Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258
SPORTSillum Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 33 Eto'o mistenni jħalli lil Chelsea biex itemm il-karriera tiegħu fl-Istati Uniti Bayern Munich mistennija jkomplu jiddominaw fl-Ewropa Bayern Munich u l-aspettattivi tagħhom Futur fil-Major Soccer League flIstati Uniti għal Samuel Eto'o? L-ATTAKKANT prolifiku mill-Kamerun ta' 32 sena, Samuel Eto'o mistenni jħalli lil Chelsea matul issajf li ġej biex imur jilgħab fil-Major Soccer League fl-Istati Uniti. Il-frustrazzjoni tal-kowċ ta' Chelsea, l-Ispecial One, Josè Mourinho mal-attakkanti tiegħu li xejn mhu qed ikollhom staġun tajjeb mal-Blues intensifikaw fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-istes Eto'o, Fernando Torres u Demba Ba naqqsu milli jsibu x-xibka fit-telfa diżastruża ta' 3-2 kontra Stoke City. Matul din il-logħba deher ritratt fil-mezzi tax-xandir ta' Eto'o jgħannaq żewġ fliexken sħan tal-ilma fil-Britannia Stadium biex iżomm ruħu sħun u dan il-plejer sabha diffiċli biex jintegra ruħu fil-Kampjonat Barclays Premier flIngilterra sa issa. Huwa skorja biss erba' gowls wara li ngħaqad ma' Chelsea mingħand it-tim Russu Anzhi Makhachkala fuq kuntratt ta' sena u kollox jindika li l-avventura tiegħu ma' Chelsea ma tantx se ddum. It-tim mill-Major Soccer League fl-Istati Uniti, Toronto, diġà għamlu offerta ta' 8 miljun Sterlina fis-sena għal dan l-attakkant iżda jidher li huwa ma jixtiqx imur jilgħab il-Kanada. Madankollu, huwa mifhum li Eto'o jinsab eċitat bilprospettiva li jtemm ilkarriera tiegħu fl-Istati Uniti u qed jistenna li jirċievi iktar offerti minn timijiet iktar sinjuri mill-Major Soccer League fosthom LA Galaxy, Chicago Fire, Seattle Sounders u DC United. M'HEMMX dubju li Bayern Munich din is-sena mistennija jikkonfermaw ruħhom filquċċata tal-Ewropa għalkemm żgur li se jkollhom sfida denja minn timijiet bħal Borussia Dortmund fil-Bundelisga fil-Ġermanja u Real Madrid u Barċelona fost l-oħrajn fil-UEFA Champions League fuq livell Ewropew. Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Bayern Munich komplew jikkonfermaw il-qawwa tagħhom meta f'ripetizzjoni tal-finali tal-UEFA Champions League ta' Mejju li għadda, barra minn darhom għelbu lit-tim qawwi ta' Borussia Dortmund bl-iskor ta' 3-0, fejn l-ewwel gowl minn dawn it-3 wasal propju mill-eks plejer ta' Dortmund, Mario Gotze li b'rispett lejn l-eks klabb tiegħu ma feraħx wara li rnexxielu jsib ix-xibka. M'hemmx dubju li t-tim li jippossjedu Bayern Munich bħalissa huwa wieħed mill-aqwa ta' kull żmien fl-istorja ta' dan il-klabb bi storja glorjuża fil-futbol mondjali. ILLUM tkellmet mal-President u l-fundatur tal-Bayern Munich Club Malta lura f'Settembru tal-2001, Paul Sammut. Tkellem dwar l-opinjonijiet tiegħu fuq x'jaħseb mit-tim ta' Bayern Munich matul dan l-istaġun u fejn jaħseb li se jaslu fi tmiem tal-istess staġun. Sammut qal li "l-istaġun 201213 kien, għalina, il-partitarji ta' FC Bayern, il-kulminu ta' tmien snin ta' 'team building' kbir, taħt il-kowċis Klinsmann, Van Gaal u ultimament Heynckes. Dan tal-aħħar wara diżappunt infernali fil-finali tal-UEFA Champions League mitlufa inġustament kontra Chelsea ġo l-Allianz Arena, irnexxielu jqajjem il-mejtin u faqqalna staġun 2012-13 liema bħalu. L-istaġun żvolġa fi tkaxkira lil kulħadd fil-Bundesliga, b'telfa waħda biss, rebħ tal-Pokal (FA Cup Ġermaniża) ġo Berlin, is-Super Cup Ġermaniża, ir-rebħa memorabbli ġo Wembley tal-UEFA Champions League kontra Dortmund u fil-bidu ta' dan l-istaġun r-rebħa tas-Super Cup ġewwa Praga kontra Chelsea ammontaw għal xejn inqas minn ħames tazzi. Issa jonqos is-sitt tazza, dik tal-FIFA World Clubs' Cup li se tintlagħab f Marrakesh il-Marokk f'Diċembru. Jekk tintrebaħ dik, it-tim ikun għamel 'clean sweep' tal-unuri kollha disponibbli għalih fissena 2013. Minn hemm fejn se mmorru? Jiġi min jiġi u jmexxi min imexxi, jidher kważi impossibbli li terġa' tagħmel dak li sar l-istaġun li għadda. Imma Bayern hija soċjetà mmexxija minn imħuħ tal-futbol kbar u kollha eks plejers kbar, bħal Hoeness, Rumenigge u missena l-oħra Mathias Sammer bħala Team Manager. Dawn issorprendew lid-dinja talfutbol mondjali meta f'Ġunju ħabbru li ngħaqad magħhom Pep Guardiola, kowċ li kulħadd jaf xi jsarraf u li kulħadd xtaqu miegħu, jgħidu x'jgħidu! Dan l-istaġun beda b'wirja diżappuntanti fil-Finali tasSuper Cup Ġermaniża, b'telfa kontra Dortmund. Iżda minn hemm l-affarijiet inbidlu. Il-kowċ Pep Guardiola beda jaħdem u jbiddel l-affarjiet għal kif riedhom hu. Diffiċli tbiddel sistema rebbieħa, imma dak huwa propju dak li qed jagħmel. Bil-ħażin u t-tajjeb kollu fit-tim, s'issa fil-Bundesliga, Bayern jinsabu l-ewwel, quddiem Dortmund u kienu l-ewwel tim li kkwalifika għar-rawnd li jmiss tal-UEFA Champions League u diġà għaddew minn żewġ rawnds tal-Pokal. L-aspirazzjonijiet tagħna bħala partitarji huma kbar. It-tim nemmnu li qiegħed hemm, u nieħdu ħsieb dak li jgħid Pep rigward x'se jiġri. Meta tkun filpożizzjoni preżenti tat-tim u ma tkunx urejt il-brillantezza li kien wera t-tim l-istaġun li għadda, ma tistax ma tkunx pożittiv. Meta jibdew jilagħbu tajjeb ħafna x'se jiġri? Ftit tal-ġimgħat ilu, Pep ġie intervistat u fi kliemu stess ma kienx qed jistenna l-ewwel post fil-Bundesliga u fil-fatt qiegħed fl-ewwel post. Hu jinsab sorpriż kif il-plejers addattaw għas-sistemi differenti tiegħu. Jammetti li għadhom mhux qed ikunu 90 minuta tal-livell li jixtieq hu, imma mixjin. Wieħed irid jirrimarka dwar iż-żewġ plejers kbar li nxtraw għal din is-sena. Gotze reġa' beda jidħol fil-logħob issa u Thiago għadu ma lagħabx ħlief ftit minuti minħabba injury li għandu. Barra minn hekk id-difensur internazzjonali Bathstuber għadu barra u għad fadallu. Martinez, pedina importanti tat-tim tas-sena l-oħra mhux lest mija fil-mija, Shaquiri għandu bżonn ftit mistrieħ minħabba injury, u l-iljun tagħna Schweinsteiger għadu kif għamel operazzjoni fl-għaksa. Kull tim żgur iħoss in-nuqqas ta' dawn il-plejers. Is-sistema ta' Pep bdiet tibdel l-irwol tal-plejers, kif kienu mdorrija jilagħbu. Hu jdawwar l-irwoli tal-plejers skont kif għandu bżonn jilgħab u skont kontra min. Pereżempju, Lahm inbidillu l-irwol tiegħu fit-tim minn difensur għall'holding midfielder', kellna lil Schweinsteiger jilgħab quddiem id-difiża u f'logħba tal-UEFA Champions League lagħab mingħajr attakkant pur. It-tibdil jibqa' jsir, imma biex jindara jrid iż-żmien. Bħala goalkeepers hemm in-numru 1 Manuel Neuer, u s-sostitut sod Starke. Bħala difensuri laterali għandna għażla bejn Lahm u Rafinha. Contento u Alaba huma żewġ plejers li kulħadd jixieq li għandu. Jien l-aktar li tbeżżagħni hija d-difiża ċentrali, għax għalkemm ma jaqalgħux ħafna gowls, dawk li jaqalgħu jkunu naqra fjakki. Boateng u Van Buyten huma plejers twal u b'saħħithom, imma pjuttost kajmana. Meta jilagħbu t-tnejn f'daqqa, mingħajr Dante nieħdu qatgħa! Rigward nofs il-grawnd, malli jkollu lil kulħadd tajjeb għal-logħob, naħseb li għandu l-għira ta' kulħadd f'nofs ilgrawnd. Plejers bħal Thiago, Ribery, Martinez, Robben, Shaqiri, Gotze, Schweinsteiger, Kroos u Muller. Fuq quddiem il-gowls ta' Mandzukic u s-sostitut Pizarro, huma importanti ħafna, iżda huwa ċar li Pep mhux se jilgħab bis-sistema ta' attakkant fiss. Din jista' jagħmilha peress li għandu dawk il-plejers ta' nofs il-grawnd ta' klassi li kollha jafu u jistgħu jagħmlu gowl. Il-Bundesliga tidher li se tkun ġlieda sal-aħħar ma' Dortmund u b'Leverkusen jagħtu ġlieda wkoll. Kif jaf kulħadd wara l-waqfa ta' Diċembru, tibda t-taqtigħa sew. Hemm tidher is-saħħa u l-kapaċità tat-tim. Hemm tibda tiltaqa' massospensjonijiet, injuries u tliet logħbiet fil-ġimgħa. Ir-rebħ tal-UEFA Champions League mill-ġdid hija l-ħolma ta' kull partitarju ta' Bayern Munich. Kif diġà semmejt, Bayern Munich kien l-ewwel tim li kkwalifika għar-rawnd li jmiss. Din hija ħaġa pożittiva iżda tista' ma tkun tfisser xejn, għax kollox jiddependi fuq l-oppożizzjoni min hi u kif tkun tinstab dakinhar tal-logħba. Nerġa' nsostni li l-logħob u t-turija tal-karattru jibdew minn Frar li ġej 'l hemm. Fiduċja kbira hemm iżda l-ballun tond u mingħajr naqra fortuna apparti mill-kapaċità ma jintrebaħ xejn. Timijiet kbar hemm ħafna f'din ilkompetizzjoni u min jirbaħha dejjem ikun wera kapaċitajiet u kif semmejt naqra fortuna. Aħna nibqgħu pożittivi sal-aħħar. L-unuri għal dan l-istaġun huma importanti, iżda mhux kollox. Aħna qed inħarsu lejn il-ħames staġuni li ġejjin. Fuq kollox Guardiola ngħaqad ma' Bayern mhux għal dan l-istaġun biss, iżda għax ra futur fis-set up li diġà kien hemm, biex ikun jista' jibqa' jibni l-kastell fuq pedamenti sodi u serji."