Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 21 Editorjal I ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SGN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Sit: www.illum.com.mt • Email: illum@mediatoday.com.mt Il-maħfra ta' Farrugia għandha titneħħa d-diskors tal-aġent taż-żejt George Farrugia quddiem il-kumitat permanenti tal-kontijiet fil-parlament urietna l-livell li bih Farrugia jaħseb li dawk li kienu qed jisimgħuh huma bħaħan u stupidi. George Farrugia mhux biss ma għandux ikun emmnut imma għandu jiġi kkunsidrat li l-proklama tiegħu li ngħatat millkabinett ta' qabel Marzu 2013 jitneħħielu minnufih. Din il-gazzetta tistagħġeb kif Lawrence Gonzi kien wasal biex itih din il-proklama. Imma għal mument għandna nispjegaw għalfejn il-maħfra ta' George Farrugia għandha titneħħa. L-ewwel ħaġa, ma hemm ebda prova jew ħjiel ta' evidenza li dak li għamel bejn 2003 u 2005 spiċċa wara l-perjodu ta' Tancred Tabone. Jiġifieri li ma komplix jixtri n-nies. Ma hemm ebda konferma ta' trasferimenti ta' flus lil Tancred Tabone. Interessanti li hu jgħid li kompla jagħti flus lil Frank Sammut minħabba ħażniet fl-MOBC – u dan meta l-MOBC kienet waqfet topera. Li fi żmien Tancred Tabone, Trafigura rebħu tliet kuntratti biss minn sittax. U jekk dan kien il-każ, mela għalfejn ħallas lil Tabone? Qal li ltaqa' ma' Tabone flIsvizzera biex iħallsu. Meta l-verità hi li hu kien ma' rappreżentant ta' Trafigura, Olivier de Richemont u Tabone kien Ġenevra biex jiltaqa' ma' BNP Paribas. Li ma qalx Farrugia li hu kien qed ifotti lil ħutu 75ċ minn kull dollaru, kummissjoni tat-Trafigura. U li kien jagħti 25ċ lil ħutu u jaqsam l-kumplament ma' Frank Sammut. Farrugia jgħid ukoll li ma jiftakarx jekk iltaqax ma' Austin Gatt fuq iż-żejt imma ltaqa' miegħu fuq il-privatizzazzjoni tat-terminal taż-żejt. Semantika fl-opinjoni umli tagħna. Imma din hija gidba totali: fl-24 ta' April, 2004 kiteb lil Olivier de Richemont uffiċjal għoli tatTrafigura u qallu dwar ħażna ta' żejt li l-ministru (Austin Gatt) kien qed jistaqsi dwaru. Farrugia qal ukoll li kien ta karrozza Daewoo lil Partit Laburista. Il-verità hi li f'dan il-każ il-kumpanija John's Garage kienu għamlu xi riklami fuq is-Super One u dawn ma kinux tħallsu u għalhekk offrew karrozza lillistazzjon. Dan seħħ qabel l-2002. Ferm differenti minn l-insinwazzjoni li kien qed jipprova jagħmel. Hemm biżibilju dettalji oħra li juru u jindikaw li mhux Farrugia ġie kkuntattjat biex in-nies jinxtraw imma viċi versa. Il-proklama għandha titneħħa u forsi l-Kummissarju tal-Pulizija għandu jibda jikkunsidra li jieħu l-passi meħtieġa biex jinfetaħ il-każ fuq binarji oħra.