Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 13 ill-bniedem fiċ-ċentru' il-Knisja Kattolika għandha għażla importanti ħafna quddiemha: manutenzjoni jew missjoni. Din mhix xi ħaġa ġdida għaliex diġà ntqalet wara l-Konċilju Vatikan II, madwar 50 sena ilu. "Il-Knisja ma tistax toqgħod iddur magħha nnifisha, tikkura u tieħu ħsieb in-nies li għadhom imorru l-quddies nhar ta' Ħadd u tieqaf hemm. Ma tistax tkun kuntenta billi tinvesti fil-manutenzjoni tad-dar tagħha u kif jgħid il-Papa, tibqa' tagħmel minn kollox sabiex teżisti. Irridu verament niddeċiedu biex nimbarkaw fuq missjoni. Ilna wisq ngħidu b'evanġelizzazzjoni u ri-evanġelizzazzjoni, tant li saret klixé." Hu sostna li "b'missjoni jeħtieġ li nifhmu li rridu niftħu l-bibien beraħ. Ma nistgħux li b'daqqa ta' pinna jew daqqa ta' frosta, li kultant insejħulha duttrina, linnies ġenwini ngħidulhom 'inti ma tistax titqarben' u 'inti għandek sitwazzjoni irregolari'." "Li żwieġ ifalli ma jfissirx li n-nies huma falluti," qal Dun René. "Jien neżisti bħala qassis biex min għadda minn trawma f 'ħajtu ngħinu u nsostnieh. Għaldaqstant, lil dawn in-nies jien ma nistax ngħidilhom oqogħdu hemm barra fuq l-għatba." Spiċċa ż-żmien li niġġudikaw lill- persuni omosesswali Dwar il-persuni omosesswali, Dun René Camilleri jgħid li l-Knisja ma tistax tibqa' tifhem is-sesswalità kif dejjem għamlet. "Is-sesswalità dejjem irbatniha b'mod definittiv mal-prokreazzjoni. Dan il-qafas ta' ħsieb qiegħed jaqfilna, jagħlaqna u wassalna għal ġudizzji storiċi dwar l-omosesswali." Il-lekċerer fil-Fakultà tat-Teoloġija qal li l-omosesswali huma nies komuni bħalna. "Spiċċa ż-żmien li noqogħdu niġġudikaw u naraw jekk l-omosesswalità hiex naturali jew le. Irridu nħarsu lejn il-bniedem. Il-Knisja trid tpoġġi lillbniedem fiċ-ċentru tagħha." "Li żwieġ ifalli ma jfissirx li n-nies huma falluti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013