Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 23 X'tista' tara dan il-Milied L-ILLUM TAGĦTI ĦARSA LEJN L-ATTIVITAJIET LI QED JITTELLGĦU F'DAWN IŻ-ŻMINIJIET. GĦAQDIET U ORGANIZZATURI GĦANDHOM JIBAGĦTU D-DETTALJI (MHUX IKTAR MINN 150 KELMA) U RITRATT FUQ ILLUM@MEDIATODAY.COM.MT 13 Diċembru: Il-Milied f 'Ħal Qormi Xelter ta' żmien it-Tieni Gwerra Dinjija f'Ħal Qormi se jinbidel fid-dar ta' Santa Klaws, il-personaġġ tant maħbub mat-tfal li ta' kull Milied iqassmilhom ir-rigali. Din se tkun waħda mill-attrazzjonijiet li wieħed se jsib fl-attività 'il-Milied f'Ħal Qormi', organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi u l-Kunsill Lokali Qormi. L-attività ser issir nhar il-Ġimgħa 13 ta' Diċembru mit-3pm 'il quddiem, fl-eqdem toroq tal-Parroċċa San Sebastjan biswit il-Każin Pinto. Minbarra li t-tfal se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' Santa Klaws waqt li jkun qed jipprepara sabiex joħroġ iqassam ir-rigali fil-Milied, se jkun hemm bosta attivitajiet oħra. Fost l-attrazzjonijiet se jkun hemm presepju ħaj, wirja ta' bambini u presepji, korijiet tat-tfal u banda b'għanjiet tal-Milied, karattri tal-cartoons janimaw it-tfal u palk b'divertiment minn talent lokali. Fl-istess attività se jkun hemm għal bejgħ bosta ponzjetti, ħelu tal-Milied u qastan mixwi. L-organizzaturi ħasbu wkoll biex fl-attività jaħmu 'Christmas Log' twil li se tinqasam u tinbiegħ lil dawk preżenti, bil-fondi li jinġabru jmorru kollha b'riżq l-Istrina u l-Malta Community Chest Fund. 7 – 15 Diċembru: Wirja ta' 50 presepju Il-Moviment Kerygma ser itella' wirja ta' 'l fuq minn 50 Presepju fuq stili Ewropej u Bibliċi; kollha maħdumin din is-sena, fil-Kunvent tadDumnikani r-Rabat. (Dħul minn Radju Marija). Ftuħ mis-Sibt 7 ta' Diċembru sa Ħadd ieħor 15 ta' Diċembru. Sibt, Ħdud u festi mit-8am sa 8pm u fost il-ġimgħa mid-9am sa 12am u mill-5pm sa 8pm. 14 Diċembru – 1 Jannar: Presepju taċ-Ċikkulata, Mellieħa Is-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Għaqda Mużikali Imperial tal-Mellieħa ser torganizza Wirja ta' Presepju Mekkanizzat, Presepju taċ-Ċikkulata u presepji oħrajn fis-Sala tal-Għaqda Mużikali Imperial min-nhar is-Sibt 14 ta' Diċembru sal-Erbgħa 1 ta' Jannar 2014. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma dawn li ġejjin: Il-Ġimgħa u s-Sibt mis-6pm sad-9pm. Il-Ħdud mid-9am sa 12pm u mill-5pm sat-8pm. Fil-Festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena mid-9am sa 12pm. Waqt l-Iljieli Melliħin mis-6pm sad-9pm. Il-Ħamis 26 ta' Diċembru 2013 mis-6pm sad-9pm. 20 Diċembru: Christmas with the Musicals Bħala parti mit-tħejjija għal Musical popolari tal-West End, Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat, li ser ittella' f 'Marzu li ġej b'risq ilPuttinu Cares, il-'Helping Hands Group' taħt id-direzzjoni ta' Mro Joseph Grech, ser tippreżenta l-għaxar edizzjoni tax-Show 'Christmas with the Musicals' nhar il-Gimgħa 20 ta' Diċembru 2013 fit-8pm fil-Grand Hotel, l-Imġarr Għawdex. Din il-lejla pjaċevoli se tinkludi siltiet u biċċiet popolari minn għadd ta' musicals b'aċċenn speċjali għal produzzjoni ta' Marzu li ġej Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat, bis-sehem tal-kantanti popolari Pamela Bezzina, Ludwig Galea u Fabian Galea flimkien ma' kor ta' madwar 80 ruħ magħmul minn tfal u adulti akkumpanjati mill-orkestra (live). Wara x-show, wieħed jista' jagħżel li jibbukkja (79421611/99421611/ imejl - thehelpinghandsgroup@yahoo.com) għal buffet dinner tal-okkażjoni.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013