Illum previous editions

illum 15 December 2013

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/228258

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

Il-Ħadd 15 ta' Diċembru 2013 | illum 13 il-Parlament Ewropew konservattiv aktar minn dak ta' żmien Ġorġ Borg Olivier!" Il-kap tad-delegazzjoni Laburista ssokta jgħid li l-partit kien kapaċi jiġġedded mingħajr ma jabbanduna l-prinċipji tal-ħaddiema. "Il-poplu nnota b'mod pożittiv din il-bidla f 'Marzu li għadda." L-ewro-xettiċiżmu Bidla li żgur Cuschieri ma jridx jara fil-partiti politiċi hi li jħallu elementi ewro-xettiċi fil-politika tagħhom. "Il-partiti jridu joqogħdu attenti li ma jippreżentawx kandidati ewroxettiċi. Minn ċertu intervisti li saru dan l-aħħar, kien hemm min aġixxa ta' ewro-xettiku b'pożizzjonijiet li jikkuntrastaw mal-pożizzjonijiet tal- "Il-partiti jridu joqogħdu attenti li ma jippreżentawx kandidati ewroxettiċi" partiti Ewropej. Dawn il-kandidati aħjar jalinjaw ruħhom mal-partiti," qal Cuschieri. Il-bżonn ta' kontinwità Mistoqsi jekk hux vantaġġ jew żvantaġġ li jikkontesta bħala MEP attwali, Cuschieri esprima l-ottimiżmu tiegħu u qal li hu fiduċjuż li l-elettorat jagħżel fuq irriżultati li jkun ġab ir-rappreżentant tagħhom. "Issa jiddependi fuq l-MEP kemm hu kapaċi jwassal il-messaġġ tiegħu u jinfurmahom b'ħidmietu. Huwa vantaġġ li l-elettorat jifhem li hemm ukoll bżonn ta' kontinwità. Dan hu mudell li kull delegazzjoni timxi fuqu, jkun hemm MEPs ġodda imma jkun hemm ukoll sens ta' kontinwità," jispjega Cuschieri. Servus et Humilis Wara li serva f 'żewġ parlamenti differenti, Cuschieri jikkonkludi li fil-politika lokali l-aktar ħaġa li ddejqu huma l-kontroversji bla bżonn li jwasslu għal ħsara u attakki personali. Fi kliem ieħor, il-politika ta' konfrontazzjoni li tant tikkaratterizza l-politika Maltija. B'referenza għall-islogan li kellu miktub warajh, Cuschieri jgħid ukoll li għażel din l-għajta biex ma jinsiex minn fejn telaq u jżomm saqajh mal-art. "F'dan l-uffiċċju nqatta' ħafna ħin, x'ħin tidħol taf, x'ħin toħroġ le. Ilħin qas tarah, f 'Malta nirritorna biss fi tmiem il-ġimgħa u hemm irrid insib ċans ukoll għall-kostitwenti. Hija dinja li trid toqgħod attent biex tibqa' fil-kontroll ta' kollox, b'ħafna sagrifiċċji personali u familjari filproċess, għalhekk il-bżonn li sservi f 'umiltà" itemm jgħid l-MEP.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 15 December 2013