Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
SPORTSillum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 35 lder mara ta' suċċess kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Biex il-muskolu joħroġ aktar huwa bilfors li l-ġisem irid jagħmel ċertu ammont ta' ħin mingħajr jew ftit li xejn ammonti ta' ilma kkumbinat ma' ammonti ta' karbodrati. B'dan il-mod huwa minnu li l-ġisem ikun naqra 'dehydrated' minħabba nuqqas ta' ilma però minħabba l-ammont ta' karbodrati li tkun qed iżżid bil-mod, il-ġisem ikun b'saħħtu biżżejjed. Hemm biżżejjed konkorrenza minn persuni żgħażagħ għal dan l-isport? L-ammont ta' nies li jattendu l-'gyms' dejjem qed jiżdied. Però, l-ammont ta' nies li jidħlu għal dawn il-kompetizzjonijiet meta kkumparat mal-membri tal-'gyms' huwa ftit li xejn. Dan għaliex skond l-opinjoni tiegħi mhux kulħadd huwa lest li jagħmel ammont ta' sagrifiċċju kbir fejn anki jkollok bżonn tbiddel l-istil ta' ħajja tiegħek u tnaqqas mill-ammont ta' divertiment. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarreġ f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Ir-riżorsi li joffru l-'gyms' illum ilġurnata f 'Malta dejjem qed jitjiebu u jikkumparaw tajjeb ħafna ma' ta' barra minn xtutna. It-taħriġ tagħkom f 'hiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ tal-irġiel meta kkumparat ma' dak tan-nisa? It-taħriġ tagħna n-nisa ma tantx jagħmel xi differenza minn dak talirġiel bħala eżercizzji. Id-differenzi huma fl-ammonti ta' piżijiet li bħala nisa jkunu inqas ħafna mill-piżijiet li jerfgħu l-irġiel. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala 'bodybuilder' li tieħu sehem fil-kategorija tat- 'Toned figure'? Bħalissa bħala 'bodybuilder' li nikkompeti fil-kategorija tat'Toned Figure' qed inħares lejn il-futur tiegħi b'aktar impenn, determinazzjoni u b'kuraġġ li ntejjeb fuq li għandi. Għaddi messaġġ lil dawk iżżgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew Priscilla Chalker Twieldet fil-11 ta' Frar 1982 f'Tal-Pietà Bdiet tmur il-gym meta kellha 20 sena Ritratt: Ray Attard Il-mezzi tax-xandir f 'pajjiżna jagħtukom biżżejjed pubbliċità? Għalkemm illum il-ġurnata l-mezzi tax-xandir saru jagħtu naqra pubbliċità lil dan l-isport xorta meta kkumparat ma' dixxiplini u sport ieħor għadna ħafna lura u nixtieq li jkun hemm aktar esponenza speċjalment f 'rappurtar aktar dettaljat ta' kompetizzjonijiet li jsiru ġewwa Malta fuq mezzi tax-xandir. Tisħaq li l-bodybuilding jgħollilek l-istima u l-kunfidenza waqt li jgħinek tħares 'il quddiem u ma taqtax qalbek fil-ħajja jipprattikaw il-'bodybuilding', fosthom il-kategorija li int tieħu sehem fiha - dik tat-'Toned figure'. Il-messaġġ tiegħi lil dawk ittfajliet li għadhom kif bdew jipprattikaw din id-dixxiplina huwa li qatt m'għandhom jaqtgħu qalbhom fil-ħajja u qatt m'huwa tard li jagħmlu eżerċizzju jekk ikun hemm id-determinazzjoni. Dejjem għandhom jiftakru li l-eżerċizzji speċjalment fejn jidħol il-piż talħadid jagħmluh b'attenzjoni kbira biex ma jweġġgħux. Għandhom jiftakru wkoll li kull ħaġa tieħu l-ħin u ż-żmien tagħha biex titjieb fil-livell speċjalment fejn tidħol is-saħħa fiżika. Ħaġa li nixtieq nagħlaq biha u li ta' min jiftakarha dejjem hija erba' fatturi kemm fil-ħajja personali talindividwu, kemm fit-'Toned Figure' kif ukoll fil-'Fitness' huma: Ikel nutrittiv, eżerċizzju, aħseb u emmen. B'hekk dejjem tirnexxi fil-ħajja!