Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 21 Editorjal M ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Coraggio Fuggiamo a hemmx kliem biex tiddeskrivi l-atteġġjament tal-Ministru tasSaħħa Godfrey Farrugia għar-rapport tal-eks Kummissarju tas-Saħħa John Dalli. Ejja nibdew ħaġa, kien żball li saret konferenza stampa minn John Dalli. Ir-rapport missu ngħata lillGvern u mbagħad il-Gvern ra x'ser jagħmel bir-rapport. Ovvjament kulħadd jaf li John Dalli kellu kull interess biex juri x'qed jagħmel. Il-ħasra hi li Godfrey Farrugia ma missux lanqas attenda għall- konferenza stampa. Missu baqa' l-uffiċċju u meta kien mument propizju jistqarr li qed jistudjaw ir-rapport u ser jiddiskutuh internament. Farrugia la għandu l-ħażen politiku u lanqas il-kultura politika biex jifhem li b'dak li għamel tefa' ġebla fuq saqajn kulħadd. Kif jista' jkun li jgħid li ma jaqbilx ma' Dalli! Ma hemmx dubju li kien hemm ħwejjeġ li John Dalli għażel biex ma jarax, imma kulħadd jaf li kien hemm punti li huma kritiċi biex ilkwistjoni tas-saħħa titranġa darba għal dejjem. Ma jistax ikun li d-deċiżjonijiet jibqgħu trattati għal żmien twil. Hemm bosta punti li dejjem ġew skartati, fosthom il-kunfidenza żejda li hemm bejn il-fornituri talmediċina u ċerti elementi fl-isptar Mater Dei. Hemm imbagħad sitwazzjonijiet partikolari bħal ma stqarr isCEO tal-Mater Dei li oġġett bħal kompjuter li jiswa €700 fil-ħwienet jinxtara mill-MITA bil-prezz ta' 2,500 ewro. Li minnaħa tagħhom MITA kellhom arranġamenti mal-istess kumpaniji tal-kompjuters magħrufin għallkuntatti tajbin mal-PN. Ħaġa li ġġiegħlek taħseb li flisptar Mater Dei, insibu l-baqra sagra li qiegħda hemm biex titma erba' min-nies u mhux biex taqdi l-qasam tas-saħħa u l-klijient: li huwa l-poplu Malti. Il-Prim Ministru Joseph Muscat għandu għażla quddiemu, jew li jirranġa l-qasam tas-saħħa darba għal dejjem jew inkella joħlom li l-Ministru tas-Saħħa Godfrey Farrugia bħal ta' qablu jfalli u jħallina lampa stampa bħal ma konna. Hu fid-dover tal-Gvern talġurnata li jirriforma l-qasam tas-saħħa għall-interess fit-tul u għall-ġid ta' soċjetà Maltija li kull ma jmur qed isir aktar dipendenti fuq l-appoġġ professjonali tattobba, infermiera, paramedici u x-xjenza moderna.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013