Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 MEPs Laburisti mfaħħra mis-Soċjalisti JAMES J. PISCOPO jpiscopo@mediatoday.com.mt IL-PRESIDENT tasSoċjalisti Ewropej Hannes Swoboda, kellu kliem ta' tifħir għad-delegazzjoni Maltija ffurmata mill-erba' MEPs Laburisti. F'intervista ma' din ilgazzetta, Swoboda ddeskriva x-xogħol tal-MEPs bħala wieħed eċċellenti u nnota b'sodisfazzjon li l-Prim Ministru attwali u d-deputat Prim Ministru bdew ilkarriera politika tagħhom mill-Parlament Ewropew. "Id-delegazzjoni Maltja qed tkompli fuq ix-xogħol eċċellenti li sar fil-passat. L-MEPs Laburisti għandhom kwalitajiet importanti, b'mod partikolari fl-isfera tat-tħejjija tal-politika fi ħdan il-partit soċjalista Ewropew," qal Swoboda. Hu faħħar it-tmexxija ta' Joseph Muscat b'mod partikolari fil-kwistjoni talimmigrazzjoni, "għax aġixxa fl-interess nazzjonali filwaqt li mbotta għal soluzzjoni Ewropea." Min-naħa l-oħra, Swoboda prefera li ma jikkummentax dwar diversi inizzjattivi tal-gvern, fosthom il-bejgħ taċ-ċittadinanza, għax qal li m'għandu l-ebda dritt jikkummenta dwar temi domestiċi. Mistoqsi minn din ilgazzetta dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew f 'Mejju li ġej, Swoboda sostna li s-soċjalisti huma kunfidenti li jġibu riżultat tajjeb ħafna, u saħansitra qal li hemm ċans li jkollhom il-maġġoranza talParlament Ewropew. Dan jistona mhux ftit ma' dak li ġara fl-elezzjonijiet ta' erba' snin ilu, meta s-soċjalisti ġew megħluba mill-Partit Popolari Ewropew (li l-PN hu membru tiegħu) kważi f 'kull pajjiż minbarra Malta. "Qed nosservaw mill-qrib dak li qed jiġri fil-partiti tal-lemin. Konxji li l-lemin estrem mistenni jkabbar l-ammont ta' voti u siġġijiet minħabba l-isfidi ekonomiċì u tal-immigrazzjoni. Però naħsbu li l-lemin estrem se jkun inaqqar mill-voti talPartit Popolari (EPP) u mhux minn tagħna. Għaldaqstant, qed nipproġettaw li nersqu qrib ħafna tal-EPP u forsi anke naqbżuhom," argumenta Hannes Swoboda. Il-mexxej tas-soċjalisti sostna li hu nkwetat bilpopolarità li qed jiksbu l-partiti estremisti u qal li l-partiti taċ-ċentru għandhom joffru politika alternattiva għal dik tal-estrem. Madankollu, mitlub jgħid x'inhi din il-viżjoni Swoboda naqas milli jagħti dettalji. Hu kkonferma li matul BĦAL kull sena ż-żewġ partiti ewlenin f 'pajjiżna organizzaw il-maratoni ġbir ta' fondi rispettivi. Għal darb'oħra l-Partit Laburista ġabar iktar mill-Partit Nazzjonalista u flimkien ġabru total ta' €850,000. Fil-fatt għal sena oħra l-Partit Nazzjonalista reġa' organizza l-Maratona Ġbir ta' Fondi nhar il-Ħadd 8 ta' Diċembru. Din is-sena l-ammont miġbur ta' €425,365 jaqbeż iċ-ċifra milħuqa fl-aħħar Maratona Ġbir ta' Fondi. L-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Jean Pierre Debono, qal li jemmen li s-somma miġbura waqt il- maratona ta' nhar il-Ħadd, 8 ta' Diċembru hi somma li timla lil kull min jappoġġja lill-Partit Nazzjonalista, lill-istrutturi kollha tal-Partit u t-tmexxija tal-Partit b'entużjażmu ġdid. "Is-somma li nġabret il-Ħadd li għadda li tiżboq l-€425,000 hija prova ta' kemm il-Partit irriorganizza ruħu, qed jimxi 'l quddiem b'enerġija ġdida u bil-mod qed jerġa' jikseb lura l-appoġġ ta' dawk li tilfu l-fiduċja fih fix-xhur u s-snin li għaddew kif ukoll qed jilqa' fi ħdanu nies li huma diżappuntati bit-tmexxija tal-Gvern u li qed jaraw fit-tmexxija talPartit Nazzjonalista politika ta' sustanza, direzzjoni u viżjoni." Debono sostna li s-somma li nġabret il-Ħadd li għadda turi kif il-Partit Nazzjonalista qed jissaħħaħ mill-għeruq permezz ta' Kumitati Sezzjonali, Kunsilliera, Fergħat, Attivisti u Voluntiera dinamiċi. "Ovvjament somma bħal din tgħin lill-Partit biex ikompli jaħdem fuq l-isfidi tal-ġejjieni b'aċċenn speċjali fuq l-isfida finanzjarja. Sfida li għalkemm diffiċli impenjati li negħlbuha bl-impenn ta' kulħadd, speċjalment l-impjegati tal-Partit u tal-kumpaniji tiegħu," temm jgħid l-Assistent Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Laburista żamm l-appuntament annwali tiegħu Swoboda waqt l-intervista ma' din il-gazzetta Il-Partiti jiġbru aktar minn €850,000 Il-maratona tal-Partit Laburitsta nhar il-Ġimgħa

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013