Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
Kummercjali 22 illum | Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Id-Dubai Shopping Festival ma' Hamilton Travel HAMILTON Travel ħabbru li se jagħmlu btala speċjali għal Dubai waqt id-Dubai Shopping Festival bejn 19-26 ta' Jannar 2014. F'Dubai se jkunu organizzati attivitajiet fantastici waqt id-Dubai Shopping Festival kemm fiċ-ċentru storiku u wkoll fisShopping Malls li jkollhom skontijiet ta' 70% u 50% fuq il-prodotti tagħhom. Dubai tiġbed 3,000,000 ruħ waqt il-festival tax-xiri minn kull kontinent, il-parti l-kbira tagħhom b'titjiriet malEmirates Airlines. Hamilton Travel bnew reputazzjoni kbira kemm f 'Malta u kemm f 'Dubai għat-tours li jorganizzaw fil-belt kummerċjali talEmirati Għarab Magħquda. Għal darba oħra qed joffru l-isbaħ u l-orħos prezzijiet għal Dubai fejn il-klijenti jimmassimizzaw il-ħin tagħhom f 'Dubai. "Għandna domanda enormi għat-tour Hamilton Travel se jorganizza l-aqwa u l-orħos tour ta' tmint ijiem għal Dubai bejn 19-26 ta' Jannar ta' Dubai waqt id-Dubai Shopping Festival. Se nagħtu rigal speċjali lil dawk li jixtiequ jmorru Dubai fl-2014 bi prezz speċjali tagħna fuq tmint ijiem. Għax fil-verità ma jagħmilx sens li tagħmel tliet ijiem Dubai peress li t-titjira tasal tard bil-lejl u tirritorna kmieni filgħodu. It-tour tagħna ta' tmint ijiem joffri spazju biex il- klijenti jżuru l-attrazzjonijiet ewlenin ta' Dubai u talEmirati Għarab Magħquda u jkollhom ħin biżżejjed biex iżuru x-Shopping Malls ekstravaganti. Konna aħna li skoprejna Dubai fl-1997 u dis-sena qed nagħtu rigal speċjali lil dawk li qatt ma żaru Dubai bi prezz għallbut ta' kulħadd biex jgħixu fil-lussu, fl-eleganza u fl- eċitament ta' Dubai." qalet l-aġenzija Hamilton Travel. Il-grupp se jkun akkomodat fil-lukanda Ramee Rose, lukanda 4 Star viċin il-Burj Khalifa. Il-prezz speċjali jibda minn €846 kull persuna waqt festa ta' xiri bi prezzijiet fantastiċi, żjarat fl-isbaħ shopping Malls. Il-grupp se jżur l-attrazzjonijiet ewlenin u l-Mużew ta' Dubai, Abu Dhabi, il-kapitali talEmirati Għarab Magħquda. L-eskursjonijiet jinkludu wkoll id-Dessert Safari u Cruise lussuż matul il-lejl fuq il-qala ta' Dubai. It-titjiriet Malta/Dubai/Malta jkunu mal-Emirates. Aktar informazzjoni tinkiseb mingħand Hamilton Travel fuq in-numru tattelefon 21241292. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni GO4Mini tirbaħ MINI One PATRICIA Richards minn San Ġiljan rebħet karozza MINI One wara li ħadet sehem fil-kompetizzjoni tal-SMS GO4MINI. Matul il-kompetizzjoni, il-klijenti ta' GO kellhom l-opportunità li jwieġbu sa 30 mistoqsija kuljum u jiġbru l-punti għal kull tweġiba tajba. Minbarra l-karozza MINI One, premjijiet oħra inkludew iPad Mini kuljum għal perjodu ta' ġimagħtejn, sett tat-TV ta' 42 pulzier, u vawċer b'valur ta' €500 fi fjuwil. Il-kompetizzjoni kienet miftuħa għall-klijenti kollha ta' GO mobile li għandhom aktar minn 18-il sena u, u li huma abbonati ma' kwalunkwe tariffa ta' Pay As You GO jew GO Pay Monthly. Ir-rebbieħa taliPad Mini kienu: Leonilda Bartolo, Mark Cini, Kataryna Ursula Jednaki, Rita Jaccarini, Juan Abela, Manolito Magri, John Brebner, George Bugeja, Pauline Schembri, Maurice Mifsud Bonnici, Anthony Farrugia, Carmel Borg u Marcello Sallemi. Filwaqt li r-rebbieħa tas-sett ta' Smart TV kienet Jeannette Camilleri, Moustafa Ir-rebbieħa Patricia Richards fil-MINI One Megawer rebaħ il-vawċer tal-fjuwil. Dwar il-kompetizzjoni, Simon Falzon, Product Manager – Mobile ma' GO, qal: "Matul is-sena, GO tnedi għadd ta' kompetizzjonijiet li jagħtu lill-klijenti tagħna l-opportunità li jirbħu YOUR FIRST CLICK OF THE DAY www.maltatoday.com.mt premjijiet ta' valur. Ilkompetizzjoni GO4MINI hi eżempju ċar ta' dan. L-idea tal-kompetizzjoni kienet li ninvolvu lill-klijenti tagħna u ninkuraġġuhom biex jiddevertu ruħhom. Filfatt kienu mijiet li għamlu hekk. GO4MINI hi inċentiv ieħor maħsub għall-klijenti tagħna li serviet biex ittejjeb l-esperjenza tal-klijenti malGO. Nieħdu l-opportunità biex ngħidu prosit lil Patricia, u lir-rebbieħa l-oħra wkoll." Matul il-preżentazzjoni li saret fix-showroom ta' Muscat Motors fil-Gżira, ir-rebbieħa tal-MINI One, Patricia Richards irringrazzjat lil GO għarrigal mill-isbaħ: "Ma nistax nemmen ix-xorti tajba li kelli. Qatt ma rbaħt xi ħaġa bħal din f 'ħajti u fil-fatt meta ċempluli mill-GO ħsibtha xi ċajta. Grata ħafna lil GO li għamlet possibbli li jkolli karozza MINI One. Ħolma li saret realtà." "M'hemmx dubju li Patricia ser tieħu gost bil-MINI One. Fl-istess waqt, ir-rebbieħa tal-iPad ser ikunu jistgħu jesperjenzaw l-internet bilmowbajl veloċi li toffri GO, waqt li Jeanette Camilleri se tgawdi mill-GO TV interattiv fuq is-sett tat-TV il-ġdid tagħha," ikkonkluda Falzon.