Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
16 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Ħames Minuti ma' Gillian Attard GILLIAN Attard li trabbiet fiżŻejtun nediet l-ewwel album mużikali tagħha fl-1994, bl-isem ta' Messaġġ t'Imħabba, li kien jinkludi 14-il kanzunetta. Hi bdiet il-karriera tal-kant minn età żgħira ħafna. Attard tibqa' magħrufa għall-kanzunetta sabiħa li nkitbet għall-memorja ta' ommha, Quddiem l-inkwatru tal-Madonna. Gillian Attard tgħallem il-kant u fost oħrajn kienet responsabbli middirezzjoni tal-kanzunetta rebbieħa tal-Junior Eurovision ta' din is-sena. Fost l-istudenti tagħha nsibu lillbravissima Gaia Cauchi. Unur Kemm hi importanti għalik l-imħabba? Immens, ngħix għall-imħabba X'valur għandhom il-flus għal ħajtek? Mhux ta' importanza kbira imma nieħu gost nixtri wkoll X'tippreferi: is-sajf jew ix-xitwa? Ix-xitwa Wara l-introduzzjoni ta' gay marriage f 'diversi pajjiżi li qed tiżdied iktar ma jgħaddi ż-żmien, taħseb li wasal iż-żmien li pajjiżna jagħmel l-istess ħaġa? Ovvja, m'għandix dubbju Kelma waħda li tispjega ħajtek? Festa X'inhi l-attitudni tiegħek lejn ilħajja? Pożittiva u determinata… ma niqafx Il-Eurovision... Opportunità għattalent lokali jew ħela ta' flus? Opportunità… esperjenza unika, mhux ta' min jitlifha! Li nista' nitlef lil dawk għal qalbi Hemm ċans li xi darba nirbħu l-Eurovision? Ovvja, ċerta! X'taħseb dwar il-fatt li Gaia Cauchi u t-tim tagħha ġejtu nnominati għal Ġieh ir-Repubblika? Taqbel mal-addozzjoni għall-koppji tal-istess sess u għalfejn? Ma nixtieqx nikkummenta X'jiffrustrak? L-għira u l-injoranza X'ibeżżgħek? Temmen f 'Alla? Għaliex? Iva ghax nemmen Kemm hi moħħha miftuħ Malta fejn tidħol moda? Mhux ħażin naħseb Kieku jkollok tagħżel pajjiż li jirrapreżentak liem pajjiż tagħżel? L-Italja X'inhu suċċess fil-ħajja għalik? Is-sodisfazzjon li jtuni dawn it-tfal, li nkompli niskopri aktar talenti moħbija L-iktar darba li stħajt? Meta dħalt ġol-bieb ta' ħġieġ ta' ħanut f 'Baystreet L-isbaħ esperjenza f 'ħajtek? Għandi ħafna, biss it-twelid ta' ibni Beppe huwa l-isbaħ Il-Futur ta' Gillian Attard... Mimli! Mhux ser nieqaf naħdem…ser nibqa' nħares 'il quddiem Ħidma volontarja flisptar Monte Karmeli XOGĦOL ta' volontarjat immexxi mis-sinjura Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru, wassal biex żewġt ikmamar fl-Isptar Monte Karmeli jingħataw ħajja ġdida wara li tħallew jaqgħu fi stat ikrah. Għalkemm dejjem miżmuma nodfa, il-kamra fejn jinġabru biex jaraw it-televixin u l-kamra fejn jieklu kienu qishom bħal fi stat ta' abbandun biż-żebgħa Xogħol ta' tisbiħ fil-kamra komuni titqaxxar minn mal-ħajt, sufanijiet imqatta', siġġijiet imsadda u moffa ma' kullimkien. Dawn iż-żewġt ikmamar jinsabu f 'waħda mis-swali li jakkomodaw residenti nisa. Iżda mawra separata flistess blokka żvelat kif anke kmamar li jorqdu fihom ir-residenti jinsabu fi stat ta' abbandun: sinkijiet mikxufa, ħitan kollu tikħil, bibien imqaxxra, gwardarobbi tal- ħadid imsaddin u purtieri li ż-żmien għadda minn fuqhom mhux ħażin. Mifni b'dejn ta' €8 miljun, Muscat saħħqet li kienet firresponsabiltà tagħha li b'kull mod possibbli tibda tgħin. "L-amministrazzjoni l-ġdida sabet ħafna problemi f 'dan l-isptar, imma l-aktar għax il-flus ma kienux qed ikunu allokati skont il-priorità. Filwaqt li qed tipprova tinstab soluzzjoni, minn naħa tagħna jekk nistgħu b'xi mod ngħinu, se ngħinu," qalet Muscat. Permezz ta' voluntiera nisa minn ministeri differenti u donaturi li xtaqu jibqgħu anonimi, iż-żewġt ikmamar ġew armati b'purtieri ġodda, għamara ġdida, u miżbugħin b'kulur li jilqa'. Bi flus li nġabru wara ikla li saret ilbieraħ fl-isptar stess, il-pazjenti tal-blokka se jingħataw heaters u kutri ġodda fost affarijiet oħra. Stat ta' telqa: kamra tas-sodda fil-blokka tan nisa Reporter: X'inhi l-politika għal Għawdex? GĦADA jirritorna Saviour Balzan bil-programm Reporter fuq TVM. Ilprogramm ser jiddiskuti l-ħidma tal-Gvern f 'Għawdex u kontroversji oħra. Il-mistiedna speċjali ser ikunu l-Ministru għal Għawdex Anton Refalo u s-Segretarju Ġenerali talPartit Nazzjonalista Chris Said. L-Editur Maniġerjali ta' MediaToday Saviour Balzan, ser janalizza d-deċiżjonijiet tal-Gvern rigward il-gżira Għawdxija. Fost oħrajn, hu ser jistaqsi x'inhi l-politika tal-Gvern għal Għawdex u x'sar s'issa. Reporter bi preżentazzjoni minn Saviour Balzan u produzzjoni mill-istess Saviour Balzan u Jerome Caruana Cilia, ser jixxandar għada fis-18.55 fuq TVM u b'ripetizzjoni għada stess fl-22.15 fuq TVM2.