Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 3 Folla numeruża tattendi għal protesta favur l-ambjent Demokratika wkoll kellha preżenta qawwija f 'din ilprotesta. Iċ-Chairperson ta' Alternattiva Demokratika Arnold Cassola u l-viċiChairman tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo kienu fost dawk li marru jipprotestaw. Filprotesta attendiet ukoll delegazzjoni tal-Moviment Żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista. It-tema ta' din il-protesta kienet "Għat-tfal tagħna, ittfal tagħhom, u t-tfal tat-tfal tagħhom." Id-dimostrazzjoni saret bħala protesta għal dak li l-ambjentalisti qed jipperċepixxu bħala kultura ta' żvilupp eċċessiv f 'pajjiżna, filwaqt li qed tingħata ftit konsiderazzjoni lill-ambjent mill-awtoritajiet konċernati. Il-miġemgħa bdiet tinġabar qrib Bieb il-Belt għall-ħabta tal-10am. Fost il-messaġġi li ntwerew fuq il-posters, wieħed isib 'Malta tagħna jew tal-ispekulaturi?' u 'Żvilupp bla rażan'. Il-folla mxiet għal Triq ir-Repubblika u waqfet quddiem il-Qorti. Mal-wasla quddiem il-Qorti numru ta' rappreżentanti tal-għaqdiet ambjentali indirizzaw lil dawk preżenti. L-għaqdiet ambjentali li ħadu sehem f 'din il-protesta huma Din l-Art Ħelwa, Birdlife Malta, Flimkien għal Ambjent Aħjar, Friends of the Earth Malta, Gaia Foundation, Greenhouse Malta, Malta Organic Agriculture Movement, Moviment Graffitti, Nature Trust Malta, Ramblers Malta, Y4TE u Why Not? Ritratti: Ray Attard MIJIET ta' persuni nġabru l-Belt Valletta lbieraħ filgħodu sabiex jipparteċipaw fi protesta favur l-ambjent. Oriġinarjament din ilprotesta kellha ssir il-ġimgħa l-oħra, iżda ġiet posposta minħabba l-maltemp. Madanakollu lbieraħ filgħodu folol kbar ta' nies għamlu kuraġġ u minkejja t-temp kiesaħ, niżlu fi triq ir-Repubblika b'numru ta' kartelluni u posters. Numru ta' politiċi attendew din id-dimostrazzjoni, fosthom il-Kelliem talOppożizzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u l-Bidla fil-Klima Charlò Bonnici u l-Kelliem talOppożizzjoni għall-intern u Sigurtà Nazzjonali Jason Azzopardi. L-Alternattiva al Kate Gonzi Malti u t-tmexxija tal-gvern." Il-President faħħar ukoll in-natural tagħha u qal li Kate kienet dejjem pożittiva u ma ħallietx il-ħajja pubblika tbiddilha. Fil-pubblikazzjoni jikteb ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni u kap Nazzjonalista Simon Busuttil. "Spiss konna nsibuha ħdejn xi pazjenta jew xi mara anzjana tirrakkonta u tisma, 'l bogħod mil-lenti talkamera. Għalhekk nemmen li Kate kienet waħda millkontributuri ewlenin talumanità ta' Lawrence Gonzi. "Kultant, kienet tintalab biex twassal xi messaġġ lil żewġha, li m'għandix dubju li kien jasal," jikteb Busuttil. Hu jsostni li kemm–il darba politiċi jkollhom it-tentazzjoni li jitkellmu aktar milli jisimgħu, però Kate sservi ta' tagħlima dwar il-bżonn li wieħed jisma aktar. Il-preżentatur Peppi Azzopardi jiddeskrivi lil Kate bħala mara sinċiera u umli. Jirrakkonta kif dejjem kienet sensittiva għall-uġigħ tannies u li darba talabha ritratt tan-neputijiet, iżda hi rrifjutat għax hemm nies li ma jistgħux ikollhom neputijiet. Filwaqt li jiddeskriviha bħala l-mara wara raġel kbir, Azzopardi tenna li kellha influwenza kbira ħafna fuq żewġha. "Hekk kif bdiet il-kriżi fil-Libja, ammirajt kif kienet tgħin u tagħti widen lil Lawrence Gonzi li kien il-ħin kollu preokkupat u nkwetat bid-deċiżjonijiet," jikteb Azzopardi. Azzopardi sostna li kieku kellu sehem mid-deċiżjoni talPresident li jmiss, kien jagħzel lil Kate Gonzi. Il-ktieb jara wkoll lill-Isqof Awżiljarju Charles Scicluna jgħid kif l-personalità ta'Kate Gonzi dejjem kienet waħda mimlija lealtà. "Minkejja li xogħolha kien ikun fi sfond tar-raġel tagħha, Kate Gonzi dejjem uriet kompassjoni lejn pajjiżha. "Nammiraha għall-valuri u l-attitudni tagħha imma l-ammirazzjoni tiegħi testendi għall-irwol taghħa wara raġel li jinżel fl-istorja għallprinċipji tiegħu," temm jgħid l-Isqof Awżiljarju. Segwina fuq Facebook Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013