Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
SPORTSillum 34 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 Mil-lenti ta' bodybuil CRISTIAN ANTONY MUSCAT Priscilla Chalker – Il-Bodybuilder mara li ftit tal-ġimgħat ilu, eżattament nhar it-12 ta' Ottubru, flimkien ma' Charmaine Debono, irrappreżentat lil Malta b'suċċess fil-kompetizzjoni 'Nabba Universe' li saret f'Southport, l-Ingilterra. Hija ħadet sehem fil-kategorija 'Ms Toned Figure' Kif għażilt il-bodybuilding fost sports ieħor? Bdejt immur il-gym meta kelli 20 sena u l-fatt kien li bħala adoloxxenti kont konxja li kont naqra qawwija għall-età li kelli. U minn hemm bdejt ninteressa ruħi f 'dan l-isport. Barra minn hekk aktar żidt il-ħajra u l-interess tiegħi meta ltqajt mar-raġel li hu wkoll jitħarreġ u jikkompeti apparti li rebaħ żewġ unuri kbar ta' Mr Malta fl-2007 u fl-2012 f 'dan l-isport. Dejjem konna ta' spalla għal xulxin. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Vera li dan l-isport huwa assoċjat l-aktar mal-irġiel però xejn inqas għalina n-nisa, sakemm tkun taf kif għandek teżerċita dan l-isport b'moderazzjoni.Is-saħħa fiżika personalment tasal għaliha bil-mod u biż-żmien. Int tieħu sehem fil-kategorija 'Toned Figure'. X'differenzi jgħaddu bejn din il-kategorija u kategoriji oħra fil-bodybuilding? Bejn il-kategoriji ta' 'Toned Figure' u 'Bodybuilding', l-akbar differenza hija fil-muskolarità, fejn ta' 'Toned Figure' il-muskolarità u d-definizzjoni tkun inqas minn dik tal-kategoriji tal-'bodybuilding'. Iddeskrivi l-esperjenza unika tiegħek fin-NABBA Universe nhar it-12 ta' Ottubru f 'Southport, l-Ingilterra, fejn ħadt sehem f 'dawn il-kampjonati prestiġjużi fid-dinja tal-'bodybuilding' għall-ewwel darba fil-karriera tiegħek. L-esperjenza tiegħi fin-'NABBA Championships' ġewwa Southport l-Ingilterra li saru fit-12 ta' Ottubru nista' ngħid li kienet waħda sodisfaċenti immens! Bħala l-ewwel esperjenza tiegħi ta' kompetizzjoni, ħassejtni kburija li fost il-pajjiżi li ħadu sehem konna jien flimkien ma' Charmaine Debono bħala rappreżentanti Maltin għal pajjiżna fil-kategorija 'Figure Toned' fejn b'kollox f 'din il-kategorija biss konna 25 kompetitur. Waqt li kont 'backstage', fejn kont għaddejja blaħħar preparamenti ta' kulur, kelli wkoll iċ-ċans li niltaqa' ma' ħafna atleti li flimkien ikkompetejna, ħadna pjaċir u għamilna ħbieb ukoll. Din l-esperjenza għallmitni nemmen aktar fija nnifsi, kif ukoll kemm id-dixxiplina f 'dan l-isport hija importanti biex tgħaqqad kollox bejn id-dieta stretta, eżerċizzji u l-ħajja b'mod ġenerali ta' kuljum. Wara dan kollu jien illum nemmen li fil-ħajja qatt m'għandek taqta' qalbek għax kull ħolma tista' ssir possibbli! Ta' dan kollu nixtieq nirringrazzja lill-President tanNABBA Malta, Vince Balzan, li tant emmen fil-kapaċitajiet tiegħi u li tani dan iċ-ċans li nikkompeti ġo dawn il-kampjonati tan-NABBA. Grazzi wkoll mill-qalb lil dawk il-persuni li għenuni u appoġġjawni tul l-impenn tiegħi. Żgur li jmiss issa li nibqa' nħares 'il quddiem b'aktar impenn f 'dan l-isport biex ikolli esperjenzi sodisfaċenti oħra bħal din fil-futur. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem f 'din il-kategorija kif jiddeversifika minn taħriġ li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji u kompetizzjonijiet oħra tal-bodybuilding? Filwaqt li l-bażi tal-eżerċizzju jibqgħu dejjem il-'weights' u l-'cardio', meta tiġi għall-kategorija ta' 'Toned Figure' jien naħdem b'inqas piż biex ninvolvi iktar ripetizzjonijiet. X'differenza tgħaddi bejn ilbodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? 'Bodybuilding','Weightlifting' u 'Powerlifting' huma tliet dixxiplini differenti minn xulxin. 'Bodybuilding' huwa bbażat fuq id-dehra, fil-'weightlifting' tiġi ppreżentata saħħa fuq żewġ tipi ta' Lifts' li huma 'Snatch' u 'Clean and Jerk', filwaqt li fil-'Powerlifting' bħal 'Weightlifting', is-saħħa tiġi murija permezz ta' tliet 'Lifts' li huma 'Squat, Benchpress u Deadlifts'. Għaliex il-Bodybuilding mhuwiex Sport Olimpiku? Fil-passat kien hemm tentattivi li l-'Bodybuilding' ikun sport Olimpiku però dan qatt ma seħħ. Jista' jagħti l-każ li peress li l-'Bodybuilding' huwa mixħut iktar fuq id-dehra, dan jaf iħalli dubji jekk jikklassifikax taħt il-kategorija ta' sport. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Madwar id-dinja jsiru mijiet ta' kompetizzjonijiet ta' 'Bodybuilding' u kull sena jkun hemm rappreżentant Malti f 'xi waħda jew oħra. Issibu għajnuna finanzjarja mill- Kunsill Malti għall-Isport u millKumitat Olimpiku Malti? Jien personali l-unika għajnuna finanzjarja li sibt kienet millAssoċjazzjoni tan-NABBA Malta, fejn irrappreżentajt lil pajjiżi. Ma sibtx għajnuna mill-Kunsill Malti għall-Isport u lanqas mill-Kumitat Olimpiku Malti. X'relazzjoni teżisti bejn NABBA Malta mmexxijja minn Vince Balzan u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Bodybuilding immexxija minn Ralph Decelis? Ir-relazzjoni bejn iż-żewġ Presidenti Vince Balzan (NABBA Malta) u Ralph Decelis (IFBB Malta) tidher li hija tajba għax dejjem ikunu mistiedna minn xulxin filkompetizzjonijiet rispettivi tagħhom. X'inhi r-relazzjoni tiegħek malPresident ta' NABBA Malta, Vince Balzan? Ir-relazzjoni tiegħi hija waħda tajba. Nista' ngħid li dejjem sibtu ta' għajnuna matul it-tħejjija għallkompetizzjoni kif ukoll ta' għajnuna fil-gwida tiegħi peress li kienet l-ewwel okkażjoni ta' kompetizzjoni għalija barra mill-pajjiż. NABBA Malta ilha mwaqqfa 26 sena. Kif rajt lil din l-assoċjazzjoni lokali tiżviluppa matul is-snin f 'pajjiżna? F'26 sena jiġru ħafna affarjiet. Kien hemm żminijiet fejn in-NABBA Malta kienet b'saħħitha ħafna u fi żminijiet oħra inqas. Bħala futur jidher li se jkun sabiħ ukoll. Dan jixhdu l-livell ta' kompetizzjoni għolja li ltqajt magħha barra minn Malta. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Bħal kull ħaġa li teżisti u aktar u aktar fejn tidħol id-dehra, dan jinvolvi ammont ta' investiment. Fl-isport tagħna, dan l-investiment irid isir fuq saħħitna u d-dehra inġenerali. Dawn l-ispejjeż ta' ikel u supplimenti jridu jinxtraw is-sena kollha mhux meta tkun qed toqrob il-kompetizzjoni biss. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek. Tina iktar dettalji. Id-dieta tiegħi hija mqassma fuq żewġ tipi ta' żminijiet. Waħda hija inġenerali ta' matul is-sena u l-oħra ta' meta tibda l-preparazzjoni tal- kompetizzjoni. Bażikament ikla kull tliet sigħat fejn matul is-sena, ilproteini jkunu għoljin, il-karbodrati jkunu moderati u x-xaħam baxx, filwaqt li fil-preparazzjoni ta' kompetizzjoni, il-proteini jiżdiedu aktar u jonqsu ħafna aktar ilkarbodrati u x-xaħam. X'sagrifiċċji u impenji partikolari jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Is-sagrifiċċji u l-impenji jinvolvu ħin twil il-gym u ħin itwal ġolkċina fit-tħejjija għall-ikel ta' matul il-ġurnata. Filwaqt li meta tkun qed toqrob il-kompetizzjoni, issagrifiċċju jkompli jiżdied għax trid titħarreġ ħafna aktar b'anqas ikel. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet talbodybuilding importanti? Fit-tħejjija tiegħi fi żmien ilkompetizzjoni nħejji ruħi fiżikalment billi nitħarreġ iktar u mentalment bil-mistrieħ u billi nagħmel affarjiet li nħobb li huma ta' rilassament. Il-bodybuilding kif jgħin lillatleta li jkun qed jipprattikah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Ċert li dan l-isport jgħollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Bħala atleta li nipprattika l-'bodybuilding', mentalment inħossu jgħinni billi nkun dixxiplinata miegħi nnifsi, kemm rigward eżerċizzju kif ukoll rigward l-ikel u b'mod ġenerali tal-ħajja. Psikoloġikament inħossu jgħinni billi personali nħossni b'saħħti fiżikament kif ukoll waqt eżerċizzji li nkun anzjuża biex intejjeb lili nnifsi. Dan l-isport huwa minnu li jgħollilek l-istima u l-kunfidenza. Jgħinek tħares 'il quddiem u ma taqtax qalbek fil-ħajja! Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn ilkompetizzjonijiet. Fuqhiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? Il-ġurija li jkun hemm f 'dawn ilkompetizzjonijiet tagħti l-ġudizzju tagħha skond il-kategoriji li jkunu qegħdin ippreżentati u li jiġu mfittxija fuq kriterji differenti. Rigward 'Toned Figure' il-ġurija tfittex li l-persuna tkun tidher fiżikament li titħarreġ b'ċertu ammont ta' muskolu viżibbli mingħajr definizzjoni esaġerata. Naf ukoll li qabel il-