Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 23 X'tista' tara dan il-Milied L-ILLUM TAGĦTI ĦARSA LEJN L-ATTIVITAJIET LI QED JITTELLGĦU F'DAWN IŻ-ŻMINIJIET. GĦAQDIET U ORGANIZZATURI GĦANDHOM JIBAGĦTU D-DETTALJI (MHUX IKTAR MINN 150 KELMA) U RITRATT FUQ ILLUM@MEDIATODAY.COM.MT 13 Diċembru – 1 Jannar 2014: Wirja ta' Bambini F'dawn il-ġranet ta' festi tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena s-Soċjetà Każin San Ġużepp u Banda De Rohan ta' Ħaż-Żebbuġ se ttella' wirja ta' diversi Bambini tal-Milied fis-sede tas-Soċjetà li tinsab fil-pjazza ewlenija ta' Ħaż-Żebbuġ. F'din il-wirja se jkun hemm esebiti ġabra ta' Bambini tal-Milied mill-għadd kbir li għandna fil-gżejjer Maltin. Din il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku mit-13 ta' Diċembru sa l-Ewwel tas-Sena. Il-ħinijiet tal-ftuħ għall-pubbliku huma: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa mill-5pm sat-8pm Is-Sibt u l-Ħadd mid-9am sa 12pm Il-Wirja tkun miftuħa wkoll nhar il-Milied u flEwwel tas-Sena bejn 9.30am u 12pm 21 Diċembru: Ferħ il-Milied f 'Ħal Tarxien Nhar is-Sibt 21 ta' Diċembru, proprju erbat'ijiem qabel il-festa tat-Twelid talBambin, Ħal Tarxien se jxidd il-libsa festiva tal-Milied għall-attività Ferħ il-Milied f'Ħal Tarxien, l-isbaħ villaġġ tal-Milied. Ferħ il-Milied f'Ħal Tarxien se jamalga l-aspetti kollha tal-ferħ ċelebrattiv tal-Milied mat-tradizzjonijiet u l-ħajja soċjo-kulturali Maltija. B'dan il-mod Ħal Tarxien joffri l-aqwa ambjent li jagħti nifs ġdid lill-Milied raħli li maż-żmien tilef ħafna mill-identità tiegħu. Matul l-attività se titlesta l-akbar roly poly tal-Milied, grazzi għal Dolceria Primavera bil-qliegħ kollu minnha se jmur għal L-Istrina u l-Malta Community Chest Fund. Ir-roly poly se tkun qed tniżżel rekord ġdid għal Malta permezz tal-evalwazzjoni ta' Malta Records. Matul Ferħ il-Milied f'Ħal Tarxien se jkun stabbilit rekord ieħor, dak tal-aktar siġra ħajja mżejna b'dekorazzjonijiet tal-Milied. It-tfal tal-iskejjel primarji ta' Ħal Tarxien ġew mistiedna sabiex joħolqu dekorazzjonijiet differenti b'materjal riċiklat. Ir-rispons kien fenomenali tant li l-pubbliku se jkun mistieden biex jagħti donazzjoni għal kull dekorazzjoni li jagħżel biex iżejjen s-siġra taċ-ċipress miżrugħha quddiem il-Knisja Parrokkjali. Il-flus miġbura se jmorru b'risq L-Istrina u l-Malta Community Chest Fund. Intant il-Knisja Parrokkjali tal-Lunzjata, imżejna għall-okkażjoni, se tospita festival ta' għanjiet u kant tal-Milied minn bosta korijiet madwar Ġesù Bambin, kif ukoll wirja artistika ta' ganutell fis-sagristija, fosthom il-fjuretti li għadhom kemm iżżanżnu għall-festa tal-Lunzjata. L-għaqdiet ħadu ħsieb li jorganizzaw presepju ħaj, anzi għal wieħed tnejn. Presepju ħaj minnhom se jkun ambjentat f'Betlem ta' elfejn sena ilu b'personaġġi bibliċi waqt li l-presepju ħaj l-ieħor se jagħti l-ħajja lit-tradizzjoni popolari Maltija b'personaġġi talpresepju tipiku Malti bl-ilbies u s-snajja Maltin. Dawk li jżuru l-presepji se jkollhom iċ-ċans li jieħu sehem dirett fih mill-kitba taċ-ċensiment sal-maxtura tal-Bambin ħdejn il-Madonna, San Ġużepp u l-bhejjem għas-sħana. M'hemmx dubju li dawn il-presepji ħajjin ser jisirqu l-qlub ta' kull min se jżur Ferħ il-Milied f'Ħal Tarxien daqs kemm se tisraq il-qlub il-purċissjoni tradizzjonali bil-Bambin immexxija mill-karattru ta' San Ġorġ Preca. Ma' dawn bosta wirjiet ta' presepji u ta' Bambini, ikel u ħelu tal-Milied u xi xarba sħuna ma tonqosx. Il-viżitaturi se jkollhom il-possibbiltà li jimirħu f'suq tal-Milied u artiġġjanat b'għażla kbira ta' rigali u snajja, prodotti tal-Milied u ħlewwiet għat-tfal u għal kull min taqagħlu żaqqu. Ma jonqosx lanqas l-ispettaklu u d-divertiment flimkien ma' Spiteri Lucas Band bil-parteċipazzjoni tal-kantanti popolari Chiara u Neville Refalo, kif ukoll diversi kantanti oħrajn u kumpaniji lokali taż-żfin. Dan l-ispettaklu mużikali se jittella' fuq tliet palkijiet mifruxa tul l-attività, b'dak ewlieni fil-misraħ tal-Knisja Parrokkjali. Ma' dan l-ispettaklu ta' mużika, kant u żfin ser tingħaqad ukoll il-Big Friends Guggen Musik Band b'daqq ta' mużika tal-Milied animata bir-ritmu partikolari li huma biss jafu joffru. L-attivitajiet jibdew fis-6pm u kollox jibqa' għaddej sa tard bil-lejl. Ferħ il-Milied f'Ħal Tarxien huwa organizzat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien bl-għajnuna tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, u bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa Marija Annunzjata u s-sehem u l-għajnuna tal-Għaqda Mużikali Marija Annunzjata, il-Kumitat tal-Festa Marija Annunzjata, l-Għaqda Kultura u Armar Marija Annunzjata, Tarxien Pageant Group, l-Għaqda Soċjali Madonna tad-Duttrina u l-Għaqda tan-Nar San Gabrijel. 18 Diċembru 2013: It-tieni edizzjoni tal-kunċert 'The Prayer' Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni tal-Kunċert 'The Prayer' li kien sar f'Diċembru tal-2011 fil-Knisja Parrokjali tal-Fgura, ġie deċiż li din is-sena tittella' t-tieni edizzjoni tiegħu. Fil-fatt it-tieni edizzjoni tal-kunċert tal-Milied: 'The Prayer' ser tiġi organizzata nhar l-Erbgħa 18 ta' Diċembru fis-7pm, fis-Sala tad-Dar Ċentrali f'Tal-Pietà. F'dan il-kunċert, it-tenur żagħżugħ Aldo Busuttil, se jiġi akkumpanjat mill-orkestra u l-kor taħt id-direzzjoni ta' Mro. Manoel Pirotta flimkien ukoll mal-Arpista Lydia Buttigieg u l-kantanta mistiedna Laura Bruno. L-orkestra ser tkun magħmula minn madwar 25 żagħżugħ u żagħżugħa li lkoll huma studenti li jitħarrġu fil-mużika filwaqt li l-kor ġie ffurmat għal din l-okkażjoni. Il-programm mużikali jinkludi diversi innijiet u għanjiet klassiċi fosthom: Mille Cherubini in Coro ta' Schubert, Joy to the World, O Holy Night u Adeste Fideles, arji sagri fosthom: l-Ave Maria ta' Bach u Gounod, ta' Schubert u Caccini u kanzunetti popolari sinonimi ma' dawn iż-żminijiet, fosthom: Nella Fantasia ta' Ennio Morricone u The Prayer li se tkun interpretata minn Aldo flimkien ma' Laura Bruno. Kemm l-orkestra kif wkoll l-Arpista se jdoqqu siltiet strumentali. Hu mistenni li mat-tmiem tal-kunċert t-tenur żagħżugħ akkumpanjat mill-kor u l-orkestra se jagħlaq bl-arja popolari Nessun Dorma mill-opra Turdanot ta' Giacomo Puccini. Għal dan il-kunċert vokali u strumentali qed jinħadem sett għal fuq il-palk millħaddiema ta' Media.Link filwaqt li se jiżżejjen bil-pjanti tal-ponsjetta ġentilment provduti minn Green Supplier Ltd. Biljetti bi prezz ta' €10 jinsabu għall-bejgħ mill-uffiċċju tal-PIN fid-Dar Ċentrali f'tal-Pietà, il-ħwienet ta' Vision Line Market Centre fi Triq Psaila, Birkirara jew f'City Gate, il-Belt Valletta. Għal bookings u trasport tista' ċċempel fuq 79451948 jew 25965463 jew ibgħat ittrè fuq: bluecircleevents@gmail.com. 22 ta' Diċembru 2013: Marsa għad-dawl tal-Milied Wara s-suċċess miksub is-sena l-oħra bil-Villaġġ tal-Milied li kien organizzat għallewwel darba fil-Marsa, għal din is-sena ttella' attività oħra, li se tkun mifruxa fi spazji akbar u programmata b'mod li għandha tolqot il-gosti tal-familja kollha. Minbarra l-aspett soċjali, festiv u divertenti ta' din l-attività, li ngħatat l-isem ta' 'IlMarsa għad-Dawl tal-Milied', l-għan aħħari u nobbli wara dan kollu huwa li kemm jista' jkun jinġabru fondi b'risq id-Dar tal-Providenza tas-Siġġiewi, li kulħadd jaf kemm trid flus biex tkompli tkampa u toffri l-aqwa servizzi lil persuni li għandhom xi forma jew oħra ta' diżabbiltà. Parti mill-ġbir ta' dawn il-fondi se jsir waqt ir-raba' edizzjoni tal-Konkors talKanzunetti Għanjiet tal-Milied 2013 li se jittella' nhar il-Ħadd, 22 ta' Diċembru, fit-3pm, fit-Teatru tar-Residenza San Vinċenz de Paule, bis-sehem ta' għadd sabiħ ta' kantanti ta' kull età li sejrin jikkompetu bejniethom f'kategoriji differenti skont l-età tagħhom. Id-dħul għal dan il-festival ta' għanjiet u kanzunetti b'rabta mal-Milied, se jkun b'donazzjoni ta' €5. Il-ġbir b'risq id-Dar tal-Providenza se jibda matul l-attività 'Il-Marsa għad-Dawl tal-Milied' li se ssir nhar il-Ħadd, 15 ta' Diċembru. Dan se jsir billi, fost oħrajn, f'din l-attività, wieħed mill-membri tal-Għaqda Festi Esterni Santissima Trinità, Ġużi Markett se jipprova jwaqqaf rekord nazzjonali billi jagħmel u jibni l-ogħla kejk talMilied, liema kejk imbagħad se jinbiegħ lill-pubbliku preżenti. Din is-sena, 'Il-Marsa għad-Dawl tal-Milied' se ssir fi ġnien 6 ta' Awwissu u fit-toroq tal-madwar, li jiġu hdejn l-Iskola Tereża Nuzzo tas-Sorijiet tal-Qalb ta' Ġesù, biswit Triq Diċembru Tlettax. Parti sew minnha se tkun f'forma ta' Villaġġ tal-Milied li se jkun jinkludi aktar minn 30 stand differenti li sejrin jesebixxu u jbigħu kull tip ta' artiġġjanat, rigali, ġugarelli, pjanti, oġġetti u dekorazzjonijiet tal-Milied fost oħrajn, kif ukoll xorb, ikel u ħelu tradizzjonali għal dan iż-żmien tas-sena. Taqsima interessanti se tkun dik fejn għall-ewwel darba fil-Marsa se jinġiebu wirjiet fejn se jkunu esebiti oġġetti relatati direttament mal-Milied, fosthom presepji u bambini oriġinali, kif ukoll dekorazzjonijiet ta' kull xorta. Din is-sena wkoll se jkunu mistiedna d-dilettanti tal-karozzi modifikati u dawk antiki li sejrin jesebixxu l-karozzi tagħhom. Ma tonqosx ukoll żona dedikata għat-tfal fejn dawn se jkunu jistgħu jilagħbu u jieħdu gost f'ambjent 'il bogħod mill-periklu b'logħob u attivitajiet organizzati apposta għalihom. It-tfal se jkollhom ukoll l-opportunità li jiltaqgħu ma' Father Christmas u karattri ferm popolari magħhom. 'Il-Marsa għad-Dawl tal-Milied' huwa avveniment imfassal apposta għall-familja kollha, u fejn kulħadd se jkun jista' jiddeverti u fl-istess ħin jgħin f'din il-kawża ġusta. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013