Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
SPORTSillum 30 illum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Ħafna mill-grawnds tat-Tazza Manchester United iħabbar tad-Dinja għadhom mhux lesti ftehim ma' Banif Bank WARA serje ta' problemi fl-istrutturar tal-istadiums li se jintużaw fit-Tazza tad-Dinja fil-Brażil, l-organu governattiv talfutbol mondjali, il-FIFA, ripetutament wissiet li mhu se jkun hemm l-ebda kompromess fuq meta se jkunu lesti l-istadia tat-Tazza tad-Dinja. Il-FIFA qalet li dawn l-istadia jridu jkunu lesti sa tmiem din is-sena iżda fil-fatt ħafna stadia għadhom lura fix-xogħlijiet tagħhom u kelliema ta' belt partikolari li se tkun qed tospita dawn il-logħob filBrażil jiġifieri Cubaia saħqu li mhux biss mhux se jkunu lestew l-istadia f 'din il-belt filħin iżda lanqas se jkun hemm bizzejjed kmamar fil-lukandi disponibbli għall-partitarji li se jkunu qed jivjaġġaw fil-Brażil. Għalkemm il-FIFA insistiet li jkun hemm minimu ta' 8 stadia li għandhom jospitaw it-Tazza tad-Dinja, il-Brażil iddeċidew li fil-fatt ikun hemm 12-il stadia disponibbli u dan minħabba l-interess u t-talba li kien hemm mill-partijiet kollha ta' dan in-nazzjon enormi biex ikunu parti minn dan it-tournament. Intant, nhar l-Erbgħa li għadda, Problemi kbar fil-kostruzzjoni tal-grawnds li se jintużaw fit-Tazza tad-Dinja awtoritajiet fil-belt ta' Sao Paulo kkonfermaw li żewġ persuni kienu tilfu ħajjithom wara inċident li kien seħħ f 'sit ta' kostruzzjoni tal-Corinthians Arena, li huwa wieħed millistadia li se jintuża fit-Tazza tad-Dinja matul is-sena d-dieħla u li f 'dan l-inċident ikkollassa parzjalment. M'hemmx dubju li t-Tazza tad-Dinja qiegħda u se ġġib investiment kbir fil-Brażil u fi kliem il-kordinatur ta' Manaus Stadium li se jkun wieħed millistadia li se jkun qed jintuża fit-Tazza tad-Dinja fis-sajf li ġej, huwa saħaq li l-opportunità li t-Tazza tad-Dinja qiegħda ġġib hija l-motivazzjoni u iktar inkoraġġiment biex isiru iktar investiment f 'dan ilpajjiż fl-Amerika ta' Isfel. Iżda l-mistoqsija tqum waħedha. Il- Brażil rat kbir f 'dan kollu? Filbelt Brażiljana tat-Tramuntana ta' Manaus, qiegħda titlesta arena li tixbah lill-istadium famuż f 'Beijing fiċ-Ċina, Bird's Nest li huwa struttura elaborata importata mill-Portugall. Iżda l-proġett, li se jkun qed jinvolvi l-ispiża ta' 300 miljun sterlina tal-fondi pubbliċi Brażiljani jinsab ferm tard. Parti minn dan ix-xogħol tardiv huwa minħabba x-xita tropikali intensiva li qed tinżel fil-Brażil u li għalhekk qed ixxekkel lill-ħaddiema milli jkomplu bil-ħidma tagħhom. Iżda jidher li f 'dawn l-aħħar jiem, timijiet ta' ħaddiema bdew jaħdmu għal 24 siegħa matul il-ġurnata biex jippruvaw ilaħqu mad-dati mogħtija mill-FIFA, għalkemm xorta waħda jidher li dawn ilmiri mhux se jiġu milħuqa. FTIT tal-jiem ilu, Manchester United ħabbar ftehim għall-provediment ta' servizzi finanzjarji mal-bank kummerċjali Malti, Banif Bank. Permezz ta' dan ilftehim mifrux fuq erba' snin, Banif Bank se jipproduċi u jbiegħ il-kard ta' kreditu uffiċjali tal-Manchester United f 'Malta. Il-Manchester United Credit Card ta' Banif Bank se tagħti l-opportunità lis-segwaċi tal-United f 'Malta biex jieħdu vantaġġ mir-rati kompetittivi li joffri Banif Bank, kif ukoll igawdu minn numru ta' benefiċji u inċentivi li għandhom x'jaqsmu malUnited. Dawn jinkludu skontijiet fuq l-iskema uffiċjali ta' sħubija fil-Klabb, u prezzijiet imraħħsa fuq biljetti għall-mużew u t-tour ta' Old Trafford. Dawk li se jkollhom il-kard għandhom ukoll iċ-ċans li jirbħu biljetti għal-logħob, 'merchandise' iffirmat u opportunitajiet li jaraw il-plejers jitħarrġu. Banif Bank fetaħ f 'Malta fl-2008 u jopera esklussivament fis-suq Malti. Il-kumpanija timpjega 160 ruħ u tagħti servizz lil madwar 32,000 klijent mill-għaxar fergħat tagħha u minn sitt units fiddipartiment għan-negozju u l-kummerċ.= Id-Direttur Maniġerjali tal-Grupp Manchester United, Richard Arnold qal li, "Malta ilha ħafna assoċjata mal-Klabb, bi Klabb tas-Sapporters li ilu mwaqqaf għal aktar minn 50 sena, sa mill-1959. Dan ilftehim ma' Banif Bank jagħti lis-segwaċi ta' Manchester United f 'Malta mezz ieħor ta' kif ikunu eqreb tal-Klabb li tant iħobbu. Banif Bank kiber b'ritmu mgħaġġel minn mindu beda jopera fl-2008 u jifhem sew is-suq lokali. Aħna kuntenti ferm li l-klijenti tal-Bank ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ millinċentivi u kompetizzjonijiet fantastiċi tal-Klabb permezz ta' dan il-ftehim." Il-Kap tal-Operat ta' Banif Bank, Nuno Martins qal li "fl-eżistenza qasira ta' ħames snin u nofs ta' Banif Bank, il-Bank issorprenda lil Malta f 'ħafna modi. Issa lħaqna tragward ieħor – il-kredit kards ma jiġux akbar minn hekk! Huwa unur kbir għallBank Malti tagħna li jkun assoċjat ma' wieħed millakbar marki u timijiet talfutbol ta' suċċess fid-dinja." "Bil-'credit card' talManchester United filkartiera, il-partitarji għandhom mezz effiċjenti u sempliċi ta' kif iħallsu minn kull fejn ikunu fiddinja, waqt li juru l-lealtà lejn il-Klabb meta jkunu qed iħasslu. Apparti minn hekk se jkollhom aċċess għal firxa ta' benefiċċji u opportunitajiet li ma jistgħux jinxtraw bil-flus!" Il-Kap tal-Operat ta' Banif Bank, Nuno Martins jippreżenta 'credit card' grandjuża lil-leġġenda ħajja ta' Manchester United, Dennis Irwin YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt