Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 21 Editorjal I ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Politiku jew akkademiku? l-qassata tal-Ministru talFinanzi Edward Scicluna li f 'laqgħa barra minn Malta fejn iddeskriva l-iskema taċ-ċittadinanza minn għajn kritiku turi kif din il-persuna qed isservi ta' ostaklu għall-Prim Ministru tiegħu. Ostaklu fis-sens li ma għandu ebda idea tas-sensittività tal-kwistjoni taċ-ċittadinanza. Li Scicluna jemmen dak li jgħid ma għandix dubju imma jidher ċar li assolutament m'għandux idea li hu parti minn tim. Jew aħjar ilkabinett. Matul dawn l-aħħar xhur Scicluna wera li mhux kapaċi li jkun ministru. Ma jafx jitkellem u wisq aktar imexxi argument. Scicluna m'għandux il-kapaċità li jkun politiku u safrattant jippretendi li jkompli jmexxi u jparla qisu ma ġara xejn. Matul il-baġit deher ċar li Scicluna ma kienx 'on the ball' u kien il-Prim Ministru li kien qed imexxi u wisq aktar jidderieġi. Barra minn Malta, Scicluna tkellem fuq l-iskema taċċittadinanza u serva biex tefa' dell ikrah fuq il-Prim Ministru tiegħu. Postu mhux ministru u lanqas politiku. ara ta anu o Kienet fortuna forsi li l-President Ukren Yanukovych għażel li jħassar żjara statali f'pajjiżna. Yanukovych huwa President li għażel li jmur kontra r-rieda tannies u jħassar il-pjanijiet tiegħu li jissiġġilla l-proċess ta' aċċessjoni fl-Unjoni Ewropea. Hija stramba li filwaqt li ħafna nies fl-Unjoni Ewropea jridu joħorġu minnha ċ-ċittadini ta' dan il-pajjiż eks komunista jridu jidħlu bi ħġarhom. Jidher iżda li l-influwenza ta' Putin hija kbira wisq biex l-Ukrajna timxi waħedha. Fortuna li ma ġiex Yanukovych għaliex Joseph Muscat kien ikun mistenni li jiftaħ ħalqu biex jiġbed widnejn Yanukovych dwar il-mod kif qed jittratta d-demokrazija u r-rieda tal-poplu. Min-naħa l-oħra kienet forsi opportunità biex Muscat jesprimi t-tħassib tiegħu għas-sitwazzjoni mwerwra fl-Ukrajna u b'hekk jirbaħ simpatija fuq livell internazzjonali.