Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 15 ex ... u l-Buzu jzekzek Il-poodle Jekk tara xi ħaġa interessanti ibgħatuhieli. Jekk tara lil xi ħadd interessanti ibgħatli ritratt bil-mobajl. Ibgħat lil poodle@mediatoday.com.mt Tony, Tony Iva Tony Debono nafuħ bħala piaccone. Iva piaccone, bħal dak Musumeci, dak Piaccone ukoll. Imma nsomma tal-inqas Musumeci nice guy, Tony Debono mhux nice guy. Huwa bniedem li jħobb jinħabb minn kulħadd. Issa smajna li George Farrugia issa stqarr fil-qorti li Tony Debono kien heddu li jkissru jekk ma jtihx parti mill-kejk. X'taħwid. Ftakru biss li Tony kien l-ewwel Lejburist u mbagħad Nazzjonalist issa ma nafx x'inhu. Anne tal-Mistra "Dan f'kundizzjoni aħjar minn Lippu tiegħi" ta' Alla jbierek. Idejh vera ħafifa), jaqbżu l-bluni u jkunu jriduh huma għax l-uniċi nies li ħaqqhom rigali hawn Malta huma tal-blu. Imma kif ma jitgħallimx dan Jowey xi tfisser meritokrazija basta ħareġ b'din il-bażżwerd. Ara ħa nfakkru ftit forsi jsib ċans jaqraha ara jekk xi darba jiġi Malta. Jekk tiġi t-tieni tieħu ġieħ irrepubblika, jekk issajjar tieħu ġieħ ir-repubblika, jekk tkun ġurnalist u tgħinu fl-elezzjoni tieħu ġieħ ir-repubblika, jekk tkun personalità u wasalt biex tmut tieħu ġieħ irrepubblika, jekk tkun kapaċi tisparixxi lin-nies li ma jaqblux miegħek tieħu ġieħ ir-repubblika. U sa din il-ġimgħa ħadd qatt ma qal xejn. Iżda din in-naqra ta' tifla li kulma riedet tkompli tgawdi dawn il-mumenti memorabbli f 'ħajjitha, qalgħulha rebus għax dan l-imbierek Jowey iddeċieda li jagħtiha Ġieħ ir-Repubblika. Aħjar tajtha xi direttorat Ġuż forsi tnaqqas ftit middiskrepanza li hemm bejn in-nisa u l-irġiel. Ifhimni naħseb li Gaia tippreferi xi Xbox, milli midalja. Gonzi għal President… għax hekk irid Peppi Mhux ta' b'xejn Peppi talbendybus ma jiqafx jgħid ta… għandu lsienu twil wisq…u għalhekk tajjeb ħafna biex jilgħaq. Issa beda kampanja biex il-mara talplejer tiegħu (tinsiex li hu kien il-kowċ ta' Wenzinu) issir president. Helloooooo Pepp, qum minn hemm sieħbi, mela ma tafx li nbidel il-Gvern u issa li tgħid u taħseb int ma jgħoddx. U xi ktieb ħareġ fuq din il-moħħ wara Wenzinu… it-titlu From the Heart… Mill-Qalb…darba niftakar kien hemm xi ħadd u qal se nivvota Mill-Qalb għallgħoli tal-kontijiet tad-dawl u l-ilma…Min kien dak? Jew qed inħawwad? Ma nafx ta imma hekk kien mingħalija. Kirsty l-Anġlu l-ġdid talparlament Il-parlament ħa r-ruħ dil-ġimgħa. Kumbinazzjoni Anġlu u Ċensu llargaw (tinkwetawx issa naqtgħuhielhom mis-salarju) u kull deni ħudu b'ġid, fuq is-siġġu tal-ispeaker intagħżlet l-aktar membru parlamentari sexy biex tmexxi, Kirsty Debono. U għal darba ż-żewġ naħat qablu ma' din il-ħatra u laqgħuha b'applaws. Sadanittant qed jingħad li se ssir white paper (għax illum hekk drajna) biex tinbidel il-liġi fejn Anġlu u Ċensu se jitolbuhom jibqgħu d-dar u jibgħatulhom iċ-ċekk bilposta. Instema' min jgħid "din il-vera anġlu u mela dak il-wiċċ laskri li jkun hawn issoltu jew!" U dan ma kienx Simone eh avolja issa għandu lsienu taz-zokkor li ġab miegħu mill-Awstralja. Mistoqsija oħt il-għerf Mela l-aktar wieħed li jiftaħar li jagħmel mistoqsijiet fil-parlament, dak tal-Hibs (x'inhu dak li jqassam l-artijiet? boqq) staqsa lill-eks Nazzjonalist Mallia "Jista' l-Ministru jgħid kemm il-pulizija li kien hemm fis-CID lock-up talMosta fit-8 ta' Marzu 2013 u fit-30 ta' Mejju 2013?" Mallia fil-pront wieġeb "IlKorp tal-Pulizija m'għandu l-ebda lock up fil-Mosta." Sentenza meħudha millevanġelju ta' Manwel. TATA Id-dottoressa Anne Fenech tħobb taqra Dr Jekyl & Mr Hyde, għax waqt li bħala partit kontra l-Mistra hi bħala avukatessa qed tirrappreżenta l-Għarab. Għax miskina din Anne of Mistra qed tmut bil-ġuħ, tant ma taqlax flus li lanqas taf x'ser tagħmel bihom. Eħħ Anne of Mistra trid tiddeċiedi jew politics jew business. Ma tistax tagħmel it-tnejn. U forsi Anne of Mistra tifhem li hi tirrappreżenta l-kriżi li hemm fil-partit tal-Penne. Il-kriżi tas-skizofrenija! Ole! Austin Powers Kemm ħadt pjaċir nara lil Austin tagħna jitbandal maddgħajsa wara weekend mal-ħbieb fuq il-ġżira ta' Kemmuna. Mort niġri u staqsejtu: "Hawn Austin! Ħadt pjaċir?" Ħares lejja bl-ikrah: "Mhux affarik, xiz-zokk taħseb li jien xi ktieb miftuħ?" Komplejt bil-mistoqsijiet: "Kilt tajjeb? Xrobt?" U f'daqqa waħda wiċċu xegħel: "Ostra, kilna u ħrajna kemm flaħna, u kellna l-Gululu ssajrilna. Kemm hu tajjeb ostra u kemm kilt. Ara żaqqi, kift sirt." U kulħadd infaqa' jidħaq. U Austin beda jitbissem u qal" "Mela hekk, ja qatta..." L-Apartheid tar-reġina Mela r-reġina tar-remettar dik il-kerha, dik li tgħix fuq iz-zekzik tal-qħab bdiet turi s-sogħba tagħha lejn il-mewt ta' Nelson Mandela. Ma tarax li din id-dukessa ta' qrid u l-mibgħeda turi d-dispjaċir tagħha għall-mewt ta' Mandela. Ara vera jrid ikollok sormok u wiċċek l-istess. Din hija l-istess persuna li bil-kitbiet tagħha twassal il-messaġġ ta' mibgħeda bejn il-klassijiet u bejn min għandu differenza fl-opinjoni politika. Forsi l-apartheid spiċċa fl-Afrika t'Isfel u mhux filBidnija, is-sit minn fejn ir-reġina tferra' l-vomtu kollu tagħha. Is-sinjura Debono Mela kont il-Parlament meta kien hemm is-suġġeriment biex Kristy Debono tiġi proposta bħala speaker għal ġurnata. Għal mument lanqas ridt nemmen dak li smajt. Iva ħija, minnaħa tal-gvern kien hemm ħsejjes annimaleski u mbagħad minn taħt l-ilsien xi ħadd qal "Iii, kont ser nitlaq issa ser noqgħod." Tafux, kemm ħadet pjaċir Kristy. Għajb li minflok dublett kienet liebsa qalziet u ġlekk, Wuuf, wuuf! Biex tiskonġra trid tkun pur L-eks Ministru Nazzjonalista George Pullicino tkaża b'dawk li sejjaħ bħala musical chairs fl-Enemalta, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u l-Arms. Jidher iżda li George, miskin għandu memorja qasira u għalhekk tajjeb li nfakkruh f'ċertu avukat jismu Noel Buttigieg Scicluna. Sur Ġorġ meta inti kont membru tal-Kabinett dan l-avukat kien Segretarju ta' mill-inqas disa' bordijiet differenti f'daqqa, li minn ħamsa minnhom biss daħħal €110,000. Dan is-super avukat Nazzjonalista serva fost l-oħrajn fl-istess ħin bħala Segretarju tal-bord tal-Awtorità Marittima, tal-bord tal-Enemalta, talbord tal-ARMS Limited u tal-bord ta' Transport Malta. Imma bil-kejl ta' Ġorġ, Buttigieg Scicluna kellu kull dritt jiekol b'dalħluq kollha sempliċiment għaliex waqgħetlu żokortu fil-Partit Nazzjonalista fl-aħħar 40 sena. U Ġorġ tajjeb li tkun taf li wara l-aħħar elezzjoni l-Kap tiegħek Xmun ħatar lil das-super avukat Nazzjonalista bħala membru fil-Kummissjoni interna għall-għażla tal-kandidati Nazzjonalisti. Sur Ġorġ ftakar li biex tiskonġra trid tkun pur.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013