Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 3 ewro jitħallew itiru mar-riħ IKTAR minn biljun ewro f 'income tax, f 'bolla u f 'VAT, baqgħu qatt ma nġabru u tħallew itiru marriħ minn gvern wieħed wara l-ieħor Nazzjonalista. Dan huwa l-wirt li sab il-gvern Laburista f 'Marzu li għadda kif jirriżulta mill-aħħar rapport dwar il-kontijiet pubbliċi ppubblikat din il-ġimgħa mill-uffiċċju talAwditur Ġenerali. L-Awditur Ġenerali sab li fi tmiem l-2012, il-gvern kellu jiġbor €710 miljun f 'income tax u f 'bolla, li iżda minnhom €535 miljun, jew 75%, huma meqjusa bħala li qatt ma jistgħu jkunu miġbura. Mill-madwar €175 miljun fi ħlasijiet ta' income tax u ta' bolla, li l-Awditur iqis li l-gvern għadu f 'pożizzjoni li jiġbor, kważi €100 miljun baqgħu qatt ma nġabru mill-gvernijiet immexxija minn Lawrence Gonzi bejn l-2004 u l-2012. Hemm imbagħad mal-€24 miljun li ilhom biex jinġabru saħansitra iktar minn 20 sena sħaħ. Għal dak li huwa dħul mill-VAT fi tmiem l-2012 gvern Nazzjonalista kellu jiġbor €700 miljun. Mas€16-il miljun imorru lura għal żmien il-VAT tal-1995 waqt li kważi €670 miljun huma dħul mill-VAT ta' wara l-1998. L-Awditur iżda jikkonkludi li minn dawn is-€700 miljun, mas€645 miljun, iktar minn 90%, huma flus li qatt ma jistgħu jinġabru. Huma biss għalhekk €55 miljun f 'VAT li l-gvern jista' jiġbor. Dan l-iskandlu żvelat mill-Awditur jistona bil-kbir mal-fatt li kienu gvernijiet Nazzjonalisti li biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas taddħul, għollew il-VAT għal 18% u l-bolla għal 10%. Ironikament fis-snin kollha ta' tmexxija ta' Lawrence Gonzi u Tonio Fenech bħala Ministri tal-Finanzi, l-għajta tal-Partit Nazzjonalista kienet finanzi fis-sod. Azzopardi jagħti 79 encroachment l-kampanja elettorali Jason Azzopardi żejt jitla' f 'wiċċ l-ilma u tinkixef il-verità li fost dawn l-encroachments, 89 minnhom, 59 encroachment ta' Newspapers Dispensers u 30 ta' imwejjed u siġġijiet, li jiġu mġedda awtomatikament kull sena." Minkejja l-għoti ta' dawn id-59 "kaxxa żgħira lil tal-gazzetti," Azzopardi ddefenda l-għoti talencroachments u qal li hu u d-Dipartiment tal- Artijiet ta' dak iż-żmien ma għamlu xejn kontra l-liġi u għaldaqstant m'għandu xejn x'jaħbi. "Jien m'għandix minn xiex ninħeba jew nistħi għax dejjem imxejt b'subgħajja dritt u nibqa' nsostni li dawn l-encroachments ma ngħatawx għall-voti iżda d-89 encroachment ta' Newspapers Dispensers u siti għall-imwjjed u siġġijiet madwar Malta u Għawdex kienu mġedda awtomatikament." Fost il-lokalitijiet fejn ingħataw l-encroachments hemm lokalitajiet fejn Jason Azzopardi nnifsu kkontesta fl-elezzjoni li għaddiet. Ingħataw ukoll encroachments f 'Għawdex fejn fl-aħħar elezzjoni kien qed iħabbat wiċċu ma' problemi kbar ta' telfien ta' appoġġ. Azzopardi tenna li fl-aħħar leġiżlatura, l-amministrazzjoni Nazzjonalista mhux talli ħarset l-ambjent u ma tatx l-artijiet pubbliċi lill-privat b'kapriċċ, iżda għamlet madwar 150 azzjonijiet ta' infurzar kull sena "irrispettivament millopinjoni politika u l-uċuħ." "L-azzjonijiet ta' infurzar taħt gvern Nazzjonalista kienu dejjem jiżdiedu, saħansitra qabżu l-150 fissena. Sadanittant, il-Gvern Laburista, minkejja li qed jgħid li ħa jiġġieled kontra l-abbuż fl-iżvilupp, għamel biss 24 azzjoni ta' infurzar kontra rapporti li artijiet pubbliċi qed jiġu użati ħżiena mill-pubbliku." Huwa qal li r-rapporti ta' użu ħażin ta' artijiet pubbliċi, preżentament, "qed jaqgħu fuq widnejn torox taħt il-Gvern Laburista." Id-Deputat Nazzjonalista qal li l-gvern Laburista ma laqax l-isfida tiegħu sabiex jippubblika l-encroachments li hu ffirma, id-dati tagħhom u sabiex jittermina dawn l-encroachments jekk imorru kontra l-liġi jew ikunu ta' fastidju għassoċjetà. Jason Azzopardi qal ukoll li fl-aħħar tal-ġimgħa l-oħra għamel talba formali sabiex jiġu ppubblikati l-enroachments mogħtija mill-Gvern Laburista minn Marzu 'l hawn, però hu tenna li t-talba tiegħu għadha ma ġietx milqugħa minkejja li hu d-dritt tiegħu bħala ċittadin. tal-mewt wara ħabta bil-mutur Segwina fuq Facebook Ġwann. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lissewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. Aktar minn elf segwaċi fuq il-paġna tagħna. Facebook.com/IllumMediaToday