Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 17 Ittri L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 400 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email illum@mediatoday.com.mt Referendum wara Mandat Elettorali? MICHAEL CAMILLERI BIRKIRKARA F'DEMOKRAZIJA parlamentari Gvern għandu dmir li jmexxi skond qafas ta' programm li tkun approvatlu l-maġġoranza tal-elettorat. Apparti xi eċċezzjoni ta' sigurtà nazzjonali bħal ta' xi alleanza militari fejn ilpoplu aktarx li jiddeċiedi direttament f 'referendum, l-eżekuzzjoni tad-dettalji tal-programm elettorali hi dejjem il-prerogattiva talGvern, u parti mix-xogħol tiegħu minn ġurnata għalloħra, matul leġiżlatura. Sfortunatament f 'Malta għad ma lħaqniex dan il-livell ta' demokrazija. Għandna partit li ma jridx jindem missagrileġġi amministrattivi, li għalihom il-poplu tah l-akbar tkaxkira elettorali fl-istorja. Baqa' ma jridx jaċċetta li l-Gvern ġdid Laburista għadu kif ingħata mandat qawwi popolari, biex flok il-politika Nazzjonalista ta' djun kbar u awsterità ħarxa, jimplimenta s-sistema li wiegħed tattkabbir tal-ekonomija għattisħiħ tal-ġustizzja soċjali bis-sostenn tal-welfare state. Il-Gvern għandu obbligu gravi li bil-metodi tiegħu jmexxi l-pajjiż f 'dik iddirezzjoni. Bl-istess loġika, l-Oppożizzjoni obbligata li tippreżenta l-ideat alternattivi li jista' jkollha, fil-limitu minoritarju li assenjalha l-poplu. Diżgrazzjatament l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ma tosservax dawn in-normi demokratiċi. II-PN dara li għal żmien twil jiddetta politika kontroversjali talklikka, tant li anke insolentana meta impona gvern ta' minoranza. Issa jrid jibqa' jimponi r-rieda tiegħu fuq ilpajjiż anke mill-Oppożizzjoni, minkejja li ġie sfiduċjat b'tant qilla mill-poplu. Jaħseb li dan jista' jkompli jagħmlu blappoġġ klandestin li dejjem gawda fl-uffiċċji għolja taċ-ċivil, u bil-koperazzjoni kkundizzjonata tal-alleanzi misturi tradizzjonali. Għalhekk f 'disa' xhur fl-Oppożizzjoni, tal-PN għadhom ma qablu ma' ebda proposta jew miżura li ressaq il-Gvern. Minkejja li tilef ħafna mill-appoġġ klandestin li din id-darba spiċċa demoralizzat bid-disfatta elettorali, il-PN qed jaqbad ma' ftietaq biex iżomm tferfer il-preżenza umiljanti tiegħu fil-parlament. Tassew esaġerat hu l-plejtu li qed jagħmel fuq l-iskema 'Ċittadinanza b'lnvestiment' Fedeltà lejn il-manifest u l-eletturi S. DEBONO ĦAL KIRKOP FIL-MANIFEST elettorali tal-Partit Laburista mkien m'hemm imsemmi li jekk il-Moviment Laburista jġib il-maġġoranza u jkun fil-Gvern se jagħmel liġi għal 'żwieġ' tal-omosesswali iżda jsemmiha 'civil union'. Il-kliem kien ċar u issa l-liġi li se tgħaddi mill-Parlament għandha wkoll tkun ċara. Fil-pajjiż, fis-soċjetà u filleġiżlazzjoni dejjem għandu jkun hemm iċ-checks and balances. Jekk tnejn tal-istess ġeneru jridu jgħixu flimkien ħa jkollhom id-drittijiet tagħhom bħala magħqudin ċivilment iżda la darba mhumiex raġel u mara l-għaqda tagħhom la għandha tissejjaħ żwieġ u lanqas tkun f 'kollox bħażżwieġ. Sewwa jgħid il-qawl: Mis-subgħa jieħdu l-id. Ma naħsibx li jkun ġust li lil tant eletturi, li minkejja li kellhom ir-riservi dwar din il-minoranza, aċċettaw li jkollhom unjoni ċivili, issa jiġu sfurzati li jaċċettaw li fil-pajjiż ikun hawn żwieġ f 'kollox barra l-isem għal tal-istess ġeneru. Jekk kienet l-intenzjoni li tgħaddi liġi ta' żwieġ tal-omosesswali jmissha ssemmiet fil-manifest elettorali Laburista. La darba ż-żwieġ tal-omosesswali ma ssemmiex, f 'din il-legiżlatura m'għandhiex issir liġi. Dan il-punt qed jurta lil ħafna li mhumiex isemmgħu leħinhom għax minkejja l-paroli sabiħ ta' tolleranza kważi wasalna f 'punt fejn dawk l-iżjed numerużi ta' ċerta fehma jiddejqu, joqogħdu lura u ħafna jibżgħu jsemmgħu leħinhom għax jiġu intimidati. Kif ippruvaw jintimidaw lili billi f 'ittra anonima binnom de plume. Semmew ismi disa' darbiet flok inġabu argumenti kontra dak li għidt jien. Minn hawn diġà wieħed jista' jinduna li hawn sezzjoni li, trid drittijiet għaliha, iżda lil ħaddieħor trid tagħlaqlu ħalqu. U din il-manuvra diġà saret ukoll lil persuni oħra li flimgħoddi wkoll urew il-fehma tagħhom fuq dan is-suġġett billi jippruvaw iwaqqgħuhom għaż-żufjett anke f 'ġurnal ta' kull ġimgħa bl-Ingliż. Libertà bla regoli tissejjaħ ġungla. Apprezzament għall-Monsinjur Anton Gauci NOEL FORMOSA SAN LAWRENZ KONT nafu bħala l-Mons, kif kien jafu kulħadd ġewwa Għawdex. Inħossni nonqos bħala Għawdxi li ma nsellimx dan ilpersonaġġ li ser iħalli vojt fi gżiritna. Vojt f 'diversi aspetti, fl-aspett reliġjuż, edukattiv, kulturali, soċjali, letterarju imma fuq kollox fl-irġulija. Taqbel jew ma taqbilx mal-ħsibijiet tiegħu, Mons Anton Gauci dejjem kien leali għal dak li emmen fih u wrieh pubblikament speċjalment bil-kitba u l-prietki tiegħu. Dan huwa valur li fl-opinjoni tiegħi għandu jkun rikonoxxut u apprezzat. Mons. Anton Gauci huwa wieħed minn tliet aħwa oħra saċerdoti, li jfakkruni ħafna fil-familja Portelli YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt minn San Lawrenz li kienu ħames aħwa saċerdoti f 'nofs is-seklu l-ieħor. Ifakkruni fihom mhux sempliċiment għaliex kienu ħafna aħwa saċerdoti imma b'mod partikolari għaliex bħalhom huma saċerdoti intelliġenti u dedikati għal dak li jagħmlu. Għawdex huwa fid-dmir li jibqa' jiftakar f 'nies bħal Mons Anton Gauci mhux għall-iskop ta' dmir biss imma wkoll biex fjammi bħalma kien Mons Anton Gauci jibqgħu jixgħelu u jagħtu d-dawl. Strieħ fis-sliem ħabib u patrijott Għawdxi. ta' €650,000 (IIP). Beda bloġġezzjoni għas-segretezza tal-ismijiet taċ-ċittadini l-ġodda. Meta tħabbar li l-lista tagħhom se tkun pubblikata, tal-PN ħarġu joġġezzjonaw xorta bl-iskuża ġdida li ma jaqblux fil-prinċipju ma' dan li sejħu bejgħ taċ-ċittadinanza. Qed jgħidu li hi degradanti għall-pajjiż li b'dak il-mod isolvi problema finanzjarja li ħallew huma. Iridu li l-Gvern ikompli bis-sistema skreditata tagħhom, li jgħakkes lill-kotra bl-awsterità biex jiffinanzja d-djun fl-interess tal-klikka. Fetħu kampanja sfrenata biex jistimulaw l-appoġġ klandestin mill-ġdid u jitfgħu l-ħatab biex tintiseġ sejħa għal referendum dwar il-kwistjoni li ħolqu huma bla bżonn. Waslu li fil-kampanja jagħmlu ħsara lill-pajjiż anke 'l barra minn xtutna. Ma jridux jirrealizzaw, li l-mandat tal-poplu lill-Gvern Laburista, hu appuntu biex ir-rotta tal-finanzjament millawsterità fuq il-poplu, jibdilha għal fuq entrojtu minn sorsi oħra li ma jintaxxawx lillmassa. Dan hu preċiżament li qed jagħmel il-Gvern bl-iskema taċ-ċittadinanza. Għandu dritt demokratiku u dmir morali, li japplika metodu tiegħu biex jasal għal dik il-mira li approvalu l-poplu fl-elezzjoni. Bla ma nidħol fid-dilemma panikuża li ġabitilhom l-iskema taċ-ċittadinanza, nistaqsi x'wiċċ għandu l-PN li jippretendi li jsir referendum biex il-poplu jiddeċiedi dak li diġà kien deċiż ftit ilu mill-maġġoranza tal-istess poplu fl-elezzjoni, u kien ukoll kkonfermat bissiġill leġiżlattiv mill-akbar maġġoranza tad-deputati filparlament. Vjolenza domestika SINA BUGEJA KAP EŻEKUTTIV, FONDAZZJONI GĦAL SERVIZZI TA' ĦARSIEN SOĊJALI QED jitqajmu diversi punti u kummenti fil-mezzi tax-xandir dwar il-vjolenza domestika u l-provediment ta' servizzi f 'dan il-qasam. L-Aġenzija Appoġġ tipprovdi servizz fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum permezz tas-Supportline 179. Din il-helpline, amministrata minn numru ta' voluntiera mħarrġa b'mod professjonali u appoġġjati minn professjonisti fuq sistema ta' on-call, tipprovdi assistenza lil min iċempel u tirreferi każijiet lejn servizzi speċjalizzati skont il-ħtieġa. Ta' min jinnota wkoll li l-Aġenzija tmexxi xelter ta' emerġenza għal vittmi nisa ta' vjolenza domestika u t-tfal tagħhom. Din ir-residenza – Għabex – flimkien ma' oħrajn li jitmexxew minn diversi NGOs, joperaw fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum. Għalhekk professjonisti u vittmi jistgħu jirreferu għall-għajnuna lejn dawn is-servizzi wara l-ħinijiet normali taluffiċċju. Dawn huma servizzi aċċessibbli u l-professjonisti li jmexxuhom ikunu jistgħu jittrattaw il-kriżijiet u sitwazzjonijiet oħra li wieħed iressaq quddiemhom, bħal sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika. L-Aġenzija toffri wkoll interventi ta' ħidma soċjali lil vittmi ta' vjolenza domestika permezz tas-Servizz ta' Vjolenza Domestika. Kemm vittmi nisa kif ukoll irġiel jiġu trattati b'mod ugwali minn dan is-servizz meta jirreferu jew ikunu referuti għal dan is-servizz. Il-vjolenza domestika hi dwar poter u kontroll ta' persuna fuq oħra, u għalhekk tinkludi element ta' dipendenza tal-vittma fuq l-aggressur. Appoġġ toffri wkoll ilMen's Service, liema servizz jaħdem ma' aggressuri rġiel fejn dawn jiġu mgħejuna sabiex jibdlu l-imġiba aggressiva tagħhom f 'waħda ta' rispett. Aġenzija Appoġġ għandha relazzjoni tajba ma' diversi professjonisti u entitajiet li jaħdmu fil-qasam, inkluż NGOs, il-Pulizija, professjonisti fil-qasam mediku, u oħrajn li filħidma tagħhom jiltaqgħu ma' familji u possibilment anke vittmi ta' vjolenza domestika. Waqt li l-Aġenzija tinkoraġġixxi lill-vittmi sabiex jersqu lejn is-servizzi għall-għajnuna, tappella wkoll lill-pubbliku sabiex jirrapporta każijiet ta' abbuż li jkun jaf bihom billi jċempel fuq Supportline 179 jew lill-Pulizija – il-vjolenza domestika mhix problema familjari biss imma hi problema li taffettwa lissoċjetà kollha.