Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

SPORTSillum 26 illum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 SPORTSillum Arsenal jikkonsolidaw posthom fil-quċċata u Everton jilħqu lil Liverpool u Chelsea ARSENAL komplew jirbħu u jikkonvinċu matul dan l-istaġun hekk kif ikkonsolidaw posthom fil-quċċata tal-klassifika talKampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra b'31 punt minn 13-il logħba wara li barra minn darhom għelbu lit-tim minn Wales, Cardiff City bliskor ta' 3-0. Aaron Ramsey kien l-eroj indiskuss għall-Gunners f 'din il-logħba hekk kif skorja doppjetta meta kien qed jilgħab propju kontra l-eks tim tiegħu, bil-gowl l-ieħor għal Arsenal jasal mill-eks plejer Franċiż ta' AC Milan, Mathieu Flamini li rritorna jilgħab ma' Arsenal matul issajf li għadda. Intant, Everton telgħu fir-raba' post tal-klassifika u laħqu lit-timijiet iktar ikkwotati ta' Liverpool u Chelsea b'24 punt iżda għandhom logħba iktar u differenza ta' gowls agħar minn dawn iż-żewġ timijiet. Huma għelbu lil Stoke City ġewwa darhom f 'Goodison Park bl-iskor kbir ta' 4-0, bil-gowls għalihom jiġu skurjati minn Deulofeu, Coleman, Oviedo u s-solitu Lukaku. F'logħba oħra, West Ham United ġewwa darhom għelbu lil Fulham bl-iskor konvinċenti ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Diame, Carlton Cole u Joe Cole. Norwich City ġewwa darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor minimu ta' 1-0 bilgowl waħdieni tagħhom jiġi skurjat minn Gary Hooper wara nofs siegħa logħob. Newcastle United ġewwa darhom f 'St James Park għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta' 2-1, bilgowls għalihom jaslu minn Gouffran u Sissoko waqt li l-gowl waħdieni ta' WBA wasal minn Chris Brunt. Ilkonfront bejn Aston Villa u Sunderland intemm fi draw ta' mingħajr gowls. Illum jintlagħbu erba' logħbiet oħra mill-istess kampjonat fl-Ingiletrra fejn fost oħrajn ikollna ż-żewġ logħbiet importanti bejn Tottenham Hotspur u Manchester United f 'White Hart Lane waqt li Chelsea jaffrontaw lil Southampton fi Stamford Bridge. Żgur li Tottenham Hotspur se jkunu qed jippruvaw jinsew it-telfa umiljanti ta' 6-0 li soffrew barra minn darhom fis-City of Manchester Stadium kontra t-tim l-ieħor ta' Manchester, Manchester City fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Min-naħa l-oħra, Southampton li sa issa kienu s-sorpriża pożittiva fl-Ingilterra jekk illum jegħlbu lil Chelsea barra minn darhom jaqbżuhom fil-klassifika meta jkollhom 25 punt. Intant, fil-Kampjonat Taljan Serie A TIM, Parma u Bologna temmew il-konfront ta' bejniethom li jitqies bħala derby fi dro ta' 1-1, bil-gowl għall-Parma jasal mis-solitu Cassano waqt li dak għal Bologna ġie skorjat millplejer Grieg, Kone, wara biss 10 minuti logħob. Riżultati Riżultati Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 30 ta' Novembru Aston Villa vs Sunderland 0-0 Cardiff C. vs Arsenal 0-3 Everton vs Stoke C. 4-0 Norwich C. vs Crystal P. 1-0 West Ham U. vs Fulham 3-0 Newcastle U. vs WBA 2-1 Fixtures Kampjonat Barclays Premier Il-Ħadd 1 ta' Dicembru 13:00 Tottenham H. vs Manchester U. 15:05 Hull C. vs Liverpool 17:10 Chelsea vs Southampton 17:10 Machseter C. vs Swansea C. Riżultat Kampjonat Serie A TIM Is-Sibt 30 ta' Novembru Parma vs Bologna Fixtures Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 1 ta' Diċembru 12:30 Catania vs Ac Milan 15:00 Atalanta vs Roma 15:00 Cagliari vs Sassuolo 15:00 Chievo V. vs Livorno 15:00 Inter vs Sampdoria 18:30 Juventus vs Udinese It-Tnejn 2 ta' Diċembru 19:00 Fiorentina vs Verona Arsenal jaċċertaw ruħhom fil-quċċata 21:00 Lazio vs Napoli 1-1

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013