Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
SPORTSillum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 27 Giggs jagħlaq 40 sena u jibqa' fil-quċċata FTIT tal-jiem ilu, il-leġġenda ħajja ta' Manchester United, Ryan Giggs għalaq 40 sena iżda m'hemmx dubju li xorta waħda għadu fil-quċċata talfutbol mondjali bħala plejer. Ħafna affarijiet inbidlu fid-dinja tal-futbol fl-aħħar deċenji, iżda fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra u mhux biss kien hemm xi ħadd li baqa' kostanti u ma nbidel qatt fil-wirjiet tiegħu: ħadd ħlief Ryan Giggs. Il-plejer minn Wales li għandu sieq xellugija miċidjali saħħar eluf ta' partitarji ta' Manchester United u mhux biss madwar il-globu. U meta wħud jaħsbu li tal-età tiegħu, dan għandu tabilħaqq jieqaf jilgħab u jħares lura lejn il-karriera mill-aqwa li kellu b'xi tazza inbid f'idu, il-leġġenda ta' Manchester United għadu jilbes bi kburija liema bħalha l-flokk ta' Manchester United u l-wirjiet tiegħu għadhom ikunu mill-aqwa. Ftit tal-jiem ilu huwa kien impenjat fil-logħba valida mill-UEFA Champions League kontra t-tim Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen fejn il-United rebħu bl-iskor kbir ta' 5-0 u dan meta kienu qed jilagħbu barra minn darhom. Impressjonanti huwa l-fatt li għalkemm għandu xejn inqas minn 40 sena, f'din il-logħba Giggs irnexxielu jiġri iktar minn 10 kilometri f'iktar minn 90 minuta. Wara din ir-rebħa, il-plejer internazzjonali Ingliż u sieħbu ma' Manchester United, Wayne Rooney saħaq li ma fadallux xi jgħid dwar Ryan. Huwa kompla li matul dik il-logħba d-difensur ċentrali ta' Bayer Leverkusen mondjali dwar Ryan Giggs Sir Alex Ferguson "Huwa kwazi impossibbli li wieħed jieħu post plejer bħal mhuwa Ryan Giggs – ma ssibx ħafna plejers bħalu. Huwa rarità. Għandu attribwiti ta' klassi mondjali u kiseb suċċess kbir fi klabb wieħed. Wieħed irid biss iħares b'ċertu rispett lejh." Ryan Giggs, magħruf ukoll bħala l-'wonder boy' żgur li saqsa kif Giggs kien għadu jkollu wirjiet daqshekk formidabbli ta' dik l-età. Huwa saħaq li l-kompożizzjoni fuq il-ballun hija mill-aqwa waqt li m'hemmx dubju li hu (Rooney) mhux se jkun qed jilgħab ta' dik l-età. Ħafna jsostnu li goalkeepers jistgħu jilagħbu fl-età ta' 40 sena minħabba li l-pożizzjoni tagħhom ma tantx tinvolvi ġiri u strapazz, fejn niftakru goalkeepers ta' fama mondjali bħat-Taljan Dino Zoff li rebaħ it-Tazza tad-Dinja tal-1982 fi Spanja u baqa' jilgħab sa meta kellu 40 sena. Iżda lkoll nafu li waqt kull logħba li jkun involut fiha Giggs jiġri kilometri sħaħ u jivvinta azzjonijiet tal-meravilji fejn fost l-oħrajn żgur li kulħadd se jibqa' jiftakar il-gowl tal-istampi li l-'wonder boy' kif inhu iktar magħruf Giggs irnexxielu jiskorja firreplay tal-FA Cup kontra l-arċi- rivali Arsenal f'Highbury, lura fl-1999, gowl li huwa meqjus bħala fost l-isbaħ ta' kull żmien fl-istorja tal-futbol mondjali. Tassew rimarkabbli huwa l-fatt li Ryan Giggs qatt ma kellu ċ-ċans li jieħu sehem f'Tazza tad-Dinja hekk kif jilgħab ma' Wales li lkoll nafu li mhumiex potenza bħala tim nazzjonali fil-futbol mondjali. Żgur li t-Tazza tad-Dinja qatt ma kienet u mhux se tkun l-istess b'Giggs u mingħajru! Tajjeb ngħidu li l-istess Giggs skorja f'kull staġun li kien involut fih kemm ilu jilgħab fil-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra, u bil-livelli rimarkabbli ta' fitness tiegħu, għad narawh ikompli jilgħab fil-quċċata tal-futbol mondjali fis-snin li ġejjin ukoll hekk kif jidher biċ-ċar li l-plejer minn Wales m'għandux pjanijiet li jirtira għalissa! X'jaħsbu l-ġganti tal-futbol Alessandro Del Piero "Dan huwa mbarazzanti li ngħidu iżda jien bkejt darbtejn f'ħajti mera rajt plejer tal-futbol jilgħab. L-ewwel darba kienet meta rajt lil Maradona jilgħab u t-tieni darba kienet meta rajt lil Ryan Giggs." Zinedine Zidane "Kollha kemm aħna plejers talJuventus qablu li l-Manchseter United kienu l-aħjar tim li ltqajna kontrih fil-UEFA Champions League meta kont nilgħab jien. Huma kellhom ħafna plejers żgħażagħ ta' talent li setgħu biss jitjiebu fil-livell kif fil-fatt ġara. Giggs huwa tassew plejer ta' klassi mondjali." Rio Ferdinand "Jien naħseb li jkun biss meta dan il-plejer jirtira li n-nies jirrealizzaw kemm dan il-plejer kien tassew rimarkabbli u dak li rnexxielu jirbaħ f'kull livell tal-futbol mondjali." dik li jilgħab mat-tim żbaljat (Manchester United). Huwa kellu jilgħab magħna (Chelsea)" Michael Carrick "Huwa Mr Manchester United!" David Moyes "Il-Premier League flIngilterra ra plejers tal-ogħla livell iżda meta wieħed jikkunsidra l-età u ż-żmien twil li dam jilgħab ma' klabb wieħed biss, huwa jibqa' l-aqwa." Mark Bosnich "Huwa l-aqwa plejer li lgħabt miegħu. Niftaktru jilgħab ma' Salford Boys meta kien għad kellu biss 15-il sena u lil Sir Alex Ferguson miexi 'l hemm u 'l hawn u jgħid: "Innutaw lil dan it-tifel fuq in-naħa xellugija talgrawnd!" Johan Cruyff "Eric Cantona kien plejer kbir, iżda ma kienx tajjeb daqs Ryan Giggs." Ron Atkinson "Ryan iġiegħlek temmen li jeżisti Alla tal-futbol." George Best "Forsi għad tasal dik il-ġurnata meta n-nies jibdew jgħidu li jien kont Ryan Giggs ieħor!" Gianfranco Zola "Huwa plejer li l-kwalitajiet tiegħu ma jitwemmnux u huma ta' barra minn din id-dinja! L-unika problema li għandu hija Paul Scholes "Lgħabt ma' ħafna plejers ta' klassi liema bħalha, iżda li kieku kelli nagħżel l-aqwa wieħed, nagħzel lil Giggs, huwa jista' jagħmel kollox bil-ballun u anki mingħajru!" li jidhru l-iktar favoriti, Honda, Williams u saħansitra l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu, l-FIA, Brawn jista' jħoss li ta' 59 sena, b'valur ta' madwar 100 miljun sterlina fil-kont bankarju tiegħu, għandu jgħix ħajja trankwilla u mingħajr daqstant pressjoni iktar tidher li tappella għalih. Il-mistoqsija li bosta segwaċi tal-F1 madwar id-dinja u mhux biss, qegħdin isaqsu hija dik jekk il-Mercedes hux se jibqa' jiddispjaċihom għal għomorhom għall-fatt li tawh permess li jitlaq mill-pożizzjoni tiegħu fit-tmun tal-Mercedes, fejn saħansitra dan kif għidna jista' jingħaqad fit-tmexxija ta' xi tim rivali tal-Mercedes fl-F1. U min jaf x'inhu għaddej minn moħħ is-sewwieq Lewis Hamilton bħalissa hekk kif malli sema' li Brawn kien se jħalli lil Mercedes, fuq l-kont personali tiegħu ta' Twitter huwa kiteb hekk: "Grazzi kbira tmur għal Ross Brawn. Huwa kien mexxej u għalliem kbir għalija. Ross bena l-fondazzjonijiet għalina bħala tim biex niksbu suċċess fl-2014! Toto u Paddy huma persuni fantastiċi u mexxejja b'saħħithom għat-tim. Diġà bdejt bit-taħriġ tiegħi u ma nistax nistenna għas-sena d-dieħla!" Lowe huwa inġinier tajjeb ħafna kif ukoll persuna talġenn. Huwa wkoll persuna iktar b'saħħitha milli jaħsbuha n-nies. U jista' jkun ukoll li l-istruttura hija tassew f'postha għat-tim biex il-Mercedes jiksbu s-suċċess li jistħoqqilhom fl-2014. Iżda kull tim jimmissja lil xi ħadd bil-kalibru ta' Ross Brawn, raġel li mdorri jirbaħ! Huwa prinċipal ta' tim li bħal ftit persuni llum għandu passat b'saħħtu fl-inġinerija. Barra minn hekk huwa wkoll strateġista brillanti b'abbilità liema bħalha li jaqra t-tellieqa u jirreaġixxi malajr għal dak li jkun qed jiġri fuq it-trakka taċċirkwit tal-F1. Ross Brawn – il'Big Bear', hekk kif kien laqqmu s-sewwieq Jenson Button lura fl-2009, tabilħaqq se jħalli vojt kbir f'kull sens! Ross Brawn jitlaq lill-Mercedes u tqum il-kontroversja... JISTA' jkun il-fatt li l-Mercedes jibqa' jiddispjaċihom għal għomorhom il-fatt li ħallew lil Ross Brawn jitlaqhom hekk kif ma jeżisti l-ebda dubju li l-Big Bear kif inhu iktar magħruf Brawn se jħalli vojt kbir f'kull sens mhux biss għal Mercedes iżda għallFormula 1 in ġenerali hekk kif l-esperjenza li jippossjedi Brawn fl-F1 hija waħda indiskutibbli. It-tluq ta' Ross Brawn minn ma' Mercedes hija waħda mill-iktar episodji strambi li seħħew fl-istorja riċenti tal-F1. Fil-karriera tiegħu huwa rebaħ xejn inqas minn tmien titli tas-sewwieqa, u tmien titli tal-kostrutturi. Wieħed ma jistax iħalli lil bniedem bħal mhuwa Ross Brawn jitlaq kif ġieb u laħaq, u huwa propju għalhekk li ċ-ċermen noneżekuttiv tal-Mercedes, Niki Lauda għandu jiġi emmnut bis-sħiħ meta huwa jinsisti li pprova jżomm lil Brawn ma' Mercedes akkost ta' kollox. Ittluq ta' Brawn minn Mercedes ilu li seta' jseħħ sa minn kważi sena ilu hekk kif deher biċ-ċar li Paddy Lowe kien ġie akkwistat biex jieħu postu lura f'Jannar li għadda. Wara tliet snin isegwu lil Red Bull, l-affarijiet dehru li kienu qed imorru għallaħjar għal Mercedes fil-ħin propizju meta l-isport tal-F1 ra l-ikbar tibdilet fir-regoli jseħħu tul ġenerazzjoni sħiħa. Mercedes investew f'inġiniera ta' klassi fi Brackley, waqt li għandhom żewġ sewwieqa ta' klassi mondjali – Lewis Hamilton u Nico Rosberg. Il-fatt li temmew fit-tieni post fil-kampjonat tal-kostrutturi fi tmiem dan l-istaġun kien pass kbir 'il quddiem għalihom. Jidher li kollox qed jinbena b'mod effettiv bil-mod il-mod għal dan it-tim. Għalhekk ilmistoqsijiet iqumu waħedhom: Għaliex Brawn se jitlaq propju f'dan iż-żmien għal McLaren? U kien hu li ddeċieda li jitlaq minn ma' Mercedes jew kien imġiegħel jagħmel hekk? Il-fatt li matul l-2013 Mercedes marru aħjar milli mistenni, huma rrealizzaw li forsi ma kinitx l-aħjar idea li jħallu lil Brawn jitlaqhom. Brawn innifsu saħaq li huwa kien kuntent li jibqa' mal-Mercedes akkost li huwa jibqa' jżomm il-kontroll totali tal-Mercedes fl-F1. Iżda jidher li l-Mercedes ma kinux lesti li joffru din il-proposta lil Brawn, bi xnigħat u spekulazzjoniet fid-dinja tal-F1 isostnu li Wolff u Lauda kellhom xi diżgwid bejniethom. Kienet x'kienet il-verità, Brawn se jitlaq lil Mercedes bl-aħħar ġurnata uffiċjali tiegħu ma' dan it-tim tkun propju dik tal-aħħar ġurnata ta' din is-sena – il-31 ta' Diċembru u se jitlaq mit-tmun ta' dan it-tim, possibbilment għal dejjem! Huwa mifhum li huwa se jkun qed jieħu żmien ta' mistrieħ qabel ma jkun qed jikkunsidra ma' liema tim se jkun qed jingħaqad fil-futur – bħalma kien għamel meta kien telaq lil Ferrari lura fl-2006. U waqt li jidher li hemm bosta timijiet li huma diġà interessati li jakkwistaw is-servizzi ta' Brawn, fosthom McLaren