Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 MEDIASPOT MINN MARIO AZZOPARDI Infiq għall-Milied HEKK kif id-dipartimenti l-kbar ikomplu jiffullaw għall-aħħar tentattiv biex il-konsumaturi jilħqu r-rigali li jixtiequ jixtru għall-Milied, l-aħbar finanzjarja ewlenija fuq il-mezzi tax-xandir hi li l-Awstraljani mistennija jonfqu 40 biljun dollaru fis-sitt ġimgħat ta' qabel il-Milied. Dan hu l-akbar infiq mill-aħħar kriżi finanzjarja globali sa issa. L-akbar infiq għallMilied mistenni jkun fuq affarijiet tal-merċa, takeaways u alkoħol, li b'kollox se jlaħħqu 20.2. biljun dollaru. Il-bqija sejrin fuq oġġetti bħarrigali u ħwejjeġ oħra li mhumiex ta' neċessità. Kull persuna fl-Awstralja se tkun qed tonfoq mal2500 dollaru fi żmien il-Milied. Il-mezzi tax-xandir bdiet ukoll kampanja dwar paġni sħaħ ta' riċetti minn koki famużi, it-tip ta' Jamie Olivier, biex jissuġġerixxu ikel natalizju mill-Mediterran, fejn hemm tradizzjoni qawwija ta' ikel tradizzjonali għal dawn il-festi. L-esperti finanzjarji talGvern Liberali preżenti qed jgħidu li dan l-infiq bittaxxi konnessi miegħu, se jgħin mhux ftit biex jitjiebu s-servizzi fil-komunità. Iżda fl-istess waqt, il-Gvern ta' Abbott ħassar pjanijiet biex tkun kostruwita heliopad ta' emerġenza fuq l-isptar tattfal tar-Royal Melbourne. Forsi mhux ta' b'xejn li fil-ktieb tal-ġurnalista Laurie Oakes, Remarkble Times, (dwar l-aħħar tliet leġislaturi parlamentari), hemm rekordjat kif wieħed mill-parlamentari jgħid li jħossu "maħmuġ" iservi filDOWNLOAD THE MALTATODAY APP NOW Kamra tar-Rappreżentanti. PAUL FENECH U S-SERJE PIZZA Għall-istaġun tal-Milied il-mezzi tax-xandir Awstraljana toħroġ bosta sensiliet komiċi u parodiċi. Bħalissa għaddejja sensiela bis-sehem tal-attriċi Rebel Wilson li madwar għaxar snin ilu kienet għamlet id-debutt tagħha fl-episodji Pizza, miktubin u diretti minn Paul Fenech, iben il-President tal-Kunsill tal-Komunità Maltija ta' New South Wales. Rebel hi llum fost l-aktar attriċi komiċi popolari fl-Awstralja u Fenech baqa' tiela' b'mod astronomiku fil-karriera tiegħu bħala attur, awtur u reġista. L-ewwel xogħol tiegħu għat-televiżjoni, mixtri mill-SBS, kien ibbażat, sewwasew, fuq l-esperjenzi tiegħu bħala delivery boy tal-pizza. Min-naħa tagħha, Rebel hi dejjem fl-aħbarijiet minħabba l-kontroversji li toħloq. F'dawn il-ġranet kienet imblukkata fuq stazzjon tar-radju f 'Las Vegas wara ċajt goff li għamlet fuq it-"twerking", stil ġdid ta' żfin b'element erotiku qawwi u li jinvolvi l-parti posterjuri tal-ġisem. Sadanittant, wieħed mill-istazzjonijiet tat-tv kummerċjali fil-Victoria ħoloq parodija dwar John Lennon u Yoko Ono , fiż-żmien tal-kampanja tagħhom favur il-paċi. Yoko, li fil-parodija tidher ma Lennon fis-sodda, għandha żżur l-Awstralja dan ix-xahar għal programm ta' kreattività interattiva li tinvolvi l-familji, u l-aktar lit-tfal. FILM DWAR JULIA GILLARD Waħda mill-aħbarijiet li f 'dawn il-ġranet laqtet lid-dinja tal-ispettaklu hi li l-attriċi Rachel Griffiths se taħdem il-parti tal-eks Prim Ministru Laburista Julia Gillard għall-Melbourne TV. Ix-xogħol hu bbażat fuq il-ktieb biografiku The Stalking of Julia Gillard ta' Kerry Anne Walsh. Il- YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt produzzjoni qed titħalla f 'idejn Richard Keddie, magħruf għall-biodrammi tiegħu. Il-produzzjoni se tintraċċa kif telgħet fil-poter u kif twaqqgħet Gillard, salqawmien mill-ġdid ta' Kevin Rudd. Griffith qalet li tinsab eċitata ħafna li se tinterpreta l-karattru tal-ewwel prim ministru mara Awstraljana u tesplora l-aspetti privati tat-termini li għamlet fil-politika. Ilfilm se jibda jinġibed aktar tard din is-sena. TFAL ABBUŻATI SESSWALMENT F'liġi ġdida li l-Parlament Awtsraljan qed jirrakkomanda, saċerdoti li ma jirrappurtawx lil sħabhom qassisin b'abbuż tat-tfal, se jibdew jiffaċċaw l-istess akkużi ta' sħabhom, b'pieni ta' ħabs. Il-liġi l-ġdida hi r-riżultat tal-investigazzjoani parlamentari (ippreżentata l-ġimgħa li għaddiet) dwar kif organizzazzjonijiet reliġjużi Kattoliċi mmanuvraw fejn jidħlu l-abbużi. Minn issa 'l quddiem se tkun offiża kriminali li ministri reliġjużi ma jirrappurtawx abbużi fiżiċi jew sesswali fuq it-tfal kommessi minn membri oħra tal-kleru. Sadanittant, il-Knisja Kattolika qed tintalab tħallas miljuni kbar f 'kumpens għall-vittmi tal-abbuż sesswali, filwaqt li l-Gvern Federali alloka 650 miljun dollaru fl-aħħar tliet baġits biex jipproteġi tfal vulnerabbli. Iżda minkejja dawn ilmovimenti, il-Knisja għadha qed tħallas "somom enormi" lill-avukati tagħha biex jipproteġu u jiddefendu lill-pedofili. ŻEWG LINGWI FIDDIMENZJA Forsi spekulazzjoni u forsi le. Imma studju pubblikat fir-rivista Amerikana Neurology ħabbar li hemm effetti pożittivi jekk persuna titkellem żewġ lingwi, speċjalment jekk ikunu "illiterata." Ir-riċerkaturi studjaw l-effetti protettivi tal-bilingwaliżmu u sabu li dawk b'żewġ lingwi (f 'età medja ta' 66) żviluppaw sinjali ta' dimenzja erba' snin u nofs wara l-oħrajn. Bejn Mande TONI ABELA L oġika. L-akbar problema talminoranzi hija dik li ma jkunux esklużi mis-soċjetà. Din kienet il-problema sa ftit ilu ta' dawk li ma setgħux jerġgħu jiżżewġu. Din kienet ilproblema sa ftit ilu ta' dawk il-koppji omosesswali. Din kienet u għada l-problema ta' ħafna minoranzi fis-soċjetà. Ħafna drabi naqgħu fin-nassa li nirriduċu d-demokrazija għallkwistjoni ta' numru. Huwa żball. Id-demokrazija ma taħdimx hekk. L-eżempju dak li ġara fil-Kroazja ftit tal-jiem ilu. Sar referendum dwar unjoni ċivili talomosesswali. Intrebaħ minn dawk li kienu kontra għaliex ovvju li kienu filmaġġoranza. F'Malta tajna dan iddritt mingħjar referendum li mhux dejjem huwa l-espressjoni massima taddemokrazija. Allaħares ma ġarax hekk għaliex jiena m'għandi ebda dubju li kieku r-riżultat kien ikun simili għal dak tal-Kroazja. Aktar ċpar fuq F'MARZU li għadda, kont ktibt artiklu f 'dan il-ġurnal bit-titlu "Ċpar fuq l-Italja". Minn Marzu 'l hawn, iċċpar ftit li xejn naqas, anzi pjuttost żdied. Ir-riżultat ta' l-aħħar elezzjonijiet fi Frar li għadda ħalla lill-Italja f 'inċertezza kbira. Il-Partit Demokratiku ġab l-akbar ammont ta' voti imma minħabba l-istramberiji tas-sistema elettorali Taljana, ir-riżultat ittraduċa ruħu b'mod differenti fiż-żewġt ikmamar tal-parlament taljan. Is-sistema elettorali taljana kienet inbidlet fl-1993 sabiex tevita l-instabilità ta' l-hekk imsejħa "l-ewwel repubblika" fejn is-sistema proporzjonali kienet tassigura illi kienu jitilgħu ħafna partiti fil-Parlament Taljan u konsegwentement, gvernijiet dgħajfa u instabbilità kostanti. Ir-riforma elettorali tal-1993 saret biex tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta' koalizzjoni ta' partiti bit-tama li jkun hemm alternanza fil-poter u 75% tas-siġġijiet kienu jintgħażlu skond min iġib l-aktar voti fil-kostitwenza mentri l-kumplament tassiġġijiet kienu jitqassmu b'mod proporzjonali. Din il-liġi elettorali, imlaqqma l-Mattarellum minħabba li ġiet proposta minn Sergio Mattarella, inbidlet mill-gvern ta' Silvio Berlusconi fl-2005. Berlusconi kien qed jantiċipa illi l-koalizzjoni taċ-ċentruxellug ta' Romano Prodi kien ser ikollha rebħa kbira flelezzjoni tal-2006 u faqqas liġi elettorali ġdida illi l-idejatur tagħha stess, is-senatur JOE ELLIS Roberto Calderoli, laqqamha "una porcata". B'hekk, tissejjaħ "il porcellum". Il-"porcellum" saret biex tassigura gvernijiet instabbli. Mentri fil-kamra tad-deputati il-koalizzjoni li ġġib maġġoranza relattiva tal-voti hija assigurata 340 siġġu anke jekk ma tkunx ġabet voti biżżejjed, fis-Senat, l-hekk imsejjaħ premju ta' maġġoranza jaħdem b'mod differenti. F'kull reġjun, koalizzjoni trid tiġbor ta' l-anqas 20% tal-voti biex itella' siġġu u min iġib maġġoranza sempliċi talvoti, jieħu 55% tas-siġġijiet f 'kull reġjun. Ir-riżultat ta' din is-sistema elettorali kumplessa hu illi għalkemm min iġib maġġoranza sempliċi fil-kamra tad-deputati hu assigurat b'maġġoranza ċara, fis-Senat ir-riżultat jista' jkun ferm inċert sakemm il-koalizzjoni rebbieħa ma taffermax ruħha b'mod konvinċenti. Karatteristika oħra negattiva ta' din il-liġi elettorali hi li l-votanti qajla jistgħu jagħżlu lil min itellgħu fil-Parlament. Il-voti jingħataw listi elettorali differenti u d-deputati u

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013