Illum previous editions

illum 8 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/224220

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Diċembru 2013 | illum 5 Mandela: Ikona li kien ifisser tama L-AĦBARIJIET internazzjonali din il-ġimgħa kienu ddominati millaħbar tal-mewt ta' Nelson Mandela fl-età ta' 95 sena. Mandela, li serva bħala president tal-Afrika t'Isfel fid-disgħinijiet wara li qatta' 27 sena filħabs, jibqa' mfakkar għall-ġlieda kontra l-apartheid u favur id-drittijiet u l-ugwaljanza. ILLUM ħadet il-kummenti ta' edituri ta' diversi kmamar tal-aħbarijiet, ta' min kellu x-xorti jiltaqa' miegħu u anke ta' storiċi. Eddie Fenech Adami, President Emeritus Mandela kien raġel kbir li influwenza mhux biss l-istorja tal-Afrika t'Isfel iżda tad-dinja kollha. Meta ltqajt miegħu fiż-Żimbabwe fl-1991 kienet esperjenza kbira. Mandela kellu karattru sod u dejjem mexa skont is-sewwa. Għalhekk dejjem ħarist lejh bħala ġgant fil-politika dinjija. Reno Bugeja, Editur PBS Mandela kien bniedem ta' stoffa u ta' kalibru li rari jkollna bħalu. Jiena ngħid li kien il-bniedem tas-seklu, ta' statura daqs Mahatma Gandhi. It-tnejn kellhom il-paċi li tispira l-ħidma tagħhom. Kien ilbniedem li ġab u ħadem għal tranżizzjoni kalma wara t-tmiem tal-apartheid. Ovvjament, il-wirt tas-sistema għadu evidenti fl-Afrika t'Isfel fejn is-suwed kisbu d-drittijiet politiċi, iżda baqagħlhom triq twila biex jgħelbu ħafna inġustizzji oħra. Ċertament, Mandela ħalla warajh nazzjon li għadu fit-tfulija tiegħu. Wieħed issa jrid jara jekk il-legat ta' Mandela huwiex ser jibqa' jinfluwenza d-direzzjoni politika tal-Afrika t'Isfel. Josianne Camilleri, Editur RTK Mandela ġab ħlewwa mhux tas-soltu f 'dinja ħarxa u indifferenti. Mill-Afrika, kważi dejjem smajna aħbarijiet koroh, imma l-aħbarijiet li kienu jinvolvu lil Mandela dejjem kienu jġibu magħhom nota ta' tama. Ir-rigal tiegħu lil kulħadd kien l-ottimiżmu bla limitu, anke quddiem kundizzjonijiet li joffru sfida kbira. Kellu wkoll sens qawwi ta' umoriżmu. Nelson Mandela rnexxielu jbiddel 27 sena fil-ħabs f 'għodda biex joħloq bidla politika u libertà nazzjonali. Dan għamlu b'intelliġenza, paċenzja u tolleranza lejn l-għadu. Irnexxielu jirbaħ is-simpatija minn madwar id-dinja kollha, inkluż tal-bojod flAfrika t'Isfel li mingħandhom ħa l-poter. Nathaniel Attard, Editur Media. Link Kull darba li jmut xi ħadd kbir, personalità magħrufa, ngħidu li kienet telfa kbira għad-dinja. Hekk għedna meta mietet Madre Tereża, meta miet Ġwanni Pawlu II… imma mingħajr ma nnaqqas mill-mertu ta' dawn il-personalitajiet maħbuba, li wkoll għamlu ħafna, inħoss li bil-mewt ta' Mandela d-dinja verament tilfet ikona. Statista fil-veru sens tal-kelma, għax mhux biss ħalla t-timbru tiegħu fuq iddinja tagħna, imma dak li għamel għadu jinħass sal-lum. Għadu topiku. Il-ġlidiet tiegħu kontra r-razziżmu, favur id-drittijiet fundamentali tal-bniedem, favur il-paċi, kawżi li kien lest anke jmur il-ħabs għalihom, huma xi ħaġa li llum għadna nitkellmu ħafna fuqhom, u nħossuhom jiġru madwarna. Taħt diversi forom u ċirkostanzi. Naħseb li Nelson Mandela jibqa' f 'moħħ kulħadd bħala bniedem li mhux biss ried ibiddel is-soċjetà għall-aħjar, imma verament, b'dak li għamel, irnexxielu jbiddilha. Il-fatt li wara 27 sena fil-ħabs, laħaq it-tragward tiegħu, u sar l-ewwel President ta' kulur fl-Afrika t'Isfel - kisba li tista' tikkalkula kemm hi kbira biss jekk teħodha fil-kuntest taż-żmien li fiha ġrat u fil-kuntest talġlieda li għamel kontra l-apertheid f 'dak iż-żmien partikolari - jagħmel lil Mandela mexxej ta' statura li ftit kien hawn bħalu. Nelson Mandela Inkredibbli kif wara dak iż-żmien kollu fil-ħabs, ħareġ u xorta, minkejja l-esperjenza li kien ghadu kif għadda minnha, kompla jippriedka fuq ilbżonn u l-importanza tar-rikonċiljazzjoni. Mhux ta' b'xejn li ġie mogħti l-Premju Nobel għall-Paċi. Il-messaġġ tiegħu, b'sempliċità u fuq kollox umiltà vera, kien dejjem li l-arroganza, l-aggressjoni u l-vjolenza tista' tirbħilhom bil-persważjoni u bid-djalogu, mhux bilfors bil-konfrontazzjoni. U li bil-paċi probabbli tasal għas-soluzzjonijiet politiċi, ferm qabel milli b'kull mezz ieħor. Henry Frendo, storiku Għandi rispett kbir lejn Mandela, raġel kbir. Meta kont l-Afrika t'Isfel, ħassejt sentiment kbir lejh. Il-kobor tiegħu joħroġ mhux biss mill-fatt li sofra għall-ideal ta' ugwaljanza razzjali minħabba li kien il-ħabs, imma iżjed minn hekk joħroġ għall-umanità tiegħu meta ħareġ mill-ħabs. Fejn flok ikkritika l-vendetta pprietka r-rikonċiljazzjoni. Hu monument għad-dinja għax ma ħalliex is-sofferenza tagħmel bih imma pprova jifhem is-sitwazzjoni u fittex li jirrimedja l-problemi li l-pajjiż kien għaddej minnu. Din hi importanti ħafna għall-kontinent Afrikan fejn għandek ħafna tribaliżmu u dan jaf ikun vjolenti u allura li togħla 'l fuq mit-tribaliżmu huwa importanti. Ġorġ Peresso, kittieb Meta d-dinja titlef bniedem bħal Mandela, tkun ifqar minħabba t-telfa jew aktar għanja għall-wirt li jkun ħallielha? Mandela minkejja kull intenzjoni tajba u minkejja s-suċċessi li kiseb għal pajjiżu meta sar President, kellu wkoll jammetti li mhux dejjem laħaq dak li xtaq u kien hemm minn sħabu stess li kkiritikawh. Imma ħaġa ma setgħux jikkritikaw fih: is-sens ta' onestà. Anki l-onesti jiżbaljaw. Imma xorta jibqgħu rrispettati minħabba l-onestà tagħhom. Bniedem li għamel daqs 27 sena l-ħabs minħabba l-ideat politici tiegħu mhux faċli jinsa l-kruha ta' min ċaħdu l-libertà. Mandela kien kbir bħala politiku għax kien bniedem 'il fuq millpolitika tal-firda, u emmen f 'għaqda. Fost il-politiċi tad-dinja, Mandela ma beniex il-politika fuq slogans, retorika u manifesti, imma esperjenza fih innfisu. Hu kien l-isbaħ xhud ta' kliemu u ta' għemilu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 December 2013