Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
12 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 'Il-Knisja trid tpoġġi li D un René Camilleri huwa magħruf għall-ideat partikolari li joħroġ bihom u l-fatt li dejjem tkellem b'mod miftuħ. Qatt ma beża' jesprimi l-opinjoni tiegħu li xi minn daqqiet saħansitra tikkuntrasta ħafna malħsieb tal-bqija tal-membri tal-kleru f 'pajjiżna. F'intervista mal-gazzetta ILLUM, Dun Camilleri tkellem dwar l-irwol tal-mara fil-Knisja Kattolika, l-omosesswalità, il-klerikaliżmu u l-lajċi, l-effetti tar-referendum dwar l-introduzzjoni tad-divorzju, issaċerdozju u ż-żwieġ, u jekk il-Knisja għadhiex tappella għaż-żgħażagħ. Dwar jekk wasalx iż-żmien għal konċilju ieħor, hu qal li r-ritmu li kienet timxi bih il-Knisja fil-passat, fejn isir konċilju kull 200 jew 300 sena, m'għadux jagħmel sens. "50 sena llum huma 500 sena ta' żmien ilu." Għaldaqstant, Dun René sostna li llum il-ġurnata l-Knisja Kattolika trid issib ritmu differenti u strutturi oħrajn ta' tmexxija. Evangelii Gaudium - Stimolu qawwi ħafna fil-Knisja Dun René Camilleri qal li għalih l-iktar ħaġa ta' tifsira hu l-fatt li Papa Franġisku stess jafferma li dan hu d-dokument programmatiku tiegħu. "Wara xhur jitkellem fuq suġġetti varji, issa kien wasal iż-żmien li dak li qal jiktbu fi programm. Papa Franġisku mhuwiex jitkellem filfieraħ, lanqas jirreċta u żgur mhux qed joħloq xi aspettattivi għolja ħafna li mbagħad ikunu bużżieqa tas-sapun. Ir-raġel jidher li għandu programm, speċjalment meta wieħed jara kif miexi u anke janalizza ċerta deċiżjonijiet li diġà bdew jittieħdu." In-nisa fil-Knisja mhumiex tat-tieni klassi "Żgur li mhumiex tat-tieni klassi, għaliex il-qassisin mhumiex tal-ewwel klassi. Forsi kien hemm mument fejn konna naħsbu hekk, imma mhumiex. Jiena jiddispjaċini meta l-irwol tal-mara fil-Knisja nirriduċuh biss fid-dibattitu jekk għandhomx isiru qassisin jew le. L-opinjoni personali tiegħi hi li m'għandux ikun hemm diffikultajiet biex in-nisa jsiru qassisin." Dun Camilleri qal li l-Knisja qed tinsisti l-kontra u dan il-Papa reġa' Dun René Camilleri dwar l-irwol tal-mara, l-omosesswali u jekk il-qassisin għandhomx jiżżewġu Jerome Caruana Cilia jccilia@mediatoday.com.mt affermah fl-eżortazzjoni appostolika Evangelii Gaudium. Hu enfasizza li l-Knisja m'għandiex teħel ma' din ilkwistjoni. Għaldaqstant, hemm bżonn studju serju dwar l-irwol tal-mara fil-Knisja Kattolika. "Sar ħafna imma għad fadal x'naqdfu. Jekk tara l-Parlament tagħna kif inhu mqassam bejn irġiel u nisa, u jekk tara ċ-chairpersons tal-bordijiet tal-Gvern... issib l-istess problema. Jiena ngħid li l-Knisja qed tirrifletti dak li qed jiġri fil-kultura u s-soċjetà. Bla ebda dubju, il-Knisja għadha trid tagħmel ix-xogħol tagħha f 'dan ilqasam." F'ħafna aspetti l-Knisja m'għadhiex tappella għaż-żgħażagħ It-teologu Dun René Camilleri qal li f 'ħafna aspetti l-Knisja m'għadhiex tappella għaż-żgħażagħ. Hu sostna li l-Knisja ma tappellax għalihom fil-mod kif tiċċelebra l-liturġija, kif isiru l-affarijiet u kif inhuma l-knejjes tagħna. "Irridu nammettu wkoll li qed jinħolqu ħafna spazji fejn iż-żgħażagħ qegħdin imorru. Spazji fi ħdan l-istess Knisja fejn tara żgħażagħ li qed jiġu f 'konnessjoni mar-reliġjon u malispiritwalità, u xi kultant iħossuhom iktar komdi jirrelataw ma' reliġjon li ma jkunx il-prodott li qed tbigħ ilKnisja. Ċertament, għandna kwistjoni serja ta' marketing. Jekk ir-reliġjon ser nibqgħu nbigħuha kif qed nagħmlu, aħna ser niġu irrilevanti." Qassisin jiżżewġu: "never say never" "Fil-Knisja wieħed mill-prinċipji li għamlilna l-ħsara huwa meta aħna ppruvajna niffossillizzaw kollox. Jien ngħid li għall-Knisja tgħodd ukoll ilfrażi never say never." Hu qal li matul iż-żmien, il-Knisja Kattolika għamlet anke U-turns fejn tidħol l-immaġini tagħha. "Madankollu, dawn żgur li mhumiex il-kwistjonijiet prijoritarji," sostna Dun Camilleri. "M'għandux ikun hemm diffikultajiet sabiex in-nisa jsiru qassisin" "Il-lajċi ma nistgħux nagħmluhom abbatini kbar" Id-delegat tal-Arċisqof għall-Katekeżi qal li xi darba l-lajċi kienu l-lunga manus tas-saċerdot, jiġifieri jidħlu fejn il-qassis ma jistax jasal. "Iżda din il-mentalità nbidlet ħafna. Il-pass li jmiss huwa li niddeklerikalizzaw il-Knisja. Dan għaliex lil-lajċi ma nistgħux nippromovuhom biss sabiex nagħtuhom ċerta funzjonijiet li jagħmluhom qishom abbatini kbar." Dun René fisser kif meta l-Knisja kienet qed toħlom fuq l-irwol tal-lajċi madwar 200 sena ilu, id-diskors kien iżjed marbut ma' impenn politiku u soċjali, li jwassal għall-Bini tas-Saltna ta' Alla fostna. "Is-sitwazzjoni tal-kleru Malti mhix sabiħa" "Meta nitkellmu dwar il-lajċi nsara, ma nkunux qed nirreferu biss għal dawk li jqarbnu l-morda u fil-knisja jew li jgħallmu l-katekiżmu. Iżda qed nirreferu għal dawk li l-Kardinal Newman fis-seklu 19 sejħilhom bħala adulti kkulturati u edukati fil-fidi u allura li huma kapaċi jimpenjaw ruħhom sabiex jipproġettaw il-fidi nisranija fis-soċjetà. Dawk huma l-lajċi u l-Knisja hemm trid timmira, għax jekk le, ser nibqgħu noħolqu klerikaliżmu ġdid u nispiċċaw b'nies li jkunu l-ħin kollu ma' djulna iżda sempliċiment ma sarux qassisin." "Is-sitwazzjoni tal-kleru Malti mhix sabiħa" Dun René Camilleri jaqbel li jsiru d-djakni permanenti. Hu qal li l-Arċisqof Pawlu Cremona kien waqqaf kummissjoni li għamlet xogħolha u lestiet rapport. "Iżda wara ma smajna xejn fuq hekk. Niżbaljaw jekk bħala Knisja naqbdu d-diskors dwar id-djakni permanenti u npoġġuh ma' dak dwar il-klerikaliżmu u l-lajċi glorifikati. Dan m'għandux ikun għaliex id-Djakonat Permanenti huwa ministeru apparti. Is-sitwazzjoni tal-kleru Malti mhix sabiħa u dan minkejja li f 'termini ta' numri huwa sostanzjali u tajjeb. Dan għaliex ilkleru Malti huwa dak li hu. Dak kollu li jgħid Papa Franġisku fl-Evangelii Gaudium dwar il-kleru: il-ministeru tal-qassis, l-omeliji, il-kapaċità tal-predikazzjoni u l-kapaċità li nipproġettaw il-kristjaneżmu bħala vitalità u ferment, qed inbatu ħafna minnu aħna." Inti li tgħix mal-Arċisqof Pawlu Cremona, kif tħossok bil-fatt li f'ċertu kwistjonijiet ma taqbilx miegħu? "Aħna ma niġġildux u ma noqogħdux niddiskutu ċertu kwistjonijiet id-dar. Dan għaliex barra li ngħix f 'Ħ'Attard mal-Arċisqof, jien qiegħed fi strutturi oħrajn tal-Knisja u hemmhekk huwa l-post fejn niddiskuti mal-Arċisqof. Id-dibattitu hemm irid isir. Barra minn hekk, ma jfissirx li biex tgħix ma' dak li jkun trid taqbel miegħu f 'kollox." Dun René Camilleri qal li ħafna drabi lanqas biss jaraw lil xulxin għaliex ikollhom bosta impenji differenti. Minkejja f 'dan, huwa sostna li l-ambjent fid-dar tal-Arċisqof huwa wieħed rilassat. Il-Knisja hi vuċi fost ħafna oħrajn Dun Camilleri spjega kif irreferendum tad-divorzju kellu effett negattiv fuq il-Knisja. "Ħafna nies li huma attivi u li jħobbu l-Knisja rrealizzaw li l-Knisja Kattolika llum hi stakeholder fis-soċjetà. Dan ifisser li anke f 'temi ta' natura dottrinali, l-Knisja trid toqgħod attenta għal mod kif tipproġetta lilha nnifisha u kif tispjega t-tagħlim tagħha. Il-Knisja hi vuċi fost ħafna oħrajn. Din hi soċjetà li qed tiddiskuti u tiddibatti u mhux ser taċċetta li xi ħadd – inkluż il-Knisja - li jidħol f 'dibattitu biex jgħallem jew biex iwaqqaf id-diskussjoni." L-Isqof Scicluna u l-kumment dwar iċ-ċittadinanza Il-delegat tal-Arċisqof għall-katekeżi qal li l-qassisin huma ċittadini normali u bħal kulħadd għandhom iħossuhom liberi li jipparteċipaw f 'dibattitu li jkun għaddej fil-pajjiż. Madankollu, f 'dibattitu purament ta' natura ċivika li jista' jieħu bixra partiġġjana, issaċerdot għandu jkun kawt għaliex b'hekk tiżdied ir-responsabbiltà fuq dak li jgħid. "Jekk l-Isqof Scicluna deherlu li għandu jagħmel kumment dwar il-kwistjoni taċ-ċittadinanza, għaliex le? Iżda ovvjament hu nzerta Isqof u allura dellu huwa itqal. Iżjed ma titla' fil-grad, iżjed għandek iġġorr responsabbiltà ta' dak li tgħid." Manutenzjoni jew missjoni? Dun René Camilleri spjega kif