Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
turi tal-Ħajja Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 11 dità u trid tgħin lil min qed ibati le. Hu l-imħallef jew ilġurati li jiġġudikaw. Xogħol l-avukat hu li jsib u jipprova l-innoċenza tal-klijent tiegħu." Iżda Lara qaltli li fil-qorti tal-familja tħossha komda ħafna għax hemm issib ħafna emozzjonijiet u tħossha qed taħdem biex ibatu mill-inqas it-tfal għax f 'dawn il-każijiet ħafna drabi t-tfal jisfaw vittmi. "Kienet għażla tiegħi li nidħol fix-xogħol tal-qorti tal-familja. Għax inħossni li nkun ħafna ta' għajnuna għal proxxmu u jikkuntrasta ħafna mal-karattru tiegħi." Ilprofessjoni ġieli twassal ukoll li l-avukat ikollu jiddefendi dak li jkun il-perpetratur anke fil-qorti tal-familja, għalkemm f 'kull każ wieħed irid dejjem jisma' ż-żewġt iqniepen, iżda Lara qaltli li hi ma tilgħabx fejn jidħlu t-tfal. "Hu dmiri li niġbed l-attenzjoni jekk xi ħadd ikun qed jilgħab bil-moħħ tat-tfal." Tkellimna wkoll dwar l-irwoli tal-avukat inġenerali fejn wieħed irid jifhem li avukat hu bniedem uman li wkoll għandu l-emozzjonijiet tiegħu għalkemm irid jitgħallem ma jħallix l-emozzjonijiet jgħelbuh u jitgħallem ma jiġġudikax. "Kien hemm xi ftit każi fejn ħassejt li ma nistax ngħin lil klijent biżżejjed u rrinunzjajt li nieħu l-każ" qalet Lara. Ix-xogħol fil-qorti talfamilja laqqagħha ma' każi li jkexkxuk. Ma' każi fejn ir-raġel jaqlagħha tajjeb, iżda lil martu jagħtiha madwar €60 fil-ġimgħa biex tgħajjex familja sħiħa filwaqt li hu jsiefer u jiġri b'karrozza ta' lussu. Każi fejn l-omm tispiċċa tagħmel id-dejn ma' tal-grocer biex forsi tixtri ftit butir biex tagħmel il-lunch tat-tfal. Għax mill-flus li jagħti lil martu trid tixtrilu l-aqwa laħam lilu. Jekk ma jirnexxilix tkampa bihom ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Din il-professjoni laqqgħetha ma' każi li tfal adoloxxenti jqattgħu lilhom infushom bix-xfafar, jew jibilgħu pilloli għax ma jkunux jifilħu iżjed jaraw lil ommhom tissawwat, hemm każi li anke t-tfal jispiċċaw isawtu l-ommhom. Iltaqgħet ma' każi fejn ir-raġel iċempel Lara Dimitrijevic avukat fil-qasam tal-familja lil martu biex tistennieh fis-sodda u tkun lesta għalih għax miskina hi jekk ma tagħmilx li jgħidilha. Insomma ħafna u ħafna każi li ħallewni bla kliem tant li l-kafè li kelli quddiemi kesaħli. Dan kollu wassal lil Lara biex madwar sena ilu ddeċidiet li toħloq fondazzjoni biex tgħin lil dawn in-nisa joħorġu minn dawn is-sitwazzjonijiet. Staqsejtha għaliex fondazzjoni għad-drittijiet tan-nisa u mhux tal-irġiel ukoll. Pront weġbitni : "Għax il-każijiet li ltqajt magħhom u l-istatistika nnifisha juru li n-nisa huma aktar vittmi mill-irġiel. Għax għandna soċjetà patrijarka. Fil-maġġoranza tas-sitwazzjonijiet r-raġel hu l-Kap tal-familja, jaħdem hu biss, iġib il-flus hu biss u għalhekk ikollu kontroll assolut tal-familja. Jippretendi li jkollu drittijiet aktar mill-mara għax hu jaqla' l-ħobża ta' kuljum. Nemmen li hawn irġiel imsawta iżda l-mara hi aktar vulnerabbli." Iżda wieħed irid jifhem li hawn nisa li joqogħdu għal kollox għax iħossuhom komdi finanzjarjament. "Iva naqbel miegħek għax donnu hawn Malta hawn gender laws. Hemm nisa li jaċċettaw li huma qegħdin hemm biex irabbu l-familja u jekk jaħdmu jagħmlu dan bħala part time. Din qed iġibuha n-nisa stess fuqhom għax iħossu li l-omm hi aktar importanti għat-tfal, li huma jaħslu aħjar u jsajru aħjar. Din sfortunatament hi l-kultura tagħna." Il-fondazzjoni ġiet mnedija uffiċjalment xahar ilu fejn taħdem fuq erba' binarji. Ilvjolenza domestika, l-abbuż sesswali, it-traffikar tan-nisa u diskriminazzjoni tas-sessi. Dwar il-vjolenza domestika Lara qalet li teżisti ħafna f 'pajjiżna u l-maġġoranza ma jitkellmux. Il-vjolenza psikoloġika, verbali u emozzjonali hi wkoll vjolenza. "Għax ħafna drabi l-vittma tibda temmen dak li jkun qed jgħajjarha r-raġel biha u tibda taċċetta t-tort. Tbenġila tfieq, hi d-daqqa li tfarrak il-persuna u mhux ittbenġila li tħalli d-daqqa." Lara tkellmet ukoll dwar l-abbuż sesswali li qalet li hawn ħafna każijiet anke għal dawk li jkunu f 'relazzjoni li r-raġel jġegħelhom jagħmlu miegħu bilfors "u dan hu stupru." "Qed ninsistu biex il-Gvern jagħmel minn kollox ħalli l-vittmi jiġu rappreżentati awtomatikament mill-qorti. Għax s'issa l-akkużat jingħata għajnuna legali mill-Gvern u l-vittma ma jkollhiex għajnuna." Kien f 'dan il-ħin li għidtilha li fil-programm li nippreżenta jien fuq stazzjon televiżiv ONE Breakfast kelli mistieden is-Segretarju Parlamentari Owen Bonnici li ħabbar li se tgħaddi liġi li l-vittmi jkollhom għajnuniet legali. U hawn Lara għajnejha xegħlu fejn qaltli li se tiskopri iżjed dwar din il-wegħda tas-Segretarju Parlamentari tal-ġustizzja. Tkellimna wkoll dwar ittraffikkar tan-nisa fejn qaltli li traffikar tan-nisa Maltin ma jidhirx li hawn iżda ta' rġiel Maltin li jitraffikaw nisa barranin għal skopijiet ta' sess hawn u l-fondazzjoni qiegħda hemm għalihom wkoll. "Ma jissemmewx wisq għax m'għadhomx maħqura bħalma kienu qabel iżda jikkontrollawhom u jgħalqu ħalqhom." Dwar id-diskriminazzjoni tas-sessi qaltli li dik hawn kemm trid fejn nisa ma jingħatawx xogħol minħabba l-leave tal-maternità, promozzjonijiet jingħataw lill-irġiel u mhux lin-nisa u hawn fejn nisa jitħallsu inqas mill-irġiel avolja jaħdmu l-istess xogħol. Iżda l-fondazzjoni x'tagħmel f 'dawn il-każi, x'inhu eżatt xogħol ilfondazzjoni? "L-għan tagħna hu li nipprovdu l-informazzjoni legali dwar dawn id-drittijiet b'xejn. Fejn ikun hemm nisa bla ċenteżmu għax ir-raġel jirrikattaha u jħalliha bla flus nagħtuhom għajnuna legali inizjali b'xejn u nitilgħu magħha meta tixhed." Lara qaltli li dan kollu ma tagħmlux għal xi qliegħ iżda għax tieħu sodisfazzjon kbir meta quddiemha jkollha mara li tħoss li d-dinja hi kontriha u hi twassalha biex tieħu dak li ħaqqha. "Ġieli bkejt meta nara mara li tant tkun batiet u meta tqum fuq tagħha naralha tbissima fuq fommha. U għalhekk qed nagħmel dan li qed nagħmel għax jien ma jien nieqsa minn xejn u nħoss inġustizzja li hawn nies li tant qed ibatu. Jien ma' dawn in-nies inħossni li jien psikologu, ħabiba u social worker." Din l-avukat li ħajjitha għamlitha missjoni biex tgħin lil dawn l-imsejkna, li jgħixu mwerwra f 'darhom qalti li kien hemm rispons tajjeb ħafna għal din ilfondazzjoni fejn ħafna nies offrew b'mod volontarju li jgħinu fejn hemm avukati, social workers, psikologi u fosthom hemm irġiel. "Anke vittmi ġejjin u dejjem jitfaċċaw. U dan jagħmilli kuraġġ għax inħossni li flimkien qed ngħinu lil ħafna biex joħorġu minn qoxrithom. Hemm oħrajn li qed isibuna u jitolbuna pariri b'mod anonimu mingħajr ma jgħidulna fejn jgħixu għax jibżgħu jitkellmu għax jiġu msawta. Irrid inwassal messaġġ qawwi biex in-nisa li qed ibatu inġustizzji joħorġu minn hemm. Għax hawn min jista' jgħinhom. Irriduhom jiddeċiedu ħalli jqumu fuq saqajhom. Fil-fondazzjoni sibna eks vittmi li wkoll qed jgħinu." Ta' min jammira lil din l-avukat żagħżugħa li tant qed tagħti biex tgħin nisa li tneżżgħu mid-dinjità tagħhom u Lara bħal gladjatur lesta tiġġieled għal dawk li huma inqas ixxurtjati minnha. Dawk kollha li jixtiequ xi għajnuna mingħand din il-fondazzjoni jistgħu jew jidħlu fil-Facebook: Women's Rights Foundation, inkella jiktbu email fuq womensrightsfoundation@ gmail.com. Nawguraw lil Lara u l-fondazzjoni tagħha li jispiċċaw bla xogħol meta ma jkunx baqa' nisa li jsofru inġustizzji grazzi għaxxogħol fejjiedi li qed tagħmel din il-fondazzjoni.