Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
m'hemmx ħniena minħabba min kien bully. Snin wara ġabuh quddiem il-Qorti biċ-ċans li anke jitlef il-professjoni tiegħu. Bħal dan il-bniedem hawn mijiet ta' nies li għadhom isofru mill-attitudni kiesħa u kattiva ta' ħadd ieħor. Minħabba din ix-xorta ta' attitudni hawn minn tilef xogħlu jew anke spiċċa għamel ħsara lilu nnifsu. Il-vjolenza domestika u l-bullying fl-iskejjel qiegħed jiżdied u qajla nagħtu każ dan il-fenomenu soċjali. Fenomenu li ġej mill-istint antik ta' dawk li jħossuhom b'saħħithom u jabbużaw mill-vulnerabbli. Din il-ġimgħa tħabbru ċifri li għandhom għalfejn jinkwetawna. F'erba' snin iċċifri ta' dawk li għamlu rapport lill-Pulizija minħabba li kienu vittmi tal-bullies jew vjolenza domestika ttripla. Dawn iċ-ċifri għandhom żewġ messaġġi. Wieħed pożittiv u ieħor negattiv. Il-pożittiv huwa li dawn il-vittmi qed ikollhom ilkuraġġ jagħmlu rapport lill-Pulizija. Fl-2012 kien hemm 1,029 rapport. Xorta ngħid li hemm ħafna oħrajn li jibqgħu siekta. Dawk li jiġihom il-kuraġġ huma ftit, iżda żdiedu sostanzjalment. Lil dawk li ġihom dan il-kuraġġ irridu nagħtuhom l-appoġġ u l-ħarsien kollu li hemm bżonn. Mhux biss biex inħarsuhom iżda biex nagħmlu kuraġġ lil ħafna oħrajn li jagħżlu li jsofru fis-skiet milli jersqu 'l quddiem. In-negattiv huwa li dan il-fenomenu qiegħed jiżdied. Dan jista' jfisser li min hu bully jaħseb li ħadd ma jista' għalih. Min hu bully jaħseb li l-biċċa tista' tieqaf hemm billi meta jaraha qiegħda tikber b'sempliċi apoloġija lill-vittma fl-Għassa tal-Pulizija, biex lanqas jilħqu jgħaddu erbat ijiem li l-vittma ma terġax tmur l-għassa b'rasha maqsuma. Aħna l-avukati dawn l-affarijiet narawhom ta' kuljum. Din il-ġimgħa għadu kemm tħabbar pubblikament studju dwar dan kollu. Iċ-ċifri li għamilt referenza għalihom sirt naf bihom minn dan l-istudju kkummissjonat mill-Ministeru Għall-Affarijiet Soċjali. IlMinistru Marie Louise Coleiro Preca ħabbret ukoll li ser ikun hemm "sexual assault team" biex ikun jista' jindirizza l-effetti ta' dan il-fenomenu ikrah fil-ħin. Dan kollu huwa tajjeb u żgur ser jimmeljora s-sitwazzjoni. Iżda hemm punt importanti ekonomika tagħhom, straħu fuq is-saħħa tal-ekonomija Ġermaniża ħalli jkomplu jissellfu b'rati tal-imgħax baxxi u jonfqu sabiex jalimentaw l-ekonomiji tagħhom. Id-dejn eseġerat nefaħ bżieżaq kbar ta' spekulazzjoni, speċjalment fil-propjetà, f 'bosta pajjiżi, u ta lok għal riżultati assurdi. Żagħżugħ Spanjol kien jaqbillu jmur jaħdem fil-bini milli jkompli jistudja l-Università. Dak illi l-ekonomisti jsejħu l-unit labour cost żdied b'rata esaġerata f 'bosta pajjiżi talewrożona u b'hekk, bosta pajjiżi tal-ewrożona ma baqgħux kompetitivi fis-swieq internazzjonali. Meta kien għad hemm ilpeseta, il-lira u d-drachma, żvalutazzjoni tal-munita nazzjonali, kien ipoġġi kollox f 'postu: bl-ewro dan ma baqax possibbli. U għalhekk, il-pajjiżi fl-inkwiet kellhom jaqbdu l-kalvarju tal-hekk imsejħa "żvalutazzjoni interna", politika iebsa ta' awsterità imposta mit-troika tal-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Fond Monetarju Internazzjonali u dan sabiex ikollhom finanzjament wara illi ma setgħux aktar jissellfu fuq is-swieq internazzjonali b'rati kompetittivi. Issa bdejna naraw b'nemes l-ewwel frott ta' din il-politika bir-rata tal-qgħad fl-ewrożona tonqos marġinalment minn 12.2% għal 12.1% (għalkemm il-qgħad fost dawk taħt 25 sena laħaq rekord ta' 24.4%). L-agenziji tar-rating ippromwovew ukoll lil Spanja u lill-Greċja din il-ġimgħa (mentri Standard & Poor's neħħiet it-Triple A rating tal-Olanda, waħda missostenituri l-aktar ħorox tal-linja t'awsterità) u l-Irlanda qiegħda tipprepara biex tibda tissellef mill-ġdid mis-swieq tal-flus. Imma huwa essenzjali illi l-isforzi li bdew fl-aktar mumenti kritiċi u ta' paniku tal-kriżi tal-ewrożona sabiex jirrimedjaw għan-nuqqas ta' integrazzjoni politikoekonomika tal-aħħar għoxrin sena, ma jitilfux il-momentum tagħhom imma jitkomplew sakemm l-ewrożona jkollha politika ekonomika, jekk mhux ukoll fiskali, aktar koerenti. F'dan ir-rigward, kont ferm fortunat illi smajt nhar il-Ġimgħa d-diskors illi ta l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali, Josef Bonnici fl-ikla annwali tal-Institute of Financial Studies. Bħala predeċessur tiegħu, Michael Bonello, id-diskors ta' kull sena ta' Bonnici jkun mimli għerf li bla dubju jirrifletti wkoll ir-riżorsi umani illi għandu l-bank stess. Id-diskors ta' din is-sena kien fih ħafna mill-ingredjenti, jekk mhux kollha, tal-politika meħtieġa sabiex nissuperaw il-kriżi tal-ewrożona u nassiguraw illi l-ekonomija tagħna tibqa' fost l-aħjar talewrożona u possibbilment, anke ttejjeb ir-rata tat-tkabbir tagħha. Il-Gvernatur semma l-bosta miżuri illi ħa l-BĊE biex jadotta politika monetarja akkomodanti ħalli l-banek ikollhom kapital adekwat u jkomplu jipprovdu kreditu adekwat lis-settur kummerċjali. Semma r-reviżjoni tal-kriterji tas-sigurtà illi l-banek jintalbu biex jieħdu flus mill-BĊE, liema self beda jingħata sa tliet snin u t-tnedija f 'Settembru 2012 tal-programm tal-Outright Monetary Transactions. Permezz ta' dan il-programm, il-BĊE, b'interpretazzjoni kreattiva tar-restrizzjoni fl-istatut tiegħu illi ma jsellifx lill-istati membri, jista' jixtri titli ta' dawn l-istati fuq is-swieq sekondarji sakemm ma jkunux itwal minn tliet snin. Dan il-programm għadu ma ntuża mill-ebda stat imma l-eżistenza tiegħu biss serviet biex tikkalma s-swieq finanzjarji b'mod drammatiku. Issa jmiss illi titwaqqaf l-għaqda bankarja sabiex jissaħħaħ il-qasam finanzjarju u l-qafas istituzzjonali u titnaqqas il-frammentazzjoni finanzjarja tal-ewrożona. Qegħdin issa nidħlu flewwel fażi ta' din l-għaqda u l-istituzzjonijiet finanzjarji l-kbar ser jaqgħu taħt issuperviżjoni diretta tal-BĊE permezz Single Supervisory Mechanism. Eventwalment, l-istituzzjonijiet finanzjarji kollha ser jaqgħu taħt il-BĊE u għal dan il-għan, hawn Malta twaqqaf Joint Financial Stability Board bejn il-Bank Ċentrali u l-MFSA. Il-Gvernatur semma wkoll il-konsolidament fiskali illi jrid iseħħ sabiex id-defiċit u d-dejn pubbliku jonqsu kif antiċipat mill-Patt Fiskali illi Malta għadha ma rrattifikatx u tidher illi m'għandha l-ebda għaġla li tirratifika (ħaġa li ma tinkwetanix wisq). Anke l-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna wera fl-istess ikla determinazzjoni illi jitnaqqas id-dejn pubbliku u ottimiżimu illi tali mira ser tintlaħaq. Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 19 li rridu nindirizzaw. Mhux l-effett biss iżda l-kawża u r-raġuni ta' din ix-xorta ta' influwenza, li tista' tkun kemm fiżika u anke psikoloġika. Irridu neżaminaw x'inhuma r-raġunijiet soċjali li qegħdin iwasslu għal dan il-fenomenu pereżempju fil-familji. L-istress finanazjarju, il-valuri, hekk imsejħa moderni, jew innuqqas ta' preparazzjoni ta' tnjen li jnisslu t-tfal mingħajr ma jkunu lesti jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom. Irridu nagħmlu distinzjoni bejn min huwa kiesaħ u bully b'għażla volontarja tiegħu u dawk li għandhom xi kundizzjoni mentali u li mhux qegħdin jieħdu kura għaliha. Nagħmlu analiżi tajba talistrutturi edukattivi tagħna li ħafna drabi jkunu l-kawża li jippermettu l-bullying bejn adu mhux lest: il-Pronjożi Scicluna semma wkoll miżura oħra illi ġiet adottata sabiex tiżgura politika ekonomika aktar koerenti fl-ewrożona, il-ħtieġa illi l-baġits nazzjonali jiġu l-ewwel sottomessi lill-Kummissjoni u l-eżami tagħhom fi ħdan l-ewrogrupp. Bonnici saħaq ġustament fuq l-importanza illi pajjiżna jiddiskuti l-aħjar mod kif jibqa' jkollu prestazzjoni ekonomika fost l-aħjar fl-Ewropa. F'dan ir-rigward, ipponta subgħajh fuq żewġ affarijiet: il-banek tagħna jħallsu imgħax fuq id-depożiti in linea mal-medja li jitħallas fl-ewrożona imma mbagħad jitolbu imgħax għasself xi 2 jew 3% ogħla minn dak mitlub fil-Ġermanja, l-Olanda, il-Fillandja, l-Awstrija u l-Lussemburgu. Il-marġni ħoxnin tal-banek lokali qed jittraduċi ruħu fi qliegħ qawwi għall-banek imma jfisser żavorra kbira għall-ekonomija inġenerali u dan aktar u aktar meta l-istess banek qegħdin jgħumu fil-likwidità u prattikament ma jridux iżidu mad-depożiti illi għandhom. Punt ieħor li saħaq fuqu Bonnici kien illi sabiex issostni t-tkabbir ekonomiku, l-ekonomija trid toffri prodotti b'valur miżjud għoli u bi prezzijiet kompetittivi (u dan sabiex ma jiġrilniex bħallpajjiżi li tilfu l-kompetittività b'riżultati diżastrużi). Bonnici saħaq illi l-allinjament talpagi u l-produttività hija kruċjali għall-kompetittività, partikolarment fi żmien meta l-ekonomiji stressjati għaddejjin minn proċess ta' żvalutazzjoni interna illi qed jiżgura illi l-unit labour costs tagħhom ma baqgħux jiżdiedu it-tfal waqt il-lezzjoni jew fil-bitħa jilagħbu. Il-problema hija ħafna akbar minn kemm naħsbuha. Fl-aħħar nett ma rridux ninsew lit-tfal. Ħafna drabi fejn tidħol vjolenza domestika, it-tfal għandhom siġġu fuq quddiem bħala spettaturi innoċenti. Huwa fatt ipprovat li meta dawn jassistu għallvjolenza persistenti ta' ġenitur fuq ieħor, meta jikbru ser ikun aktar suxxettibbli għal din ixxorta ta' attitudni. B'hekk dan il-fenomenu ikrah jipperpetwa lilu nnifsu fil-ġenerazzjonijiet ta' wara. Għal bully m'hemmx ħniena. Iżda rridu naraw il-problema mill-angoli kollha tagħha. Jekk ma nagħmlux hekk, inkunu qegħdin insolvu l-problema minn banda iżda mhux minn oħra. u qorbu dawk tal-pajjiżi blaħjar prestazzjoni ekonomika. Huwa essenzjali, sostna Bonnici, illi ż-żidiet fil-pagi tagħna jkunu sostnuti minn produttività ogħla sabiex ilkompetittività ta' pajjiżna tkun salvagwardjata. Aktar konverġenza ekonomika u aktar kompetittività huma ċ-ċavetta għas-superament tal-kriżi tad-dejn sovran fl-ewrożona. Illi ma semmiex Bonnici fid-diskors tiegħu huwa l-possibbilità tal-espansjoni tal-mandat tal-BĊE sabiex ikun f 'pożizzjoni jwettaq operazzjonijiet ta' quantitative easing bħalma qed jagħmlu l-Fed Amerikana u l-Bank of England u d-dibattitu illi bilfors irid isir fl-Ewropa dwar l-istat tal-welfare illi għalkemm żgur kien essenzjali sabiex jiġu kkontrollati t-tensjonijiet soċjali f 'dawn iż-żminijiet koroh ta' kriżi, bla dubju qed jiġi abbużat u qed inaqqas il-potenzjal ekonomiku Ewropew. Dwar dan Giddens għandu opinjoni ferm interessanti u jsostni illi l-istat tal-welfare huwa essenzjali għaliex ikun żball illi wieħed jissepara l-qasam ekonomiku minn dak soċjali għaliex ħafna minn dak illi jiġri fis-sistema tal-welfare huwa rilevanti għall-produttività ekonomika. Il-kwistjoni hi x'tip ta' sistema ta' welfare wieħed irid jadotta sabiex tkun ta' xprun, mhux ta' xkiel, lill-ekonomija, filwaqt illi tipprovdi għal min hu verament fil-bżonn u mhux lil min jaqbillu jsefsef ilbenefiċċji u ma jagħtix sehmu għall-ġid kollettiv.