, sejjaħ dawn l-isterjotipi bħala 'xokkanti.' "Id-dipartimenti l-kbar ma jħallu l-ebda dubju dwar is-sessiżmu, ibda mill-ilwien magħżula u spiċċa f 'simboli sesswali. L-enfasi issa tinsab fuq l-effett glamoruż tal-mara u l-aggressività u s-saħħa tarraġel. Reġgħet tfaċċat Barbie (din id-darba b'Pegasus, iż-żiemel imsaħħar, bi provista sħiħa ta' aċċessjorji u gwardarobba elaborata għall-pupa senswali u għassubien tkattar il-logħob (issa kompjuterrizat) mimli vjolenza u "erojiżmu." Elisabeth Sweet, kandidata tas-Soċjologija f 'Kalifornja, kitbet fin-New York Times u pproponiet li s-segregazzjoni tal-lum mhijiex diffeenti DOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW wisq minn dik ta' 40 sena ilu. Forsi nbidel il-prodott, imma l-messaġġi sessisti għadhom hemm. Prinċipessi u kavallieri, glamorożità u saħħa. IL-MILIED TAL-KOTBA 'Il fuq mill-bosta rigali u preżentazzjonijiet frivoli u stupidi, dawk tat-tlellix vojt u illużorju, hemm prodotti oħra li kapaċi jelevaw u jistimulaw l-immaġinazzjoni u l-ħsieb kritiku, fosthom il-kotba. Waħda midditti letterarji li joperaw b'konsistenza u b'ċertu effetti f 'dan il-kontinent vast hi Dymocks. Skont is-sistema tal-punti, imħaddma minn ditti kummerċjali oħra, għal dan il-Milied Dymocks qed toffri punti doppji għal min jixri kotba minn awturi favoriti Awstraljani. Hawnhekk il-Made in Australia saret mantra pubbliċitarja qawwija, għalkemm fil-verità, tant u tant prodotti huma ġejjin miċ-Ċina. Imma anki jekk il-manifattura hi Ċiniza, id-ditti jdeffsu t-terminu "Designed in Australia" (li probabbilment mhu veru xejn). Intant, lura għad-diskors dwar ilkotba, proposti bħala rigali eċċellenti għall-Milied. Fuq quddiem nett għall-Milied 2013 hemm il-ktieb ġdid ta' Tim Wintom, l-aktar rumanzier popolari flAwstralja. Eyrie ħareġ wara disa' snin li l-Awstraljani ilhom jistennew dan irrumanz li jevoka l-lokalità u l-karattru. Min-naħa l-oħra, ktieb ieħor li mistenni jinbiegħ ħafna hu The Night Guest, id-debut ta' Fiona McFarlane. Il-ktieb tfaċċa b'rakkomandazzjoni qawwija mill-kritiċi u jesplora fenomenu tal-anzjanità fid-dinja tal-lum. Hu ktieb deskritt bħala stħarriġ dwar il-fraġilità u l-memorja, b'arja ta' thriller. Ktieb ieħor minn mara, din id-darba awtriċi bi kredenzjali magħrufa, hu Tailor's Girl, ta' Fiona McIntosh. Għal dan ix-xahar hemm bosta offerti oħra fuq kotba li jvarjaw mill-fantasija u s-sci-fi sa storja, minn biografiji (Twiggy, Malala, YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt Għal bully m TONI ABELA Alex Ferguson u David Beckham) sa kotba tat-tfal, b'Rick Riordan, li l-Merlin kienu ġabuh Malta, fuq quddiem tal-lista. IR-RETURNED SERVICES LEAGUE U STAN TALĦAMRUN Ir-Returned Sevices League (RSL) huwa network ta' klabbs li kienu nfetħu madwar l-Awstralja għal nies tas-servizzi li rtiraw minn karriera militari. Huma mxerrdin kullimkien u f 'dawn il-ġranet żort wieħed magħhom f 'Colac, fuq ilGreat Ocean Road. Tkellimt mal-Maniġer, li spjegali dwar kif it-teatru li għandhom, miftuħ fl-1927 l-ewwel għallwiri tal-films u mbagħad għall-kunċerti u ż-żfin, hu mibni fuq il-pedamenti ta' knisja. Fatt kurjuż li għadu ma kienx iddokumentat. Ridt nara kif jopera klabb tal-RSL minhabba li fil-bidu li wasalt hawn, f 'Ġunju li għadda, laqqgħuni ma' Stan Azzopardi, emigrant millĦamrun, li hu kitarrista rock ta' kwalitajiet professjonali, li għandu l-band tiegħu u li għamel karriera jdoqq madwar l-Awstralja, inkluż fil-klabbs tar-RSL. Il-PUPLESIJA Il-klabb tar-RSL f 'Colac iwassalni għal kif il-klabb qed jissieħeb fost tant oħrajn, inklużi dawk Maltin, f 'kampanja mifruxa biex fl-Awstralja tkun affrontata l-puplesija, li t-tobba qed jgħidu li fi 80% tal-każi tista' tkun evitata. Ix-xenarju li tippreżenta din il-marda hu devastanti. Hi t-tieni l-aktar li toqtol nies, wara l-attakk tal-qalb u hi l-kawża primarja tad-diżabbiltà. Il-puplesija toqtol aktar nisa mill-kanċer tas-sider u aktar irġiel millkanċer tal-prostata. Fl-2012 kienet reġistrata puplesija kull għaxar minuti. B'wieħed/waħda minn kull sitt persuni jintlaqtu minn puplesija f 'ħajjithom, m'hemm ebda garanzija li x-xinxilli tal-Milied se jżommu r-riedni lill-marda. Mhux messaġġ sabiħ dan, imma r-realtà hi dik li hi u s-sireni tal-ambulanzi mhux se jieqfu għax il-folol imorru jonfqu l-flus għand Woolworth, Coles, Target jew f 'Highpont megasupermerkat. Jew wara kollox, fil-Belt, f 'Tas-Sliema u nħawi oħra f 'Malta. I li avukat 'il fuq minn tletin sena. Mhux possibbli li tiftakar il-każijiet kollha li kelli. Anzi ftit li xejn niftakar minnhom. Iżda jkun hemm dawk li jibqgħu f 'moħħok u li jgħaddi kemm jgħaddi ż-żmien ma tinsihom qatt. Tnejn minn dawn kienu dwar vittmi ta' min huwa bully. Wieħed minn dawn ilkażijiet kien ta' wieħed li kellu professjoni serja ħafna. Kien tressaq il-Qorti akkużat li kien qiegħed jiffastidja persuna oħra. Ma kontx tistenniha minnu għaliex kien qisu nagħġa. Viżibbilment timidu u magħluq fih innifsu, kien persistentament jibgħat imejls pornografiċi u mimlija tgħajjir lil wieħed li xi ħames snin qabel kien miegħu fl-istess klassi tal-iskola. Waqt is-smigħ tal-kawża rriżulta li kien vittma ta' dak li rrapportah. Għal ħames snin sħaħ kien ikun bullied. Spiċċaw mill-iskola iżda l-ferita li kellu mhux biss ma għalqitx iżda baqa' jġorrha miegħu. Ried ippatihielu ta' kemm ħaqru, avvelih u umiljah għal ħames snin sħaħ meta kienu għadhom fis-Sekondarja. Għalhekk spiċċa akkużat Ix-Xogħol għa W ara illi l-ġimgħa l-oħra, ippruvajt nagħti titwila għar-raġunijiet illi wasluna għall-kriżi tad-dejn sovran tal-ewrożona, din ilġimgħa ser nipprova nħares lejn il-prospetti tal-futur. Laqatni ferm il-kliem li qal dan l-aħħar, Lord Giddens, eks-Direttur tal-London School of Economics. Anthony Giddens qal illi "l-ewro kkreat ewrożona interdipendenti, anke jekk dan ma kienx nominalment rikonoxxut mill-fundaturi tiegħu. Il-membri tal-ewrożona huma ekonomikament interdipendenti. Dan il-fatt għadu ma ġiex akkumpanjat minn mekkaniżmi effettivi sabiex jiggvernaw din l-interdependenza u dan hu s-sors tal-kriżi. Madankollu, l-interdipendenza hemm qiegħda u din għandha impatt fuq kull pajjiż ieħor tal-UE li huwa miġbur madwar l-ewrożona u ftit jew wisq hu obbligat illi jsegwi t-traġettorja tal-iżvilupp tal-ewrożona. F'dan is-sens, l-Ewropa hija l-aktar komunità ta' destin minn qatt qabel għax mhuwiex fattibli politikament jew ekonomikament illi tiddisaggrega l-ewro. L-unika triq hi 'l quddiem, illi jfisser aktar governanza ekonomika u aktar governanza politika." Giddens ma setax ipoġġiha aħjar u r-riċetta tiegħu hija ċarissima: meta missirijiet l-ewro, Kohl, Mitterand u fuq kollox Delors nedew il-proġett tal-ewro, straħu JOE ELLIS fuq il-famużi tliet kriterji tat-trattat ta' Maastricht, inflazzjoni kkontrollata, dejn pubbliku taħt 60% talProdott Gross Domestiku u defiċit governattiv illi ma jaqbiżx it-3% tal-Prodott Domestiku Gross kull sena. Kriterji illi ġieli ġew deskritti bħala stupidi, artifiċjali u riġidi min-nies bħal Romano Prodi li ċertament mhumiex ewroxettiċi. Madankollu, it-tir ta' Delors, fl-epoka, il-kap tal-Kummissjoni Ewropea, soċjalista Franċiż u kattoliku u l-vera viżjonarju tal-ewro, kien illi t-tnissil tal-ewro jġiegħel l-pajjiżi li jaddottawh jintegraw ruħhom aktar politikament u ekonomikament. Imma sfortunatament għad irid jitwieled il-politiku illi minn jeddu jirrinunzja għal xi privileġġ jew poter u l-pajjiżi li adottaw l-ewro baqgħu jistrieħu fuq il-famużi kriterji ta' Maastricht, illi aktar ma rrispettawx milli rrispettaw u ma rrinunzjawx għall-politika ekonomika u fiskali altrimenti indipendenti tagħhom. Minflok ma qabdu t-triq ta' aktar integrazzjoni politika u ekonomika, minflok ma kkondividew aktar is-sovranità