Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 29 Fl-1 ta' Novembru li għadda, fil-Gladiators Fight Night 6, il-kick-boxer Malti Christian Schembri kompla jikkonferma li huwa tabilħaqq wieħed mill-aqwa kick-boxers ta' pajjiżna hekk kif fir-'re-match' fiddixxiplina 'K 1 rules' li kienet tant mistennija mill-udjenza Maltija huwa rnexxielu jegħleb lil Brandon Spiteri (K1) tal-Ying Yang KickBoxing Club Malta permezz ta' rebħa deċiżjoni, liema ġlieda ġabret il-qofol ta' dan l-avveniment. Hawnhekk, Christian Schembri rnexxielu jirbaħ din ilġlieda tant missielta bi 'Split Decision', u b'hekk kiseb it-tmien rebħa minn 11-il ġlieda fil-karriera qasira tiegħu, bi tlieta minnhom KO. Schembri, li huwa mħarreġ mill-Master Silvio Camilleri kif ukoll bl-għajnuna talkowċ Steve Martin kiseb dir-rebħa wara li fil-bidu tas-sena kien tilef malistess atleta. Christian kien ikkonċentrat ħafna fejn wera ġlieda ta' livell u teknika għolja. Il-fighter Schembri sab ta' għajnuna kbira l-esperjenza li kellu xahar qabel fil-WMKF Championships fi Sqallija, fejn irnexxielu jirbaħ ġlieda oħra K1 kontra Francesco Cangitano permezz ta' TKO fit-tieni rawnd. ILLUM tkellmet ma' Christian Schembri nnifsu fejn talbitu jtina iktar dettalji rigward din il-ġlieda u x'fissret din irrebħa għalih. Il-kick-boxer li qed jikseb suċċess liema bħalu f 'pajjiżna spjega li: "Ta' min jgħid li din it-taqbida kienet waħda mistennija ħafna min-naħa tiegħi għal żewġ raġunijiet ewlenin: l-ewwel għax kienet se tkun l-ewwel ġlieda tiegħi K1 Rules mingħajr protezzjoni ta' xejn ħlief l-ingwanti li jintlibsu fl-idejn. It-tieni, minħabba l-fatt li din kienet 're-match' mal-istess atleta li kien rebaħli b'KO fl-ewwel sekondi tat-taqbida filGladiators Fight Night 5. Il-preparazzjoni għal din il-ġlieda kienet tajba ħafna, fejn kien hemm sforzi kbar min-naħa talkowċis rispettivi tiegħi, Master Silvio Camilleri u Steve Martin biex inkun ippreparat sew, u kont għadni ġej minn esperjenza tajba ħafna fil-WMKF World Championships. Meta waslet il-ġurnata tat-taqbida, jiena kont determinat li nagħti wirja tajba kemm għalija nnifsi, kif ukoll bħala ringrazzjament għal ħafna nies li ġew jagħtuni l-appoġġ tagħhom f 'din it-taqbida. Din kienet taqbida teknika u missielta sewwa, fejn la jien u lanqas l-avversarju tiegħi ma ridna nċedu, imma flaħħar għandi tabilħaqq is-sodisfazzjon kbir li ngħid li rnexxieli nirbaħ din ittaqbida bil-punti min-naħa tal-ġudikaturi!" Madwar xahar qabel li kiseb dan is-suċċess importanti fil-karriera tiegħu, fis-6 ta' Ottubru, Christian Schembri ħa sehem ukoll fil-Kampjonati Mondajli tal-WMKF f 'Alcamo fi Sqallija fejn iġġieled kontra Francesco Cangitano fil-kategoroja tal-K1 fejn kiseb rebħa fit-tieni rawnd permezz ta' Total Knock Out – TKO. Il-kickboxer ewlieni Malti fissrilna wkoll x'fissret din irrebħa importanti fil-karriera tiegħu, barra minn xtutna, fil-pajjiż ġar ta' Sqallija: "Dawn il-Kampjonati Mondjali tal-World Martial Kombat Federation isiru kull sena u jkun hemm numru kbir ta' atleti jipparteċipaw fihom f 'diversi kategoriji. Jien applikajt għall-kompetizzjoni talK1, u ġejt ma' atleta Sqalli. Id-differenza bejn din ittaqbida K1 u ta' Malta hija li din kienet bil-'protective gear' u ta' Malta le. Din il-kompetizzjoni hija waħda li nitilgħu għaliha kull sena, u hija waħda importanti ħafna għallklabbs f 'din il-Federazzjoni. Għal dawn il-kampjonati qbadt nitħarreġ ftit żmien wara l-Prize Boxing Promotions, u ffukajt fuq il-K1 wara xahar u nofs preparamenti fil-boxing. It-taqbida kienet waħda tajba, fejn l-avversarju tiegħi ħareġ b'saħħtu ħafna imma d-daqqiet tiegħu ma kinux effettivi u beda jgħejja malaħħar tal-ewwel rawnd. Kif rajt hekk, jien żidt il-ħidma tiegħi u bqajt nippressa sakemm ma bediex jiddefendi ruħu, u r-referee waqqaf it-taqbida f 'nofs it-tieni rawnd. Tabilħaqq, din kienet rebħa sabiħa Ritratt: Joseph Lungaro Christian Schembri jkompli jikkonferma lilu nnifsu bħala wieħed mill-aqwa kick-boxers ta' pajjiżna Christian Schembri - fost l-aqwa kick-boxers f'pajjiżna għalija għax konna qed nirrappreżentaw lil pajjiżna f 'Kampjonati Mondjali, u hija ħaġa sabiħa li tesponi l-bandiera ta' pajjiżek qabel u wara t-taqbida. Barra minn hekk fit-30 ta' Awwissu li għadda, Schembri ħa sehem ukoll fil-kompetizzjoni Rumble in the Med Part 4 li saret fil-lukanda Dolmen u kienet organizzata minn 'Prize Boxing Promotions' fejn iġġieled kontra Clayton Mallia li jieħu sehem filboxing u rebaħlu permezz ta' rebħa deċiżjoni. Schembri tana wkoll iktar dettalji rigward din il-kompetizzjoni li ħa sehem fiha fejn saħaq li: "Din il-promozzjoni mtella' minn Prize Boxing Promotions tista' tgħid li tkun waħda mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, li hawn filpajjiz, allura ta' bilfors li jiena kont kuntent ħafna meta l-promoter Demis Tonna qalli biex nieħu sehem f 'din il-kompetizzjoni. Ħabat tajjeb ukoll li filġimgħat ta' qabel din ittaqbida, il-kowċ tiegħi Steve Martin, tal-Fight Factory Boxing Gym Marsa, ftiehem mal-kowċ professjonali Ingliż tiegħu, Barry Smith, biex jiġi Malta u jagħmlilna kamp ta' taħriġ ta' ġimagħtejn. Dan wassal biex il-preparazzjoni tiegħi għal din it-taqbida tkun waħda eċċellenti, u dan intwera fittaqbida. Kienet taqbida teknika u missielta ħafna mill-ewwel qanpiena, fejn jiena tajt dak kollu li stajt u ħarġu ħafna tekniki li tgħallimt f 'dan il-kamp ma' Barry Smith. F'din it-taqbida nħossni sodisfatt ħafna li ngħid li ħriġt rebbieħ b'deċiżjoni talġudikaturi." Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, Christian Schembri xtaq jgħaddi numru ta' ringrazzjameti għal dawn is-suċċessi li kiseb f 'dawn l-aħħar xhur fil-karriera mill-aqwa tiegħu: "Nixtieq nirringrazzja lill-kowċis ewlenin tiegħi, Master Silvio Camilleri tal-Wu Shu Ky Kickboxing Club u l-kowċ professjonali Steve Martin tal-Fight Factory Boxing Club. Nixtieq nirringrazzja wkoll lill-atleti taż-żewġ klabbs talgħajnuna tagħhom fit-taħriġ kif ukoll atleti ħbieb tiegħi minn klabbs oħra li ngħinu lil xulxin fit-taħriġ tagħna, li dejjem jiswa ħafna filpreparamenti tiegħi. L-aħħar u mhux l-inqas, nixtieq nirringrazzja lill-promoters talkompetizzjonijiet rispettivi, Prize Boxing Promotions, Gladiators Promotions u WMKF, għax dawn jagħmlu xogħol kbir u siewi ħafna li jwassal biex atleti bħali juru l-frott tat-taħriġ tagħhom quddiem l-ispettaturi," temm jgħid il-kick-boxer ewlieni Malti, Christian Schembri.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013