Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220
4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 Wara l-introduzzjoni ta' reġistru dwar persuni b'diżabilità: Il-KNPD tappella għall-kunfidenzjalità u sensittività JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IL-KUMMISSJONI Nazzjonali Persuni b'Diżabilità (KNPD) qalet li taqbel mal-proposta tal-gvern li jinżamm reġistru dwar il-persuni b'diżabilità, imma appellat biex ir-reġistru jkun volontarju u li dawn il-persuni jkunu jafu x'hemm imniżżel dwarhom. Aktar kmieni din il-ġimgħa, waqt konferenza tal-KNPD is-Segretarju Parlamentari Franco Mercieca ħabbar li l-gvern se jibda jżomm reġistru b'informazzjoni dwar il-persuni b'diżabilità. Sostna li hemm nuqqas kbir ta' informazzjoni u li b'dan ir-reġistru, il-Gvern seta' jippjana minn qabel il-politiki addattati. "Il-KNPD taqbel biex ikun jista' jsir pjanar fit-tul firrigward ta' servizzi li kull persuna se jkollha bżonn fil-futur, imma naqblu wkoll li kollox isir skont il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Jiġifieri ma tinżammx aktar informazzjoni milli hemm bżonn, l-informazzjoni tinżamm kunfidenzjali u li l-persuna tkun taf x'hemm miktub dwarha," qal Joseph Camilleri, Chairperson talKNPD. Ikkuntattjat minn din ilgazzetta, hu qal li l-ippjanar tasservizzi għandu jsir skont ixxewqat identifikati mill-persuna b'diżabilità nnifisha u mhux skont assessjar professjonali biss. Camilleri sostna li filwaqt li hemm vantaġġi meta wieħed jirreġistra, jifhem ukoll li mhux kulħadd jista' jkun konvint minn dan. "S'issa ma rċevejniex xettiċiżmu dwar dan ir-reġistru, la minn persuni b'diżabilità u lanqas mill-ġenituri tagħhom. Nifhmu li hemm min ma jridx ikun fuq ir-reġistru, u għalhekk irridu li r-reġistrazzjoni tkun waħda volontarja. Però flistess ħin tista' ssir kampanja t'edukazzjoni biex tenfasizza l-vantaġġi li hemm meta wieħed jirreġistra," qal Camilleri. Ic-chairperson tal-KNPD għaraf li l-introduzzjoni tar-reġistru tista' tagħti l-impressjoni ta' aktar ittimbrar u preġudizzju, imma sostna li min ikollu aċċess għar-reġistru għandu jkun mgħarraf dwar il- perikli tal-ittimbrar ta' persuni b'diżabilità. "Filwaqt li l-ittimbrar minnu nnifsu mhuwiex pożittiv, l-identifikazzjoni tad-diżabilità u l-ħtiġijiet tal-persuna b'diżabilità huwa essenzjali biex jiġu pjanati s-servizzi li jkollha bżonn il-persuna," ssokta jgħid Camilleri. Il-proposta tal-introduzzjoni ta' dan ir-reġistru oriġinat mis-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità, wara konsultazzjoni mal-istess KNPD. Ir-reġistru mistenni jinkludi fih persuni b'diżabilitajiet differenti, kemm fiżiċi kif ukoll mentali. Mistoqsi jekk il-KNPD hux se tkun involuta fil-proċess tal-ġbir tal-informazzjoni, Camilleri qal li l-irwol tagħha f'dan irrigward għad irid jiġi definit. ma' din il-gazzetta, ilmaniġer taċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra Martin Chetcuti spjega kif "permezz ta' proċess ta' awtorizzazzjoni ta' residenti minn oqsma differenti ser inkunu qed norganizzaw attività bil-għan li nippromwovu l-valur taddiversità fil-komunità ta' San Pawl il-Baħar." Din l-attività qed tkun organizzata bil-parteċipazzjoni diretta tar-residenti li għażlu li jagħmlu differenza pożittiva permezz tal-azzjoni rispettiva tagħhom. "Permezz ta' din l-attività ser inkunu qed nippromwovu kulturi differenti. Dan ser isir bis-saħħa ta' programm li ser jittella' bejn it-3pm u l-10pm għall-familja kollha. Din l-inizjattiva qed tittella' b'risq l-Istrina 2013," sostna Martin Chetcuti. Din l-attività mhix relatata mal-Jum Internazzjonali għallPaċi li jiġi ċċelebrat kull sena fil21 ta' Settembru. Iżda, l-iskop ewlieni ser ikun sabiex tinħoloq kuxjenza dwar l-importanza tad-diversità u l-valur li din għandha fis-soċjetà tagħna. Chetcuti qal li din l-attività ser issir ftit jiem qabel il-Jum Internazzjonali talImmigranti li jkun iċċelebrat internazzjonalment fit-18 ta' Diċembru. Għaldaqstant, ser issir ukoll enfasi sabiex it-tfal jitgħallmu jintegraw lil dawn l-individwi fis-soċjetà. Inizjattivi oħrajn li ser ikunu organizzati matul iż-żmien tal-Milied jinkludu t-tiżjin taċ-Ċentru li sar mill-membri tal-komunità. Aktar tard matul dan ix-xahar iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra ser iniedi diska talMilied li ser tkun qed tiffoka b'mod partikolari fuq il-persuni li bħalissa jista' jkun li huma għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Il-working group tat-tfal ser ikun qed jorganizza l-ewwel attività tiegħu li ser tikkonsisti f 'festin għat-tfal tal-lokalità. Aktar informazzjoni dwar iċ-Ċentru Aċċess tal-Qawra tista' tinkiseb mill-paġna ta' Facebook bl-isem Qawra Access Centre jew billi tagħmel kuntatt mal-maniġer taċ-ċentru fuq l-imejl martin.chetcuti@ gov.mt Attività biex jippromwovu d-diversità JEROME CARUANA CILIA jccilia@mediatoday.com.mt INTERNATIONAL PAĊI Day hija t-tema tal-attività li ser tkun qed tiġi organizzata miċ-Ċentru Aċċess talQawra nhar il-Ħamis 12 ta' Diċembru quddiem il-bini tal-istess Ċentru. F'kummenti Programm Ġenerali Solidarjeta` u Ġestjoni ta' Migrazzjoni (2007 – 2013) Din is-sejha ghall-Offerti hija parzjalment iffinanzjata mill-Unjoni Ewropea Fond għall-Fruntieri Esterni (FFE) Rata ta' kofinanzjament: 75% Fondi UE: 25% Fondi mill- Benefiċjarju Ġestjoni Sostenibbli ta' Migrazzjoni