Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/219726
SPORTSillum 32 illum Il-Ħadd 01 ta' Diċembru 2013 Melo Zammit jikseb it-tieni rebħa f'dan l-istaġun NHAR il-Ħadd 24 ta' Novembru l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi kompliet bl-attivitajiet tagħha mill-Kampjonati ASMK Pasta Poiatti 2013/14. Dan kien jikkonsisti f 'tiġrijiet bil-Karozzi Autocross minn sewwieqa Maltin u Għawdxin. F'dan il-programm ħadu sehem 28 karozza. Matul il-ġurnata li kienet iddominata mill-maltemp ta' matul il-lejl irriżulta f 'korsa mxarrba ħafna fil-ħin bikri tal-ġurnata u għaldaqstant ma kien hemm l-ebda sinjal ta' trab tul il-programm kollu. Minkejja dan il-maltemp ta' matul il-lejl, dan xorta waħda ma qatax qalb is-sewwieqa milli jitilgħu fil-korsa talASMK f 'Ta Qali u dawk Għawdxin qasmu l-fliegu u ġew Malta wkoll għat-tiġrijiet. Waqt il-heats ta' kwalifikazzjoni, Melo Zammit fuq Ford Escort Mk3 irnexxielu jiddomina l-attività tal-ġurnata f 'din is-sezzjoni tant li kien l-uniku wieħed li rebaħ it-tliet Heats tal-ġurnata għax adatta ruħu mill-ewwel għas-sitwazzjoni preżenti talkorsa kif kienet. Għaldaqstant dan issiġilla postu fil-finali ta' klassi 'A'. Flimkien ma' Zammit ikkwalifikaw ukoll Kurt Sammut fuq Ford Ka, Josef Grech fuq Ford Fiesta, Christian Galea fuq Fiat Ritmo, Josef Abela fuq Opel Nova u Gordon Johnson fuq Peugeot 205. Fuq il-linja tat-tluq kienet qed tinħass tensjoni kbira tant li Grech, Sammut u Abela għamlu 'False Start' kull wieħed, b'Abela jidher li tant ħakmitu t-tensjoni tant li spiċċa rrepeta l-False Start għal darb'oħra u ġie sospiż mill-finali. Wara l-ħames tluq li kien wieħed ċar jidher li Galea fuq Ritmo kellu ħruġ tajjeb flimkien ma' Zammit u Sammut u kollha baqgħu kważi flimkien sal-ewwel kantuniera. Kien jidher li Zammit beda jagħmel pressjoni fuq Galea wara l-ewwel kantuniera tant li ftit sekondi wara spiċċa biex issuperah. Issa Zammit ħa t-tmun tal-Finali segwit minn Galea u Grech b'dan tal-aħħar spiċċa javvanza wkoll fuq Sammut. Il-finali kompliet b'vantaġġ marġinali bejn l-ewwel u t-tieni post b'Zammit jispiċċa jkompli salbandiera tat-tmiem mingħajr pressjoni għall-fatt li Galea rtira mit-tiġrija minħabba ħsara teknika. Il-finali spiċċat b'Zammit jirbaħ it-tieni rebħa tiegħu Klassi A. Dan kien segwit minn Grech fuq il-Fiesta u Johnson fuq it-205 rispettivament. Għall-Finali Klassi B ikkwalifikaw Vince Farrugia fuq VW Polo, Matthew Borg u Andrew Pisani t-tnejn fuq Opel Nova, Godfrey Gauci u Duncan Delia it-tnejn fuq Ford Fiesta u Ġużi Pace fuq Ford Escort. Mat-tluq tal-finali rajna lil Farrugia u Pisani jkollhom tluq tajjeb b'Pisani jieħu t-tmun tal-finali segwit minn Farrugia. Dawn kienu segwiti minn Gauci u Pace rispettivament. F'din ilfinali ftit rajna tibdil filpożizzjonijiet bil-karozzi kollha jagħmlu disa' laps kollha b'vantaġġ li beda jikber Melo Zammit fuq Ford Escort rebbieħ tal-ġurnata aktar ma t-tiġrija bdiet tasal lejn it-tmiem tagħha. Dan irriżulta b'Pisani jirbaħ din il-finali segwit minn Farrugia u Pace li fl-aħħar ftit sekondi rnexxielu jissupera lil Gauci. Fil-Finali Gozo Autocross li ssir fit-tielet Heat talġurnata rajna starting line kompost minn Joseph Agius fuq Ford Fiesta, Marvin Grima fuq Opel Corsa, Domenic Zammit fuq Alfa Sud, Christian Apap fuq Ford Escort u Joseph Vella fuq Ford Fiesta. Rajna tluq tajjeb minn Zammit u Apap li millewwel ħadu l-ewwel żewġ pożizzjonijiet b'Zammit jieħu tmun segwit minn Grima u Apap. Din il-finali kompliet b'Apap jagħmel pressjoni fuq Grima fejn wara ftit ħin spiċċa jissuperah. Il-finali spiċċat b'Zammit jirbaħ għal darb'oħra. Dan kien segwit minn Apap u Grima rispettivament. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Vella u Agius rispettivament. Illum dawn is-sewwieqa Għawdxin bdew jinżlu jagħmlu x-xogħol tal-marshalls waqt l-attività sħiħa u qed jagħtu l-kontribut tagħhom ukoll f 'dawn l-attivitajiet. Intant, l-attivitajiet ikomplu llum il-Ħadd, fejn imiss il-ħames programm talistaġun tal-ASMK Pasta Poiatti 2013/14 li se jkun jikkonsisti fit-tiġrijiet bilKarozzi Autocross u Muturi Motocross. Il-programm jibda fil-11am. Għal iktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-ASMK, wieħed jista' jżur is-sit elettroniku www.asmk.org.mt "Minn dejjem kont noħlom li niftaħ skola talgoalkeepers" – Mario Muscat Mario Muscat iċċelebra l-10 sena anniversarju mill-ftuħ tal-iskola tal-goalkeepers tiegħu FTIT tal-jiem ilu l-goalkeeper veteran ta' Hibernians u eks goalkeeper tat-tim nazzjonali, Mario Muscat iċċelebra l-10 anniversarju mill-iskola tiegħu tal-goalkeepers fejn huwa jmexxiha flimkien mal-eks goalkeeper Simon Grech. Din l-iskola ġiet imwaqqfa lura fl-2003 u fiha jipparteċipaw numru ferm sabiħ ta' tfal u żgħażagħ fejn m'hemmx dubju li din l-iskola hija waħda milliskejjel ewlenin tal-futbol f 'Malta. Barra minn hekk din l-istess skola pproduċiet numru ta' goalkeepers tal-ogħla livell u ta' klassi liema bħalha u li llum qed narawhom jilagħbu mal-ewwel 11 ta' timijiet stabbiliti fil-Kampjonat BOV Premier. Fost dawn ma nistgħux ma nsemmux liżżewġ goalkeepers ta' Valletta, Yenz Cini u Manuel Bartolo, lill-goalkeeper ta' Balzan, Jacob Ciprott kif ukoll lillgoalkeeper ta' Vittoriosa Stars, Jean Matthias Vella. Dan il-ġurnal għamel kuntatt ma' Mario Muscat innifsu fejn talbu l-kummenti tiegħu dwar dak li għaddiet minnu din l-iskola f 'dawn l-aħħar 10 snin kif ukoll kif qed iħares lejn il-futur talistess skola. Il-goalkeeper ta' Hibernians qal "Sa minn meta kont goalkeeper żagħżugħ, dejjem kont nemmen li xi darba niftaħ skola li tispeċjalizza fit-teknika tal-goalkeepers. Għalhekk 10 snin ilu ħassejt li kien id-dover tiegħi li naqsam dak kollu li kont tgħallimt u esperjenzajt millivell internazzjoanli u anki mill-ogħla livell f 'Malta ma' dawn il-goalkeepers kollha promettenti. L-għan tal-iskola huwa dak li iktar footballers jagħżlu l-goalkeeping, fejn tgħallimhom it-teknika t-tajba, ttejjeb il-livell talfiżika tagħhom iżda l-iktar importanti dik li tifforma rġiel ġentlomi. Għaxar snin għaddew, u aħna ninsabu ferm sodisfatti b'dak kollu li rnexxielna niksbu. Mijiet ta' goalkeepers għażlu li jattendu l-iskola tagħna f 'dawn l-aħħar snin u aħna bħala kowċis rajnihom itejbu l-livell u t-teknika tagħhom iżda l-iktar importanti rajnihom determinati li jiksbu suċċess. Illum għandna goalkeepers li rnexxielhom jagħmluha sal-ogħla livell fil-futbol Malti u oħrajn li ġew magħżula mat-timijiet nazzjonali ta' taħt is-16, 17 u l-21 sena. Iżda l-iktar li jtina sodisfazzjon bħala kowċis ta' din l-iskola huwa l-fatt li bnejna fit-tfal li jattendu l-iskola tagħna karattri b'saħħithom li huma lesti biex jaffrontaw kull sfida li l-ħajja għandha x'toffri. Fissnin li ġejjin, aħna ninsabu determinati li ninvestu fi kwartieri għall-iskola tagħna waqt li ninsabu kommessi li nagħtu lill-istudenti tagħna l-aqwa opportunitajiet possibbli. Finalment nixtieq nirringrazzja lil dawk ilkowċis kollha li għenuni matul il-karriera tiegħi. Ringrazzjament speċjali jmur ukoll għall-kowċing staff dedikat tagħna, lill-isponsors, media u l-aħħar iżda mhux l-inqas lill-ġenituri kollha li għażlu lil Mario Muscat Goalkeeper School."