Illum previous editions

illum 1 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

SPORTSillum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 | illum 31 "Li kieku teżisti kelma aħjar minn irrabjat kont nuża lilha" – Andrei Agius WARA li kkontribwixxa bissħiħ biex US Latina jitilgħu jilagħbu fis-Serie B fl-Italja, id-difensur internazzjonali Malti Andrei Agius ma baqax fil-pjanijiet tal-kowċ Gaetano Aufieri. Agius ħassu ferm diżappuntat b'dan il-fatt u fi kliemu stess: "Li kieku teżisti kelma iktar minn irrabjat kont nużha lilha. Wara staġun ta' sagrifiċċji u ħidma intensiva fejn irbaħna l-promozzjoni u l-Coppa Italia, l-ambizzjonijiet kienu oħra imma dan kollu huwa parti mill-futbol. Kull kowċ għandu t-teoriji tiegħu u bħala plejers ikollna naċċettawhom." B'hekk fis-sajf li għadda, Agius ingħaqad mat-tim mit-Tieni Diviżjoni tal-Lega PRO, Torres, liema klabb huwa bbażat f 'Sassari fil-gżira ta' Sardinja li hija t-tieni l-ikbar gżira fl-Ewropa wara Sqallija. Saqsejna lid-difensur internazzjonali jekk ġiex affetwat b'xi mod partikolari b'din ittranżizzjoni minn ma' US Latina għal Torres? Ġejt affetwat għax xtaqt inkun parti mill-iskwadra tas-Serie B ta' Latina imma dawn id-deċiżjonijiet huma parti mill-futbol u jkollok taċċettahom. Nimmissja lil dan it-tim imma meta tkun tagħmel dan l-isport ma tistax tkun persuna nostalġika nkella ma tistax timxi 'l quddiem. U Andrei Agius kif sejjer sa issa ma' Torres u x'inhi r-relazzjoni tiegħu malkowċ u mal-plejers sħabu? S'issa ma kellniex bidu tajjeb. L-ambizzjonijiet kienu oħra imma għal xi raġuni qegħdin f 'sitwazzjoni diffiċli. Ir-relazzjoni tiegħi mal-plejers u mal-kowċis hija waħda tajba u pożittiva. Din is-sena hemm irriforma fil-Kampjonat tas-Serie C, fil-fatt kienet waħda mill-konsegwenzi tat-trasferiment tiegħi ma' Torres. L-importanti li nkunu mal-ewwel 9 biex issena d-dieħla nagħmlu parti mis-Serie C unika. Hekk kif bħalissa qed jilgħab fit-Tieni Diviżjoni tal-Lega PRO Taljana ma' Torres, Agius x'differenza jara fil-livell ta' futbol millEwwel Diviżjoni li fiha kien jilgħab ma' US Latina? Id-differenza prinċipali hija fit-timijiet li tilgħab kontrihom u t-tip ta'ambjent, imma l-livell ogħla minħabba li l-ikbar investimenti saru fis-Serie C2 hekk kif fil-kategorija tas-Serie C1 ma hemmx relegazzjoni allura kulħadd qed jilgħab b'ħafna plejers ta' età żgħira. U d-differenzi ewlenin li Agius jara, dejjem jekk jeżistu, bejn US Latina u Torres? L-ikbar differenza hija li Torres bdew din is-sena kollox ġdid allura fuq ċerti affarijiet għadna forsi mhux daqshekk organizzati mija fil-mija imma dan il-proċess għaddew minnu anki l-US Latina 3 snin ilu meta kienu għadhom fl-ewwel sena filprofessjonisti. Ilkoll nafu li fl-aħħar logħbiet mhux dejjem ingħata ċ-ċans li jilgħab mat-tim nazzjonali. Andrei Agius x'jikkummenta fuq ittim nazzjonali preżenti? Taħt it-tmexxija ta' Ghedin ma lgħabtx mill-bidu żewġ logħbiet – ir-raġuni jafha hu biss. Jiena, xogħli huwa li dejjem inkun lest għal meta niġi mitlub li nilgħab. Ir-riżultati żgur li ma kinux pożittivi bħalma wieħed jista' jimmaġina, imma hemm ħafna xogħol xi jsir u nispera li min hemm fit-tmexxija jara dawn ilproblemi u jagħmel pjan tajjeb biex jgħolli l-livell tal- Andrei Agius waqt it-taħriġ tiegħu ma' Torres futbol Malti – il-mod hemm iridu jsibuh u japplikawh. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas saqsejna lil Andrei Agius kif qed iħares lejn il-futur tiegħu kemm ma' Torres kif ukoll mat-tim nazzjonali? Il-futur tiegħi kemm ma' Torres kif ukoll mat-tim nazzjonali Malti huwa dak li dejjem kien għal dawn l-aħħar 10 snin jiġifieri xogħol iebes biex kull ġurnata dejjem nilħaq livell aħjar. Kull ġurnata li tgħaddi hija ġurnata inqas biex nagħmel dak li nħobb, allura nipprova nagħmel il-massimu minn din ilfortuna li ġejt mogħti. Nicole Gatt tirbaħ il-bronż fil-Malasja u tikser 15-il rekord nazzjonali fil-weightlifting NICOLE Gatt, l-aqwa atleta femminili flisport tal-Weightlifting Olimpiku pparteċipat b'suċċess fil-Kampjonati tal-Commonwealth talWeightlifting li saru f 'Penang fil-Malasja, meta rebħet il-midalja tal-bronż fil-kategorija tal-Youths ta' inqas minn 53 kilogramma. L-ewwel post intrebaħ min-Niġerja segwit millIndja. Gatt riedet tiġġieled ħafna għal din il-midalja kontra r-rivali prinċipali tagħha mill-Malasja li kellha l-vantaġġ li kienet qed tikkompeti ġewwa darha. Nicole kienet lura fil-fażi tal-kompetizzjoni tal-iSnatch, meta refgħet 2 kilogrammi inqas mir- rivali tagħha. Għalhekk, hija riedet minn tal-inqas 3 kilogrammi iktar mir-rivali tagħha fil-Clean and Jerk biex ikollha ċans li tirbaħ midalja, partikolarment minħabba l-fatt li kienet qed tikkompeti f 'kategorija ta' 'bodyweight' ogħla, li tfisser punti inqas. Bl-inkoraġġiment talPresident tal-Federazzjoni Maltija tal-Weightlifting u l-'acting coach' Jesmond Caruana, Gatt irnexxielha tlesti l-kompetizzjoni b'total ta' 118-il kilogramma, li kienet tfisser kilogramma iktar mir-rivali tagħha mill-Malasja. Nicole Gatt irnexxielha wkoll tikser 15il rekord nazzjonali Malti fil-kategoriji tal-Youths, Juniors u Seniors. Dawn il- kompetizzjonijiet offrew sfida kbira għal Nicole minħabba s-sempliċi fatt li hi kellha tadatta għall-klima differenti minn dik f 'Malta kif ukoll għal żona ta' ħin differenti. M'hemmx dubju li din ilkompetizzjoini serviet bħala preparazzjoni tajba għalLogħbiet Olimpiċi tal-Youths li se jsiru s-sena d-dieħla f 'Nanjing fiċ-Ċina fejn Nicole mistennija tipparteċipa. Din il-parteċipazzjoni ta' Nicole Gatt f 'dawn il-Kampjonati tal-Commonwealth ma setgħetx tkun possibbli għaliha mingħajr l-għajnuna tal-Kumitat Olimpiku Malti (KOM), il-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) u l-Federazzjoni talWeightlifting tal-Malasja. Nicole Gatt bil-midalja tal-bronż f'Penang, il-Malasja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 1 December 2013