Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
Kummercjali 22 illum | Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 GO tniedi l-offerti tal-Milied GO nediet għadd ta' offerti tal-Milied għall-klijenti l-ġodda u dawk eżistenti fuq is-servizzi tagħha tat-TV, l-internet u t-telefonija. Dawn l-offerti huma disponibbli kemm għall-klijenti l-ġodda ta' GO Limitless Home Pack, il-klijenti l-ġodda ta' GO Sports, il-klijenti eżistenti u ġodda ta' Limitless Mobile kif ukoll għall-abbonati kollha ta' Pay As You GO inklużi dawk li jixtiequ jaqilbu ma' GO. L-offerti ta' Limitless Home Pack Il-klijenti l-ġodda ta' Limitless Home Pack Interactive jistgħu jibbenefikaw mill-ewwel xahar bla ħlas. Dan minbarra l-benefiċċji standard filpakkett inkluż 'il fuq minn 100 stazzjon tat-TV bl-aqwa stampa ta' kwalità, elementi tat-TV fosthom restart, catch-up, pause, rewind u record, telefonati bla limitu lejn il-linji fissi kollha ta' GO, internet bla limitu b'download veloċi. Wieħed jista' wkoll jibbenefika minn skontijiet kbar fuq ittelefonati mill-mowbajl u sa 400 minuta b'xejn maqsumin fuq erba' utenti tal-mowbajl, żewġ kaxxi set-top b'xejn, installazzjonijiet bla ħlas, u internet modem b'xejn. Il-Limitless Home Pack Interactive Silver bi 'l fuq minn 70 stazzjon tat-TV hu disponibbli għal €38 fixxahar. Jekk wieħed jixtieq itejjeb għal Limitless Home Pack Interactive Gold għal iktar minn 100 stazzjon tatTV u t-telefonati bla limitu lejn il-linji fissi lokali kollha jrid iżid €10 iktar fix-xahar. Għal €14.99 iktar fix-xahar wieħed jista' jżid GO Sports u jibbenefika mill-aċċess b'xejn tal-istazzjonijiet GO Sports HD 1 u GO Sports HD 2. Aktar iffrankar għallklijenti Limitless Pay Monthly Għal dan il-Milied GO qed jintroduċu skema ġdida. Ilklijenti tal-GO Limitless Pay Monthly jistgħu jiffrankaw sa €20 kull xahar fuq kuntratt ta' 24 xahar meta jżommu l-ismartphone eżistenti tagħhom. Il-Limitless Mobile Plans kollha joffru telefonati bla limitu, SMS, internet allowances ġenerużi għal mowbajl u sa €9 inqas kull xahar ma' kull mobile plan għall-klijenti tal-Home Pack. Apparti minn dan l-iffrankar hemm skontijiet oħra li GO diġà qed tagħmel mal-klijenti Aktar tagħrif dwar l-offerti tal-Milied ta' GO jinkiseb mill-ħwienet kollha jew mir-resellers esklussivi abbonati mal-Home Pack u jinsabu disponibbli fuq kuntratti eżistenti u ġodda ta' sentejn mal-Limitless Pay Monthly. Għażliet ta' ħlas affordabbli fuq l-aħħar prodotti ta' smartphones u tablets Il-klijenti l-ġodda u eżistenti tal-Limitless Pay Monthly li jixtiequ jixtru smartphone jew tablet ser ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għażliet ġodda ta' ħlas fuq l-aħħar smartphones b'kuntratt ta' 24 xahar. Kull ma għandhom bżonn jagħmlu l-klijenti hu li jagħżlu wieħed mill-aħħar smartphones, iħalsu parti mill-ismartphone dak il-ħin u jagħżlu waħda mill-għażliet ta' ħlas għall-ismartphones ta' €10 jew €20 fix-xahar bil-Limitless35 u Limitless60. Din l-offerta limitata tinsab disponibbli wkoll għattablets u tibqa' valida sas-7 ta' Jannar 2014. Mobile Share – mobile internet bundle waħda fuq żewġ devices fl-istess ħin GO hu l-ewwel fornitur li qed jintroduċi l-kunċett innovattiv li taqsam ilmobile internet bundle fuq żewġ apparat (devices). Mobile Share toffri lillklijenti ta' Limitless Pay Monthly il-flessibbiltà li jaqsmu l-mobile internet bundle tal-ismartphones tagħhom ma' apparat ieħor li juża l-mobile internet bħal tablet. Bil-Mobile Share, żewġ utenti jistgħu jaqsmu mobile internet bundle wieħed fl-istess ħin minn lokalitajiet differenti. Mobile Share hi disponibbli wkoll bħala offerta introduttorja għal €2 biss fix-xahar. Bundles addizzjonali huma disponibbli b'rati mraħħsa għal klijenti biss ta' Mobile Share. Il-klijenti jistgħu jżidu 5GB għall-prezz ta' €7 fix-xahar jew 12GB għal €12 fix-xahar. Mobile Share hi disponibbli mid-29 ta' Novembru 2013. Offerta ta' Super Top Up għall-klijenti Pay As You GO Il-klijenti li jittopjaw b'€10 jew iktar ser ikunu jistgħu jċemplu kwalunkwe numru lokali għal 5 ċenteżmi kull minuta matul filgħaxijiet, tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi. B'din l-iskema ta' Super Top Up, GO qed testendi l-iktar rata baxxa għal kwalunkwe numru lokali. Dan il-benefiċċju hu validu sa 30 ġurnata wara kull top-up. Fl-istess żmien, il-klijenti jirċievu 100MB ta' mobile Internet ma' kull top-up ta' €10 u 250MB ma' kull top-up ta' €20. Ilklijenti jistgħu japplikaw billi jibgħatu SMS bla ħlas bilkelma 'anyone' fuq in-numru 16414 u wara jittopjaw €10 jew iktar. Matul il-perjodu tal-Milied, GO qed testendi din l-offerta ta' Super Top Up lill-abbonati l-ġodda kollha tal-mowbajl Pay As You GO. Biex wieħed jibbenefika minn din l-iskema, kull ma għandu jagħmel hu li jittoppja b'€10 jew iktar wara li jingħaqad ma' GO fuq Pay As You Go. Il-klijenti li jingħaqdu ma' GO se jirċievu wkoll 100 minuta b'xejn, 300 SMS b'xejn lejn in-numri lokali kollha u 500MB ta' mobile internet għal 30 ġurnata. Il-klijenti l-ġodda jistgħu jżommu l-istess numru talmowbajl li għandhom, kif ukoll il-kreditu li jkun baqa' diġà fil-mowbajl sa massimu ta' €15. Aktar tagħrif dwar l-offerti tal-Milied ta' GO jinkisbu mill-ħwienet kollha ta' GO, mir-resellers esklussivi f 'Malta u Għawdex, jew permezz tal-Freephone 8007 2121, jew inkella wieħed iżur is-sit www.go.com.mt jew www.facebook.com/go.com.mt HSBC Malta jirbaħ The Banker Awards għat-tielet sena konsekuttiva GĦAT-TIELET sena konsekuttiva, l-HSBC Bank Malta rebaħ il-premju Bank tasSena f 'Malta minn The Banker, il-pubblikazzjoni tal-Financial Times. Dan il-premju prestiġjuż jirrikonoxxi s-saħħa finanzjarja tal-HSBC Malta, l-investiment kontinwu fin-negozju tiegħu u l-impenn tal-bank għallkommunità. Id-Direttur u Kap Eżekuttiv tal-HSBC Bank Malta, Mark Watkinson qal: "HSBC Malta jibqa' wieħed mill-banek l-iktar b'saħħithom fil-pajjiż u kompla jinvesti fin-negozju tiegħu għall-benefiċċju tal-klijenti u l-azzjonisti tiegħu. Il-Premju 'The Banker Award' hu unur għall-irwol li l-HSBC jaqdi f 'Malta. Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha involuti għallappoġġ qawwi u kontinwu tagħhom fin-negozju." Bħala r-rebbieħ ta' The Banker Awards 2013, l-HSBC Bank Malta rċieva l-unur prestiġjuż il-Bracken Award, meqjus bħala l-Oscar tal-industrija internazzjonali tal-banek. Brendan Bracken kien l-editur fondatur ta' The Banker fl-1926 u iktar tard inħatar iċ-ċermen tal-Financial Times mill-1945 sal-1958. Il-Kap Eżekuttiv tal-HSBC jirċievi l-premju prestiġjuż għal Bank tas-Sena f'Malta 2013 matul iċ-ċerimonja tal-premjazzjoni tal-FT f'Londra Ċiklisti jiġbru €55,000 għarriċerka tal-kanċer tas-sider TMIENJA u tletin ċiklist avventurużi, li jiffurmaw parti mill-ALIVE Charity Foundation, preżentaw issomma inizjali ta' €55,000 għall-proġett ta' riċerka dwar il-kanċer tas-sider. Dan il-fond ser ikun iffaċilitat mill-Fond ta' Riċerka, Innovazzjoni u Żvilupp (RIDT) tal-Università ta' Malta. Il-maratona ta' 820 kilometru, imsemmija Malta Airport ALIVE 2013 Cycling Challenge for Cancer, bdiet minn Londra, kompliet lejn Brussel u ntemmet f'Pariġi f'Ġunju li għadda. Matul il-preżentazzjoni tad-donazzjoni, il-Professur Juanito Camilleri spjega li l-flus ser imorru għall-programm speċjalizzat bil-ħsieb li jiżvela l-ġenetika tal-poplu Malti biex ikun assigurat titjib fir-rati ta' sopravivenza tal-pazjenti tal-kanċer. B'dawn il-flus, l-Università ta' Malta ser issostni r-riċerka xjentifika u kruċjali filkanċer tas-sider fis-snin li ġejjin. Dan ser iwassal għall-benefiċċji fit-tul għas-soċjetà Maltija. Il-Kap Eżekuttiv tal-Ajruport ta' Malta, li sponsorjaw dan l-avveniment, irringrazzja lil dawk kollha li taw donazzjoni, fosthom l-impjegati talajruport. Il-fond ser imur għal student tax-xjenza biex ikompli l-istudji ta' dottorat (PhD) fil-qasam tar-riċerka tal-kanċer tas-sider. Ir-riċerka se ssir taħt it-tmexxija tal-Professur Christian Scerri fl-Università ta' Malta b'kollaborazzjoni mal-Isptar Mater Dei. Il-fond ser imur għal student biex ikompli l-istudji fir-riċerka tal-kanċer tas-sider